Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċina - Proċess ta’ tendering

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proċess ta’ tendering għall-provvista tal-mediċini, inkluż jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġu involuti aktar minn fornitur wieħed għal mediċina partikolari biex jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqasijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li iċ-CPSU isegwu proċess ta’ tendering kif jitolbu ir-regolament tal-public procurement.  Dawn huma miftuħa għall-fornituri kollha. Infurmat li hemm diskussjonijiet biex wieħed jara jekk għal xi mediċini ġodda jistax xi kultant jintuża proċess differenti.  Dan irid ikun fl-ambitu tal-liġijiet ta’ Malta u Ewropej.

Mediċina - Emergency stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx mekkaniżmu nazzjonali ta’ “emergency stock” biex jiġi żgurat li mediċini essenzjali qatt ma jispiċċaw mill-istokk?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ċ-CPSU għandhom stockpile ta’ sitt xhur għall-mediċina kollha ibbażżata fuq l-użu tal-prodott.  Is-sitwazzjoni tal-konsum hija dinamika u moniteraġġ huwa kontinwu biex jinżamm l-ammont approvat.

Lista Nazzjonali tal-Mediċini - Żieda fil-mediċina

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il mediċina ġdida żdiedet mal-Lista Nazzjonali tal-Mediċini fl-aħħar sentejn, u f’liema kategoriji ta’ mard jintużaw dawn il-mediċini?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 29220.

Snin 2024 u 2025 — Out-of-Home Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal f’Out-of-Home Care fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal f’Out-of-Home Care fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jipprovdi l-età u l-ġeneru ta’ dawn it-tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub minn l-Onor. Interpellanta huwa kif jidher fit-tabelli li jidhru hawn taħt: 2024 (Jannar sa Diċembru 2024) Tip ta Residenza Etajiet Bniet Subien Total Fostering Minn new borns sa 21 sena 128 108 236 Djar FSWS Minn 9 snin sa 23 sena 44 17 61 NGO’s u Aġenzija Sapport Minn new borns sa 22 sena 45 78 123 Faċilità Korrettiva 14-il sena u 16-il sena u 6 xhur 1 1 2 Settur Privat (Diżabbiltà) Minn 6 snin sa 17-il sena u 8xhur 4 9 13 Sptar 14-il sena u 9 xhur u 17-il sena u 6 xhur 2 2 2 Shelters 16-il sena u 4 xhur 1 0 1 438 2025 (Jannar sa Ġunju 2025) Tip ta Residenza Etajiet Bniet Subien Total Fostering Minn new borns sa 21 sena 130 108 238 Djar FSWS Minn 8 snin sa 24 sena 43 18 62 NGO’s u Aġenzija Sapport Minn sena sa 22 sena 41 75 116 Faċilità Korrettiva 16-il sena u xahar 1 0 1 Settur Privat (Diżabbiltà) Minn 6 snin sa 18-il sena u 5 xhur 7 11 18 Sptar 14-il sena u 9 xhur u 17-il sena u hdax-il xahar 0 2 2 437

Fostering ta’ tfal — Familji li joffru Foster Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji li joffru Foster Care bħalissa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bħalissa hawn 169 familja li joffru  il- Foster Care , ai termini ta’ Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta – Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (kura Alternattiva)

Fostering — Tfal li huma fostered

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma fostered bħalissa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, sa Ġunju ta’ 2025 kien hemm 232 tifel/tifla li huma fostered, ai termini ta’ Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta – Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (kura Alternattiva).

Sena 2025 — Adozzjonijiet minn koppji LGBTIQ+

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm adozzjonijiet minn koppji LGBTIQ+ fis-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fl-2025 kien hemm total ta’ adozzjoni waħda minn koppji LGBTIQ+.

Sena 2025 — Adozzjonijiet ta’ tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm adozzjonijiet fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn l-adozzjonijiet kienu ta’ tfal lokali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm tfal adottati minn pajjiżi barranin, u minn liema pajjiżi kienu ġejjin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fl-2025 kien hemm total ta’ 10 adozzjonijiet minn 6 pajjiżi differenti; 1 mill-Bulgarija, 3 mill-Kolombja, 3 mill-Indja, 1 mill-Portugal, 1 mill-Vjetnam u 1 minn Malta. Tajjeb li jingħad illi, l-informazzjoni li tinżamm għal Malta hija informazzjoni li tiġi mgħoddija lill-Awtorità Ċentrali għax ikunu fi proċess ta’ fostering u wara jinqaleb għall-adozzjoni.

Ħal Tarxien - Triq l-Isqajjaq – Zebra Crossing

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29441, jista’ l-Ministru jara li ż-Zebra Crossing f’Triq l-Isqajjaq, f'Ħal Tarxien issir peress li għadha ma saritx?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Magħtab - Kwalità tal-arja - Studju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx studju fuq il-kwalità tal-arja fil-Magħtab fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti ta’ dawk l-inħawi? Jekk iva, tista’ tqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji bażi tal-kwalità tal-arja għall-aħħar EIA li sar minn WasteServ Malta.

Magħtab landfill - Impjant li jikkontrolla l-irwejjaħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri jittieħdu biex l-impjant tal-Magħtab landfill jikkontrolla l-irwejjaħ li spiss ikun hemm u li qed jikkawżaw inkonvenjent għar-residenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2120.

