Mental Health First Aid Course - Taħriġ għall-ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-persentaġġ ta’ ħaddiema li jaħdmu taħt il-Ministeru tagħha li ġew imħarrġa fuq saħħa mentali permezz tal-Mental Health First Aid Course?
Mental Health First Aid Course - Taħriġ għall-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema taħt il-Ministeru tiegħu ġew imħarrġa fuq saħħa mentali permezz tal-Mental Health First Aid Course, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u f’persentaġġi?
Mental Health First Aid Course - Taħriġ għall-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema taħt il-Ministeru tiegħu ġew imħarrġa fuq saħħa mentali permezz tal-Mental Health First Aid Course, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u f’persentaġġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30046.
Mental Health First Aid Course - Taħriġ għall-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema taħt il-Ministeru tiegħu ġew imħarrġa fuq saħħa mentali permezz tal-Mental Health First Aid Course, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u f’persentaġġi?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ ħaddiema fi gradi tekniċi u industrijali mal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm jaħdmu f’kull Ministeru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm 1,489 ħaddiem fil- gradi tekniċi u 1,427 ħaddiem fil- gradi industrijali.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn u kemm inbnew stazzjonijiet tal-ippumpjar tad-drenaġġ (sewage pumping stations) ġodda f’Għawdex, mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu indikat f’din il-mistoqsija, f’Għawdex inbnew tliet stazzjonijiet tal-ippumpjar tad-drenaġġ. Dawn jinsabu fi Triq Daħlet Qorrot u oħra fi Triq l-Emigranti n-Nadur u l-oħra fi Triq San Pawl, ix-Xewkija.
Ta’ Sannat Għawdex – Triq it-Tabib Anton Tabone – Storm water culvert
Question
Peress li min-naħa Taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex jinżel ħafna ilma kull meta tagħmel ix-xita, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-water culvert li sar fi Triq it-Tabib Anton Tabone (li minn taċ-Ċawla twassal għad-daħla tar-raħal Ta’ Sannat), sar sa nofs ‘il-Qasam’ biss, minflok mat-tul tal-Qasam kollu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol rikjest f’dan it-tender kien ikopri sa nofs Triq it-Tabib Anton Tabone. L-imsemmi culvert huwa biss l-ewwel fazi minn proġett li se jinkludi
storm water culvert
matul it-triq kollha Anton Tabone.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fi Triq San Duminku fir-Rabat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll kif inhu għaddej l-andament ta’ dawn ix-xogħlijiet u meta huwa ppjanat li jitlesta x-xogħol relatat ma’ din is-sejħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq indikata għandhom jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena kif stipulat fil-kuntratt iffirmat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27683 li ngħatat fit-13 ta’ Mejju 2025 dwar fiex waslet is-sejħa għall-vapur ROPAX (ref. CT2379/2024) li għalqet fit-2 ta’ April 2025, fejn intqal li “l-Gozo Channel se terġa’ toħroġ sejħa ġdida fil-ġimgħat li ġejjin. Infurmat li l-Gozo Channel ħadet nota tal-kritika u qed jiġu kkunsidrati xi bidliet fir-rekwiżiti tas-sejħa l-ġdida”, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sejħa ħarġitx u jekk kienx hemm tibdiliet fir-rekwiżiti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li infurmat li t-tender għandu joħroġ fiż-żmien li ġej hekk kif ikun komplut.
Raħal Ġdid - Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran - Persuni li ngħataw servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ngħataw servizz fiċ-Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran f’Raħal Ġdid mill-ftuħ tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jagħti elenku tas-servizzi varji li ngħataw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari
30393 u 30394.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Gwardjani jaħdmu fil-kċina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani jaħdmu fil-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u x’rank għandhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-kċina tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm tmien uffiċċjali jaħdmu bħalissa. Bħala ranks jinkludu spettur, surġent u sitt uffiċċjali korrettivi.
Ħ’Attard - Triq is-Sienja u Triq il-Blanzuni - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29669 fejn intqal li Triq il-Blanzuni f’Ħ’Attard għandha titlesta sa nofs Settembru, u peress li ż-żmien imsemmi għadda u x-xogħol għadu għaddej, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser jitlesta dan ix-xogħol? Jista’ wkoll jagħti indikazzjoni ta’ kemm ġiet tiswa din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hu previst li x-xogħlijiet jiġu konklużi sal -aħħar ta’ Ottubru 2025. Spiża tax-xogħlijiet għadha ma ġietx ikkwantifikata.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pjanijiet biex jitjiebu l-loġistika tal-ħażna u d-distribuzzjoni tal-mediċini mill-MDD (Medical Distribution Department) lejn l-ispiżeriji tal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm sistema ċentrali fejn d-data tal-entitajiet għanda tgħaddi għal fuq is-sistema ċentrali u hekk l-ordni u d-distribuzzjoni tkun iktar eżatta. Din hija sistema teknoloġika li qegħda tiġi ttestjata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent kien affettwat b’mod dirett minħabba nuqqas ta’ mediċini essenzjali fl-aħħar sena, u liema passi ta’ mitigazzjoni ttieħdu għal dawn il-pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja d-diffikultajjiet fid-distribuzzjoni nternazzjonali ta’ ċerti medċini, is-CPSU (li tforni l-mediċini lill-oqsma kollha tas-saħħa nazzjonali), tagħmel minn kollox biex tara li l-mediċini jkunu fornuti lill-pazjenti.
Jista’ l-Ministru jispjega kif il-Gvern qed jindirizza l-problema ta’ mediċini ġeneriċi kontra dawk ta’ marka, u kif qed jiġi assigurat l-aħjar valur għall-pazjent u għall-istat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt anke f’dan il-Parlament, mediċina ġenerika hi bijoekwivalenti għall-mediċina tal-marka. Dan ifisser li l-mediċina ġenerika trendi l-istess ammont ta’ sustanza attiva fid-demm matul l-istess perjodu ta’ ħin, biex b’hekk tiżgura li l-mediċina ġenerika taħdem fil-ġisem bl-istess mod bħall-mediċina oriġinali. Mediċini ġeneriċi. Inkluż dawk manifatturati f’Malta, jsegwu l-istess Regolamenti tal-UE fir-rigward tal-kwalità, sikurezza u effettività.
Nenfasiżża L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tappoġġa l-użu tal-mediċini ġeneriċi.
Għaldaqstant ma nistax nifhem, għala qed jitkompla jintefa’ dan id-dubju dwar l-użu ta’ mediċini ġeneriċi. Milli jidher, l-Oppożizzjoni mhux qed tifhem li meta qed jintefgħu dawn id-dubju, qed jinħoloq alarm, li għandu effett psikoloġiku fuq l-eluf ta’ pazjenti li jagħmlu użu minn dawn il-mediċini ġeneriċi. M’hemm ebda bażi xjentifika biex jintefa’ dan id-dubju.
Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubbliku, l-Awtorità Maltija tal-Mediċini kif ukoll Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA), diġa ddikjaraw pubblikalment li mediċina ġenerika fiha l-istess sustanza attiva bħall-mediċina ta’ referenza.
Ma’ din it-tweġiba, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-istqarrija maħruġa mill-Awtorità Maltija tal-Mediċini u mis-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, liema stqarrija ħarġet fil-5 ta’ Ottubru 2025.