Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema barranin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30945 u jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb - Tnaqqis fir-rata tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li titnaqqas ir-rata tal-VAT għall-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jikkumpensa għaż-żieda fl-ispejjeż għal bosta sidien u ħaddiema f’dan is-settur?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb - Tnaqqis fir-rata tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li titnaqqas ir-rata tal-VAT għall-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jikkumpensa għaż-żieda fl-ispejjeż għal bosta sidien u ħaddiema f’dan is-settur?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex  jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb - Tnaqqis fir-rata tal-VAT

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx ħsieb li titnaqqas ir-rata tal-VAT għall-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jikkumpensa għaż-żieda fl-ispejjeż għal bosta sidien u ħaddiema f’dan is-settur?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb - Tnaqqis fir-rata tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li titnaqqas ir-rata tal-VAT għall-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jikkumpensa għaż-żieda fl-ispejjeż għal bosta sidien u ħaddiema f’dan is-settur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kwalunkwe miżura li tittieħed, titħabbar fid-diskors tal-budget.

Mental Health First Aid Course - Taħriġ għall-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema taħt il-Ministeru tiegħu ġew imħarrġa fuq saħħa mentali permezz tal-Mental Health First Aid Course, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u f’persentaġġi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nrreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30047.

Kunsilli Lokali - Terapija għas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali talab biex ikun parti mill-inizjattiva tat-terapija għal persuni li għandhom bżonn għajnuna għas-saħħa mentali u kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirrefri lill-Onor. Interpellant sabiex jirrefri l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Kunsilli lokali - Terapija għas-Saħħa Mentali - Baġit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit marbut mal-għajnuna f’terapiji fil-qasam tas-saħħa mentali li tingħata fil-kunsilli lokali u kemm minnu ntuża sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar waqt it-tnedija tal-inizjattiva mal-Kunsilli Lokali għal servizzi fil-komunità fir-rigward tas-saħħa mentali, il-Gvern alloka għal dan il-proġett baġit ta’ €4.5 miljun.

Kuntratt ta’ konsulenza - Individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30504 u 30826 u jippubblika l-kuntratt ta’ konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ġie ingaġġat bħala ‘Strategic Advisor’ mal-Malta Film Commission f’nofs din is-sena, li jinkludi s-salarju inkluż il-benefiċċji kollha, it-termini tal-ingaġġ u meta jiskadi l-kuntratt tiegħu? Jista’ jippubblika wkoll ix-xogħol li dan l-individwu wettaq fil-kariga tiegħu li jiġġustifika dan l-ingaġġ?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għassa tan-Naxxar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati għall-Għassa tan-Naxxar? Jekk iva, liema xogħlijiet huma ppjanati u kemm hu stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Għassa tan-Naxxar ġiet rinnovata u nawgurata fis-sena 2019, bħala parti mill-istrateġija tal-modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija. Fost ħafna xogħolijiet li kienu saru fil-binja biex titjieb l-istruttura u taqdi aħjar il-bżonnijiet ta’ l-uffiċċjali fl-istess għassa kif ukoll lill-pubbliku li jagħmel użu tagħha, kien hemm bdil ta’ madum, irħam fit-taraġ, dwal ġodda, kamra tal-banju ġdida, xogħol ta’ kisi, tikħil, żebgħa, aluminju, elettriku u plumbing, kif ukoll għamara ġdida. Barra minn dan l-għassa kienet  ġiet mgħammra b'rampa li tagħti aċċess lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Ġiet allokata wkoll kamra għal vittmi tar-reati u persuni oħra bl-iskop li dawn jkunu jistgħu jitkellmu b'mod kunfidenzjali. Minn dakinhar manutenzjoni kompliet issir kull meta jkun hemm il-bżonn.

Għassa taċ-Ċirkewwa - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati għall-Għassa taċ-Ċirkewwa? Jekk iva, liema xogħlijiet huma ppjanati u kemm hu stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi manutenzjoni tal-għassa taċ-Ċirkewwa saret is-sena li għaddiet, fejn sar xogħol ta’ kisi, tikħil u żebgħa minn ġewwa u minn barra kif ukoll xogħol ta' plumbing. Ix-xogħol sar mit-taqsima tas-snajja’ tal-korp, u l-materjal użat kien mill-istokk tal-istess korp.

Għassa tal-Mellieħa - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati għall-Għassa tal-Mellieħa? Jekk iva, liema xogħlijiet huma ppjanati u kemm hu stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar l-Għassa tal-Mellieħa hemm pjanat xogħol estensiv. Ix-xogħol ta’ rinnovament beda tant li diġà inbidel is-saqaf tas-sular ta’ isfel tal-binja, fejn issa sar saqaf tal-konkos. Hu previst illi l-proċess jitkompla fi Frar li ġej u dan ser jinkludi xogħol ta’ kisi, elettriku, plumbing, żebgħa, injam, aluminju, aperturi, installazzjoni ta’ arja kundizzjonata, xogħol tekniku ta’ IT u  għamara ġdida, fost xogħol ta’ tiġdid relatat ieħor.

Għassa tal-Qawra - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati għall-Għassa tal-Qawra? Jekk iva, liema xogħlijiet huma ppjanati u kemm hu stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi diġà saru diversi  xogħlijiet fl-Għassa tal-Qawra, u speċjalment fis-sular t’isfel ta’l-istess binja, tant li l-uffiċċju tal-Pulizija tal-Komunita fil-lokal, tlesta u beda jopera wara dan ir-rinnovar. Ix-xogħolijiet kienu diversi u  jinkludu dawk relatati ma elettriku, plumbing, tiżbiegħ, kisi ta’ ħitan u rinnovar ta’ pavimenti, toilets u aperturi ġodda, fost xogħol ieħor.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Nefqa fuq Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29576, 29989 u 30515 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime f’kull diviżjoni, dipartiment, direttorat, awtorità u fil-Ministeru stess mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gozo Channel (Holding) Company Ltd - Audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts għas-snin 2022 u 2023 tal-kumpanija Gozo Channel (Holding) Company Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

NIrreferi l-Onor. Interpellant għall-audit accounts għas-snin 2022 u 2023 tal-Gozo Channel (Holding) Company Ltd li diġa tqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ras Ħanżir - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fuq moll ġdid u xogħol ieħor f’Ras Ħanżir f’dawn l-aħħar xahrejn? Jista’ jgħid ukoll: i.    jekk dan ix-xogħol sarx permezz ta’ direct order; ii.    x’hemm ippjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin; u iii.    jekk ix-xogħol li ser isir fil-ġimgħat li ġejjin huwiex ser isir permezz ta’ direct order?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30522.