Transport Malta - Vetturi b’tinted car glass - Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy ta’ Transport Malta għal dawk il-vetturi li għandhom tinted car glass li minħabba fih is-sewwieq tal-vettura ma jidhirx?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, meta jidħol rapport jew uffiċjal jiltaqa’ ma’ każ ta’ vettura b’tinted skur eċċessiv, tinħareġ ċitazzjoni u jidħol rapport intern. Wara dan, tintbagħat ittra bil-posta lis-sid tal-vettura sabiex jingħata appuntament għal spezzjoni ġewwa l-Vehicle Inspection Unit. Jekk waqt l-ispezzjoni jinstab li t-tinted fuq il-vettura mhux konformi mal-livelli permessi, is-sid jista’ ineħħi t-tinted fuq il-post jew fil-każ li dan ma jkunx possibbli, l-Awtorità tagħtih perjodu ta’ żmien sabiex ineħħi t-tinted u jerġa’ jattendi għal spezzjoni oħra. F’dan il-perjodu, titpoġġa restrizzjoni fuq il-vettura, li titneħħa biss wara li l-vettura terġa’ tiġi spezzjonata u konformi mal-liġi.

Baħar iċ-Ċagħaq - Caravans ipparkjati

Question

B’referenza għal caravans li jinsabu pparkjati matul il-kosta kollha ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi minn Mejju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm hemm permessi maħruġa preżentement?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li il-premessi għat-tqegħid ta' caravans huma bbażati fuq lokalità u mhux żona jew triq partikolari ġo fiha, għaldaqstant id-dettalji mitluba ma jistgħux jingħataw.

Baħar iċ-Ċagħaq - Noise pollution - Ilmenti

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq dwar noise pollution ikkawżat minn vetturi u muturi li jsuqu b’veloċità kbira, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser tieħu Transport Malta biex jinqata’ dan l-inkonvenjent?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2021 l- 85th Percentile Speed fi Triq il-Kosta Baħar iċ-Ċagħaq kien ta’ 88km/h northbound u southbound kien 84km/h għall-karozzi tal-passiġġieri, u 109km/h għall-muturi. Fl-istess sena fl-2021, id- Day-Eve-Night Noise Indicators (Lden) maħruġa mill- Environmental Resources Authority juru lil kien hemm xi residenzi biswit Triq il-Kosta fejn tali 24-hours-Annual-Average kien ta’ 60-64dB. Kif ukoll in- Nighttime-Annual-Average (Lnight) kien ta’ 60-64dB. Sussegwentament ġew installati speed cameras addizjonali fi Triq il-Kosta għal Posted Speed Limit ta’ 60km/h. F’Diċembru tas-sena 2023 Transport Malta għamlet speed survey ieħor fein l- 85th Percentile Speed ta’ Triq il-Kosta kien ta’ 61km/h northbound u 64km/h southbound .  Dan it-tnaqqis tal- 85th Percentile Speed ifisser li sar tnaqqis fil-ħsejjes mill-vetturi w muturi ta’ madwar 40% li jikkorrispondi sa massimu ta’ tnaqqis ta’ 5dB. Ħsejjes li jirriżultaw minn vetturi w muturi b’sewqan eċċessiv ikunu minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku tal- Posted Speed Limit u jkunu suġġetti għall-miżuri t’infurzar kif applikabbli.  F’din iż-żona jsiru diversi spezzjonijiet min-naħa tas- Sezzjoni tal-Infurzar ta’ Transport Malta.

Il-Fgura – Triq Mater Boni Consiglii – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati fi Triq Mater Boni Consiglii, l-Fgura viċin l-iskola primarja tal-Gvern u l-ġnien Patri Redent Gauci, peress li kull meta tagħmel ix-xita din iż-żona tegħreq u hija ta’ inkonvenjent u possibbilment ta’ periklu għar-residenti u l-istudenti li jattendu l-iskola?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.  Infrastructure Malta se tkun qed tirrevedi il-livelli tat-triq biex ikunu jista’ jiġi implimentat livell ta’ asfalt adegwat minħabba l-ilma li jinġabar f’din iż-żona.

Għawdex – Batterija tal-Qbajjar

Question

Fid-dawl tal-ftehim imħabbar aktar kmieni din is-sena bejn l-Awtorità tal-Artijiet u Heritage Malta biex jitneħħew perikli mill-Batterija tal-Qbajjar fiż-Żebbuġ, Għawdex, u peress li m'hemm l-ebda xogħol viżibbli ħlief għal għadd ta' markers fuq l-istruttura li għadha miftuħa għall-pubbliku u tqajjem tħassib dwar il-vandaliżmu u s-sigurtà ta' dawk li jidħlu, jista' l-Ministru jipprovdi dettalji tax-xogħlijiet li saru biex jipprevjenu mwiet traġiċi bħal dik taż-żagħżugħa li mietet minħabba l-kollass tal-istruttura abbandunata tal-Batterija ta’ Riħama? Jista' jippreżenta xi riżultati ta’ surveys li saru f’dan ir-rigward? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li l-Batterija tal-Qbajjar tiġi trasferita lil Din l-Art Ħelwa, fil-każ li ma jkunx hemm interess mill-Awtorità tal-Artijiet u Heritage Malta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-reġistru fl-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar. Fil-każ tas-sena 2025 l-aħħar ċifri ppubblikati huma t’Awwissu 2025. Persuni jirreġistraw għax-xogħol Xahar 2023 2024 2025 Jannar 1,072 1,057 1,117 Frar 1,041 1,096 1,075 Marzu 1,013 1,144 1,057 April 966 1,202 1,038 Mejju 916 1,223 1,050 Ġunju 875 1,169 995 Lulju 893 1,121 1,012 Awwissu 974 1,138 1,027 Settembru 1,004 1,109 Ottubru 959 1,089 Novembru 950 1,067 Diċembru 955 1,115

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30869 u jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.