Legislature:
Category:
Reset
Active:

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31457, 32000, 32550, 33413 u 34020 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 34020.

Malta u Għawdex - Swimming zones

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30554 dwar jekk kienx hemm talbiet għal żieda/bdil ta’ swimming zones madwar Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tliet talbiet li fil-ġurnata li fiha ngħatat it-tweġiba kienu għadhom pendenti, ġewx deċiżi u jekk ġewx aċċettati? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm talbiet ġodda li ġew sottomessi minn meta ngħatat it-tweġiba u jekk iva, fejn ġew mitluba u kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tliet talbiet li għalihom ingħatat tweġiba għadhom pendenti.

Vittmi ta’ att kriminali - Persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30555, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew il-Korp tal-Pulizija, humiex qed jippruvaw jistabbilixxu sistema fejn permezz tagħha atti kontra persuni b'diżabilità jiġu rreġistrati b'mod differenti, milli fuq il-lista normali ta' tali rapporti, biex ikun iktar faċli jiġu identifikati atti kriminali kontra persuni b'diżabilità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta fi tweġiba parlamentari 30555.

San Pawl il-Baħar – Mażżri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex qed titlob lil sidien ta’ dgħajjes biex ineħħu l-mażżri li hemm f'waħda mill-bajjiet li hemm f’San Pawl il-Baħar u jekk iva. f'liema bajja u x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35445.

San Pawl il-Baħar – Mażżri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex qed titlob lil sidien ta’ dgħajjes biex ineħħu l-mażżri li hemm fil-bajja ta’ San Pawl il-Baħar, wara l-breakwater ta’ Buġibba, għax se jsir proġett fil-bajja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mooring holders qed jiġu infurmati minn qabel sabiex ineħħu t-tagħmir tagħhom u mhux sabiex ineħħu l-mażżra. Dan ix-xogħol qed isir sabiex jinħoloq spazju għal fairway ġdida b’rabta mas-servizz tal-ferry, kif ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Harbour Master fl-Avviż għall-Baħħara Nru. 213/2025.  Madanakollu nserraħ ras l-Onor. Interpellant li bħalma sar fl-Għadira s-sena l-oħra, ħadd mhu ser jitlef l-irmiġġ, anzi l-irmiġġi kollha ser jiġu regolarizzati u mċaqalqa minn Transport Malta.

Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16405.

Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25498.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba Parlamentari nru.16396.

Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Ix-Xemxija - BCA - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35172 u jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fl-area tax-Xemxija, matul l-aħħar tnax-il xahar u fuq liema siti saru dawn l-ispezzjonijiet?  Jista’ jgħid ukoll f’kemm-il każ kienu meħtieġa azzjonijiet oħra kif ordnati mill-BCA?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Matul l-aħħar 12-il xahar il-BCA wettqet total ta’ 1008 spezzjoni fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, li tinkludi x-Xemxija. Dawn l-ispezzjonijiet saru fuq total ta’ 238 sit ta’ kostruzzjoni. Fuq dawn l-istess siti inħarġu 9 avviżi ta’ infurzar u ngħataw 18-il penali.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34154, 34305, 34681 u 35005 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jgħamel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: - L-inizjattiva ta’ sitt (6) xhur gym membership b’xejn għaż-żgħażagħ mwielda bejn l-2005 u l-2007 kif imħabbra fil-budget, - Inizjattiva ta’ Lifelong learning; u - Kampanji edukattivi varji oħrajn Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026 għall-Ministeru, s-Segretarjat Parlamentari, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Ministeru għall-Finanzi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34153, 34304, 34680 u 35004 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu il-konsultazzjoni pubblika ta’ qabel il-Budget. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34152, 34303, 34679 u 35003 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34151, 34302, 34678 u 35002 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

informa lill-Onor. Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dan sabiex il-pubbliku jkun infurmat aħjar u jkun jista’ jagħmel l-aħjar użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: Informazzjoni ġenerali dwar is-servizzi tat-Taqsima tal-Karta tal-Identità, Passaporti, Reġistru Pubbliku u Riċerki Tagħrif dwar is-SEC Revision Classes Tagħrif dwar servizzi għal min iħaddem Tagħrif dwar il-Youth Guarantee u servizzi oħra relatati Tagħrif dwar l-Employment Licences Unit, inkluża l-Labour Migration Policy u servizzi relatati Tagħrif edukattiv dwar diversi servizzi Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġà weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34150, 34301, 34677 u 35001 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: -    promozzjoni ta’ attivitajtiet kulturali li jsiru f’Għawdex; -    promozzjoni ta’ Għawdex bħala destinazzjoni; -    kampanja ta’ promozzjoni edukattiva -    reklamar ta’ skemi u progetti għal-użu u l-għarfien tal-pubbliku. Bla dubju fejn tidħol il-promozzjoni u ta’ attivitajiet u ta’ promozzjoni ta’ Għawdex bħala destinazzjoni dawn ħalla impatt ekonomiku posittiv. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34149, 34300, 34676 u 35000 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll: i.     it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.    data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.   ammont totali tal-infiq?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li huwa l-obbligu tal-Ministeru, kif ukoll tad-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu, li jipprovdu lill-pubbliku inġenerali b’informazzjoni dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi li l-Gvern ikun qed jimplimenta minn żmien għal żmien. Dan sabiex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aħjar użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: Diversi servizzi u skemi offruti mill-Aġenzija Sapport, b’rabta mas-settur tad-diżabilità; u Proġetti tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota li diġà weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-bqija tal-perjodu mitlub.

Ittri uffiċjali u protesti ġudizzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34939 u jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali u protesti ġudizzjarji matul is-sena 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi matul is-sena 2025 ġew ippreżentati disa’ t’elef disa’ mija u ħamsa u għoxrin (9925) ittra uffiċjali u mitejn sitta u disgħin (296) protesti ġudizzjarji.