Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Naxxar - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti tan-Naxxar matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 213 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti tan-Naxxar. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

L-Imġarr, Malta - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 34 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti tal-Imġarr. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Il-Mellieħa - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti tal-Mellieħa matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 55 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti tal-Mellieħa. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

San Pawl il-Baħar - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 212 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

L-Imġarr, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – Dispensers tan-New Water

Question

Tista' l-Ministru jgħid kemm ġew installati dispensers ta' new water fl-Imġarr, fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar? Kemm minn dawn id-dispensers jistgħu jintużaw, u kemm le? Fil-każijiet fejn għadhom ma jistgħux jintużaw, meta huwa mistenni li jkunu jistgħu jintużaw? Tista’ tgħid ukoll kemm bdiewa qed jinqdew minn dawn id-dispensers, u kemm huma mistennija li jkunu jistgħu jużaw l-istess dispensers, meta jkunu kollha lesti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fit-tliet lokalitajiet imsemmija hemm installati total ta’ 187 dispenser u li dawn huma kollha operattivi. Dawn jinsabu 88 fl-Imġarr, 84 fil-Mellieħa u 15 f’San Pawl il-Baħar. Infurmata wkoll li fiż-żona tat-Tramuntana hemm 626 bidwi li għandhom aċċess u jistgħu jagħmlu użu minn dawn id-dispensers.

Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25498.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba Parlamentari nru.16943.

Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16409.

Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34160, 34436, 34803 u 35052 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tas-Segretarju Parlamentari , id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu kampanji ta’ edukazzjoni rigward il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru (16-il jum t'Attivizmu), kampanji edukattivi dwar l-istigma tal-perjodu xprunati mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, u kampanji ta’ għarfien relatati mad-dover tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis fir-rigward tal-harm and risk reduction. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34159, 34435, 34802 u 35051 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34158, 34434, 34801 u 35050 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: ·        Kampanja ta’ sigurta’ fit-toroq ·        Kampanja “Aħsibha darbtejn” ·        Rotot ġodda tal-karozzi tal-linja ·        Kampanja ta’ sigurta’ fuq il-baħar ·        Vjal Kulħadd, u ·        Il-proġett tal-Imsida Creek. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34157, 34433, 34800 u 35049 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: - Promozzjoni għas-saħħa fosthom biex jieħudu t-tilqim tal-influwenza, - Promozzjoni tal-helpine 1579 għas-saħħa mentali - Informazzjoni biex il-pubbliku jkun mgħarraf li l-PrEP u PEP huma aċċessibli għall-pubbliku interessat. Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34156, 34432, 34799 u 35048 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: - Skema Ixtri Propjeta Sostennibli - Irrinova Darek 2025 - Kampanji edukattivi dwar il-Protezzjoni tad-Data - Kampanji varji dwar tagħrif fuq Saħħa u Sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol u fuq siti ta’ kostruzzjoni - Beat the Heat - Kampanji varji dwar dipartimenti differenti fi ħdan il-Ministeru Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34155, 34431, 34798 u 35047 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dana biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu: § Informazzjoni dwar is-servizzi offruti minn Servizzi Ewropej f’Malta § Kampanji ta’ informazzjoni dwar il-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea § Kampanji ta’ promozzjoni għall-programmi Erasmus+ u European Solidarity Corps Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026.

Artikoli 28A - Persuni li ngħataw sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenatri 34955 u jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28A tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè sentenzi sospiżi, matul is-sena 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li ngħataw sentenza sospiza fis-sena 2025 huma 308.

Att dwar il-Probation - Persuni li ngħataw sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34954 u jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi matul is-sena 2025, fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2025 kien hemm 213 persuna li ngħataw sentenza fejn ġiet imposta Ordni ta’ Probation.