Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni waħedhom - Riskju ta’ faqar

Question

Fid-dawl li skont il-Quarterly Review tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-2024 persuni li kienu waħedhom kienu f'riskju tal-faqar, b’14% riskju ogħla minn kemm kienu fl-2012, jista’ l-Ministru jgħid b’mod prattiku x’miżuri ser jieħu biex persuni waħedhom ma jispiċċawx fil-faqar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-publikazzjoni tal-Bank Ċentrali li kkwotat tispjega liż-żieda f’din ir-rata ma tirriflettix sitwazzjoni ta’ persuni jgħixu waħidhom li marret għall-agħar. Anzi l-istess pubblikazzjoni spjegat f’Tabella 1c li bejn l-2012 u l-2024 id-dħul disponibbli ta’ nies jgħixu waħedhom f’pajjiżna kiber b’66%.

Vetturi liċenzjati - 2025

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33447 u jgħid kemm kien hemm vetturi liċenzjati ġodda fl-2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħha.

Vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn 2,000 cc u 2,400 cc

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32624 u jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn l-2,000 cc u l-2,400 cc u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċilindrata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella hawn taħt turi n-numru ta’ vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn l-2,000cc u l-2,400cc, maqsum skont il-kategorija ta’ ċilindrata: CC Ammont ta’ vetturi 2000-2099 664 2100-2199 8681 2200-2299 2823 2300-2400 1272

Separazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32132 u jagħti l-għadd ta’ separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar ħames snin u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-tabella ta’ hawn taħt turi l-għadd ta’ separazzjonijiet pendenti sena b’sena mill-2021 sat-13 ta’ Novembru, 2025. Sena meta nfetħet il-kawża Ammont ta' kawżi pendenti 2021 35 2022 44 2023 65 2024 82 2025 89 2026 sallum 16 ta’ Marzu 14 Total 329

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33663 u jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru, inkluż id-dekasteru tiegħu, preżentament hemm 55 parkeġġ allokat għal nies b’diżabilita.

Ix-Xgħajra - Sqaq Dungur - Ħajt tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-ħajt tas-sejjieħ inti u dieħel fi Sqaq Dungur, ix-Xgħajra, jiġi rranġat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ix-Xgħajra li l-ħajt tas-sejjiegħ imsemmi, huwa proprjetà privata, għaldaqstant, il-Kunsill mhuwiex f’pożizzjoni li jwettaq xogħol ta’ manutenzjoni fuqu. Minkejja dan, sar rapport mal-Għassa tal-Pulizija dwar l-istat ta’ dan il-ħajt u tpoġġa t-tape sabiex ir-residenti jkunu konxji minn xi periklu li jista' jkun hemm.

Money Laundering – Persuni u entitajiet akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni jew entitajiet akkużati fuq ħasil ta’ flus kellhom ukoll pendenzi tat-Taxxa fuq id-Dħul jew VAT mal-Commissioner for Revenue?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Klassifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont id-daqs tal-kumpanija (micro, small, medium, large enterprise) li ġew akkużati b’ħasil ta’ flus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

Money Laundering – Entitajiet kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ ħasil ta’ flus kienu jinvolvu entitajiet kummerċjali, u skont liema forma legali (Ltd, Partnerships, NGOs, Sole Traders)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

Persuni Self Employed

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-persuni self-employed li kienu akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373 li l-professjoni jew it-trade tagħhom hija: •    kostruzzjoni u kuntratturi; •    servizzi finanzjarji; •    kummerċ bl-imnut jew bl-ingrossa; •    artisti, dawk fis-settur tad-divertiment, jew freelancers; •    professjonijiet regolati (accountants, lawyers, brokers); u •    negozji żgħar jew micro-enterprises, għal kull sena mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

Klassifikazzjoni ta’ persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx klassifikazzjoni skont il-livell edukattiv jew tip ta’ kwalifika professjonali tal-persuni akkużati taħt l-Att kontra Money Laundering, Kap. 373?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

Critical Infrastructure Protection Department – Riżorsi umani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33723 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid x’riżorsi umani għandu attwalment il-Critical Infrastructure Protection Department u x’inhu r-rwol ta’ kull wieħed mill-uffiċjali fi ħdanu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L.S. 499.37 - Ħlasijiet dovuti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34251, dwar jekk sarux xi ħlasijiet a tenur tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.37 - Regolamenti Dwar Ħlasijiet Għad-Dritt Ta’ Mogħdija Għal Utilitajiet u Servizzi, matul is-sena 2025, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħlasijiet li kienu dovuti għal dik is-sena jew is-snin ta’ qabel u li l-ħlas tagħhom kien għad irid isir jew kien qed jiġi kontestat?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Bord għas-Soluzzjoni ta' Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie maħtur il-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet u min huma l-membri tiegħu?  Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm xi każijiet quddiem dan il-bord, u jekk kien hemm, x’inhu l-istatus ta’ kull każ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet ġie approvat minni fi Frar 2026.  Madanakollu il-bord ma jaħdimx mingħajr il-Kumitat Konsultattiv tan-Netwerk tal-Utilitajiet, li jinsab fil-proċess li jiġi nominat.