Legislature:
Category:
Reset
Active:

Avukati – Warrants – Sena 2018

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ngħataw warrant sabiex jipprattikaw bħala avukat f’Malta u f’Għawdex, matul is-sena 2018?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-lista tal-ismijiet ta’ Avukati li jkunu ingħataw il-warrant sabiex ikunu jistgħu jippratikaw fil-Qrati ta’ Malta u li jkunu taw il-kunsens tagħhom sabiex id-dettalji professjonali tagħhom jidhru fuq ir-reġistru, huma disponibbli b’mod pubbliku diġa permess ta’ https://lawyersregister.gov.mt/. Ta’ min jinnota li mill-2021 sar obbligu li kull min jingħata warrant biex jipprattika bħala avukat jiġi mniżżel f’dan ir-reġistru.

Is-Swieqi - WSC - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xogħlijiet ta' tħaffir għaddejjin mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fl-inħawi tas-Swieqi? Jekk iva, tista' tara jekk hux possibbli li dawn ix-xogħlijiet ma jibdewx kmieni qabel is-sebħ u jekk hux possibbli li dan il-makkinarju jkollu xi tip ta' rubber mountings biex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' vibrazzjonijiet fuq ir-residenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’xogħlijiet fi Triq l-Għajn u li dawn jibdew wara s-7.30 ta’ filgħodu. Infurmata wkoll li l-makkinarju li qed jintuża huwa ta’ daqs regolari, filwaqt li l-Korporazzjoni, bħalma jsir fi kwalunkwe proġett, qed tassigura li jkunu segwiti r-regolamenti stipulati waqt ix-xogħlijiet.

AIMS - CEOs - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34935 u 35177 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS - Diretturi - Kuntratti tal-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34936 u 35176 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Junior College - Pjanijiet infrastrutturali u timeframes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet infrastrutturali tal-Junior College tal-Imsida u x’timeframes hemm għal tali pjanijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Giovanni Curmi Higher Secondary - Pjanijiet infrastrutturali u timeframes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet infrastrutturali tal-Higher Secondary tan-Naxxar u x’timeframes hemm għal tali pjanijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel Primarji – Studenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fis-sistema edukattiva fl-iskejjel primarji fil-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru tal-2025 u l-1 ta’ Marzu tal-2026, maqsuma skont il-Year group?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Imtarfa – skola primarja – binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement għal xiex qed tintuża l-binja li minnha kienet topera l-iskola primarja tal-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-pjanijiet għal futur għal din il-binja u jekk din hijiex proprjetà esklussiva għall-fini ta’ edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Korpi Dixxiplinati - Long Service Allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 35084 u 35313 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid għalfejn il-Long Service Allowance għall-Korpi Dixxiplinati ngħata lil min kien fis-servizz wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2026, bir-riżultat li ġie eskluż kull min kien għamel servizz twil qabel dik id-data?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

MFHEA - Komunikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35211 u jgħid għaliex il-Komunikazzjonijiet maħruġa mill-uffiċjali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) qed jinħarġu bla firma tal-uffiċjal mittenti? Jista’ jgħid ukoll x’wassal biex tinħareġ il-Komunikazzjoni Nru 10/2025, dwar il-lingwa li tintuża fit-tfassil tal-korsijiet applikabbli għall-akkreditazzjoni, li evidentement il-kontenut tagħha jidher li jmur kontra l-prinċipji mħaddna kemm mill-MFHEA, kemm mill-Unjoni Ewropea, u xejn anqas mill-ispirtu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta dwar l-Ilsien Malti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-komunikazzjoni msemmija kienet maħsuba biex tindirizza b’mod temporanju l-anomaliji identifikati. Bħalissa din il-policy qed tiġi finalizzata u se tidħol fis-seħħ fiż-żmien li ġej.

Ħal Qormi – Rapport lill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tar-rapport li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, imressaq  mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, u uliedu, quddiem l-għassa tal-pulizija ta’ Ħal Qormi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet tal-pulizija huma għal kollox indipendenti mill-politiku, minkejja dan infakkar ukoll li ftit tas-snin ilu waqqafna Victim Support Agency li tiffaċilità u tgħin biex persuni li jkunu għamlu rapport jew sofrew xi reat isegwu l-każ u jirċievu l-informazzjoni. Il-vittmi jistgħu jitolbu informazzjoni u assistenza. Se nkun qed nara li jsir kuntatt ukoll.

Enemalta - Montenegro - Proġett tal-windfarm

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Enemalta  baqgħalhiex  sehem fil-proġett tal-windfarm fil-Montenegro sal-lum il-ġurnata, u jekk iva, x’arranġament għandha biex tforni l-elettriku minnu?  Tista’ tgħid ukoll xi profitti/dividends qalgħet minn dan l-investiment f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34578, ninsab infurmata li l-Enemalta għad għandha sehem indirett fil-proġett tal-windfarm fil-Montenegro għal 28.9% tal-proġett. Bħala azzjonisti indiretti nifhmu li hemm power purchase agreement mad-distributur tal-Montenegro.

Individwu - Appuntament għad-dentistrija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li għad għandha 6 snin biss, tingħatalha appuntament għad-dentistrija fl-immedjat u dan peress illi ma tistax tibqa' tistenna minħabba l-gravità tagħha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba ta’ PQ 35483.

Individwu – Operazzjoni tal-hip bone replacement

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tingħatalha data għall-operazzjoni tal-hip bone replacement, hekk kif il-proċedura tal-pre-op diġà saritilha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huma l-professjonisti mediċi li jiddeċiedu l-appuntamenti skont l-urġenza u n-natura tal-każ u mhux il-politiċi.

Servizz Pubbliku - Klassi Legali - Ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema stadju wasal it-tiġdid tal-ftehim kollettiv tal-Klassi Legali tas-Servizz Pubbliku u dan fid-dawl tal-fatt li l-istess ftehim ilu għaxar snin li skada?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bħalissa jinsab fil-proċess.

Declared Income

Question

To ask the Minister, how many of the 56,000 taxpayers in 2024 who declared an income between €20,000 and €150,000, declared an income between: i.    €20,000 and €50,000; ii.   €50,000 and €100,000, and iii.  €100,001 to €150,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

Sptar Mount Carmel - Ammissjonijiet - Sena 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2022 kien hemm 698 ammissjoni involontarja u 1,580 ammissjoni volontarja.