Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34166, 34621, 34840 u 35073 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34165, 34620, 34839 u 35072 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta, biex tireferi għat-tweġiba, tal-Mistoqsija Parlamentari 35386.
Segretarjat għall-Indafa Pubblika – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34164, 34619, 34838 u 35071 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dan biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minnhom.
Fil-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, is-Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika permezz tad-Diviżjoni tal-Manutenzjoni u Tindif investa €4,950 f’kampanja edukattiva permezz ta’ reklamar fuq it-televiżjoni mmirata biex tkattar aktar kuxjenza fost il-pubbliku u b’mod partikolari t-tfal dwar l-indafa pubblika u l-ambjent. Ninnota li diġà weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.
Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34163, 34618, 34837 u 35070 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34162, 34617, 34836 u 35069 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dan biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu:
· Kampanja
Explore Fish Variety – Eat Sustainable Fish
· Informazzjoni dwar l-Aquatic Resources Malta
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa’ weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34161, 34616, 34835 u 35068 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll id-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ma kellhom l-ebda reklamar fil-perjodu msemmi.
Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34643 dwar l-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre fil-Wardija, jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ġdid hemm maħsub li jkun hemm f'din l-istess skola għas-sena skolastika 2026-2027? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li jkunu l-istudenti separatament għal kull sena għas-sena skolastika 2026-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 kien hemm total ta’ 1,961 ammissjonijiet fl-Isptar Mount Carmel. Minn dawn, 681 kienu involontarji u 1,280 kienu volontarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirrferi lill-Onor. Interpellant biex jirrferi għat-tweġiba tal-PQ 29215.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2023?
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2024?
Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Frar 2024?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-perċentwal li jinqata’ mill-pensjoni meta koppja tirċievi pensjoni waħda peress li r-raġel biss kien jaħdem u l-mara tkun rikoverata ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR), filwaqt li r-raġel jibqa’ jgħix waħdu fid-dar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Ix-Xgħajra - Xgħajra Tornados - L-art madwar il-pitch
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34416 u jgħid jekk l-art madwar il-pitch tax-Xgħajra Tornados ġietx devoluta lill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat?
Kunsill Nazzjonali Għat-Taħriġ – Taħriġ fil-qasam tal-gvern lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti b’mod speċifiku t-taħriġ tal-Kunsill Nazzjonali Għat-Taħriġ fil-qasam tal-Gvern Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li minkejja li l-prospectus sħiħ tal-Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ għall-Gvern Lokali qiegħed fl-aħħar fażijiet tat-tlestija, saru numru ta' inizjattivi taħt l-awspiċi tal-istess kunsill. Dawn jinkludu taħriġ li kien offrut lis-Sindki kollha dwar it-tmexxija prattika tal-laqgħa tal-kunsill. Barra minn hekk, bħalissa għadhom qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għal programm ta' taħriġ, li permezz tiegħu dawk kollha li jaħdmu fil-qasam jistgħu jiksbu finanzjament sa massimu ta' €4000 biex jirċievu taħriġ li jagħżlu huma stess.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda jopera l-Inclusion Hub fir-Rabat?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li bħalissa qed issir l-evalwazzjoni tat-"tender sustainable demolition, construction, and excavation" tal-Inclusion Hub fir-Rabat. Kif tħabbar fil-konferenza stampa tad-19 ta’ Jannar 2026, il-proġett mistenni jiġi komplut fl-aħħar tas-sena 2027.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan fil-futur qarib li titkabbar il-klinika magħrufa bħala ‘pain clinic’ minħabba l-lista ta’ stennija li hemm? Jekk iva, kif ser isir dan u meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pain Clinic qiegħda kontinwament titkabbar, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, biex titnaqqas il-lista ta’ stennija u jinqdew aktar pazjenti.
Il-Pain Clinic barra li tieħu ħsieb pazjenti b’uġigħ kroniku, żiedet ukoll il-kura ta’ pazjenti ta’ uġigħ akut. Is-servizz tal-Pain Clinic jingħata minn erba’ konsulenti speċjalisti Malta, u wieħed minnhom joffri wkoll is-servizzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Bejn is-sena 2024 u 2025 in-numru ta’ pazjenti li għaddew mill-Pain Clinic żdiedu minn 3,142 għal 5,197 u proċeduri minn 2,139 għal 2,480.
Fil-bidu tas-sena żdiedu żewġ kliniċi f’Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa.