Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 74 defibrillators fil-bini tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 310 first aiders iċċertifikati fil-entitajiet kollha li jaqaw taħt il-Ministeru .

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor interpellanta li n-numru ta' karozzi rreġistrati mal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali huwa 20, li jinkludu l-vetturi tas-servizz pubbliku.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru 23523.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Health and Safety Officers

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 33585.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Defibrillators

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm 7 defibrillators.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Defibrillators

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm għaxar (10) defibrillators fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 92 impjegat li huma kwalifikati bħala First Aiders.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ First Aiders kwalifikati fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu huwa ta’ 45.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fis-sena 2024.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fis-sena 2024.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fis-sena 2025.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fastidju sesswali fis-sena 2025.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Karozzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu, u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 27728.

In-Nadur u l-Qala – New Water – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex jiġi kkunsidrat u implimentat is-servizz tan-New Water fi Triq it-Tiġrija u Triq San Blas fin-Nadur, kif ukoll fit-triq li tgħaqqad in-Nadur mal-Qala, fl-isfond tax-xogħlijiet ippjanati f’dawn l-inħawi? Jekk iva, jista’ jindika wkoll jekk hemmx pjan ta’ ħidma b’timeframes stabbiliti u meta huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

In-Nadur u l-Qala – New Water – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tindika jekk hemmx pjanijiet sabiex jiġi kkunsidrat u implimentat is-servizz tan-New Water fi Triq it-Tiġrija u Triq San Blas fin-Nadur, kif ukoll fit-triq li tgħaqqad in-Nadur mal-Qala, fl-isfond tax-xogħlijiet ippjanati f’dawn l-inħawi? Jekk iva, tista’ tindika wkoll jekk hemmx pjan ta’ ħidma b’timeframes stabbiliti u meta huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kontinwament tistudja u tevalwa estensjonijiet ta’ networks ġodda, u f’dan l-istadju għadha qed tistudja l-estensjonijiet fl-inħawi msemmija. Sadattant, kull bidwi f’Għawdex għandu aċċess għan-New Water mill-eqreb dispenser.

Ċimiterju tal-Addolorata - Kuntratt għal xiri ta’ qabar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li snin ilu ħallsu depożitu għax-xiri ta’ qabar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, sal-lum għadhom ma bagħtux għalihom biex jagħmlu l-kuntratt fil-parti l-ġdida ta’ dan iċ-Ċimiterju?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-applikanti li isimhom jidher separatament sejrin jingħataw l-opportunità li jiġu kkummissjonati qabar fil-ħin opportune, dejjem skond l-ordni rispettiva tal-applikazzjonijiet.