Aġenzija Malta Libraries – sejħa għal Chief Officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-aħħar sejħa għall-Chief Officer (COO) fl-Aġenzija Malta Libraries saritx kif titlob id-Direttiva tas-settur pubbliku? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandha l-persuna fl-oqsma tax-Xjenza tal-Libreriji u l-Arkivjar?
Ir-Rabat, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, u l-Imġarr – Xogħlijiet ta’ titjib
Question
Jista’ l-Ministru jagħti skeda dettaljata tax-xogħlijiet ta’ titjib, infrastruttura u asfaltar li ser isiru fit-toroq tar-Rabat, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, u tal-Imġarr sa Mejju 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xogħlijiet infrastrutturali ser isiru f’dawn it-toroq: Triq Ġilormu Dingli, Rabat; Triq Ferreri, Rabat; Triq Cagħki, Rabat; Sqaq Santa Barbara, Rabat; Triq Anton Muscat Azzopardi, Rabat; Triq Santa Barbara, Rabat; Triq Imtarfa, Mtarfa; Triq Santa Katerina, Rabat; Triq San Dwardu, Rabat; Triq Rgħajja- Phase 2, Rabat; Triq il-Maddalena, Dingli; New Road off Triq tal-Ħlas, Żebbuġ; rural road at Rdum ta l-Iħfar, Dingli; Sqaq fi Triq Santa Katarina, Dingli; rural road at Triq il-Buskett, Dingli; rural road at Triq il-Qaws, Dingli; rural road at Triq l-Imnarja, Dingli; rural road at Road off Triq is-Santi, Mġarr; rural road at Triq Għajn Tuffieħa, Mġarr; rural road at Sqaq fi Triq Santi, Mġarr; rural road at Triq Ġnien Għajn Tuffieħa, Mġarr; rural road at Sqaq fi Triq iċ-Ċens l-Iswed, Rabat; rural road at Triq ta’ Slampa, Rabat; rural road at unnamed road in limits of Għar Żerriegħa, Rabat; part of Triq Mario Galea Testaferrata, Mdina / Rabat u rural road at Sqaq fi Triq Wied is-sewda, Haż-Żebbuġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji fl-aħħar 25 sena u kemm minnhom ġew solvuti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni hija kif jidher fit-tabella hawn taħt. Tajjeb li wieħed jirrimarka kif bis-saħħa ta' ħaddiema mill-aqwa, bl-aħjar taħriġ u għodda biex jaħdmu, wassal biex fl-aħħar snin l-omiċidji kollha kienu solvuti.
Kazijiet ta’ Omicidji – 2000 sad-9 ta’ Ottubru 2025
Numru ta’ każi
Status
Sena
Solvuti
Mhux solvuti
2007
4
3
1
2008
7
4
3
2009
4
3
1
2010
4
3
1
2011
3
3
0
2012
10
7
3
2013
6
4
2
2014
6
2
4
2015
4
2
2
2016
5
3
2
2017
9
5
4
2018
6
6
0
2019
3
3
0
2020
6
6
0
2021
2
2
0
2022
8
8
0
2023
3
3
0
2024
5
5
0
2025
3
3
0
Mediterrane Film Festival u Malta Bee Awards - Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29533, jista’ l-Ministru jagħti l-istima tan-nefqa totali relatata mal-Mediterrane Film Festival u l-Malta Bee Awards għal din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-Mediterrane Film Festival li seħħ f’Ġunju li għadda, rapport relatat mal-impatt ekonomiku tiegħu ser jiġi ppubblikat fiż-żmien li ġej. Ta’ min ifakkar li dan l-avveniment internazzjonali ħalla riżultati pożittivi kbar f’pajjiżna, kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll minn dak tan-networking għall-produtturi Maltin, li sena wara sena aħna bħala Gvern assistejnihom u appoġġajnihom biex ikomplu jimxu ’l quddiem.
Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Mitigation Measures
Question
To ask the Minister, what specific mitigation measures are being taken, or are planned to be taken, within the Pembroke to Ta’ Qali water supply tunnel structure (such as anti-vibration mountings or acoustic damping on pipes and equipment) to reduce the ground-borne noise and vibrations that are now affecting residents 24 hours a day?
Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Noise and Vibration Studies
Question
To ask the Minister, were there any post-construction noise and vibration studies, specifically relating to the operational phase of the Pembroke to Ta’ Qali water supply tunnel, conducted in the affected residential areas of Swieqi and Ibraġġ? If so, can the Minister publish the findings of these studies and confirm the measured decibel and vibration levels?
Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Noise Source
Question
To ask the Minister, has the Water Services Corporation identified the precise source of a continuous hum and vibration (e.g. water pumping, ventilation systems, or water flow) following the completion of the Pembroke to Ta’ Qali water supply tunnel boring, which passes directly underneath or in close proximity to Swieqi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni dwar il-ħsejjes u l-vibrazzjonijiet li qed jagħmel aċċenn għalihom.
San Ġwann - Triq Mensija - Użu mhux konformi ta’ garaxx
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar irċevitx rapporti minn residenti f’San Ġwann, dwar garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li allegatament qed jintuża bħala car wash li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li saħansitra jidher ukoll reklamizzat fuq is-sit elettroniku li d-dettalji wkoll qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan l-użu huwiex konformi mal-permessi kurrenti ta’ dan il-fond?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fi Frar 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħarġet Avviż ta’ Waqfien u ta’ Twettiq EC/0023/25 fuq dan il-post peress li kien sar “
żvilupp mingħajr permess, u dan billi: 1) inbidel l-użu tal-garaxx fil-pjan terran, minn post b’liċenzja ta’ mekkanik għal post fejn jingħata servizz ta’ ħasil ta’ karozzi; 2) twaħħlet tabella b’reklam fuq il-faċċata (mal-ġenb tal-entratura); 3) inbidel il-bieb tal-garaxx minn wieħed tal-metal għal wieħed mekkanizzat (roller shutter)
.” Dan l-Avviż kien maħruġ bil-multa għal kull ġurnata skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.24. Peress li l-użu illegali kien waqaf u l-iżvilupp illegali kien tneħħa f’Mejju 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar għalqet l-Avviż għax ma kienx baqagħlu effett. Mill-informazzjoni maħżuna fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar, ma jidhirx li l-Awtorità rċeviet xi lmenti oħra rigward dan il-post wara Mejju 2025. Minħabba din il-mistoqsija parlamentari, uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar reġgħu spezzjonaw il-post fl-10 ta’ Ottubru 2025, u ġie kkonfermat li fuq il-post ma hemmx użu illegali. Ma nstab ebda apparat li jista’ jindika li qiegħed isir ħasil ta’ karozzi fuq bażi kummerċjali, jew qiegħda issir xi attività kummerċjali oħra mingħajr permess. Fuq il-faċċata ma hemmx reklami jew tabelli mwaħħlin. Rigward ir-reklam/avviż
online
, irid jingħad li s-sit elettroniku msemmi mhux funzjonabbli tant li ma jistgħux isiru bookings minnu (bħalma kien isir meta l-attività kienet għaddejja illegalment), u n-numru tal-mobile ma jaħdimx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deportati immigranti minn Malta meqjusa bħala vulnerabbli skont ir-Regolamenti Dwar l-Akkoljenza ta’ Persuni li jfittxu l-Asil (LS. 420.06), mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u maqsuma skont dawn il-kategoriji: minuri, minuri mhux akkumpanjati, nisa tqal, ġenituri waħedhom bi tfal minorenni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni dwar tneħħija ta' persuni mill-pajjiż huwa kif provdut hawn taħt. Persuni jitneħħew għal diversi raġunijiet fosthom li għax jiksru l-liġi jew wara wasliet irregolari ma jikkwalifikawx għal ażil. Infurmat li tali ritorn isiru skont il-liġi, u f’diversi każi anke wara deċiżjonijiet tal-Qorti.
Rigward il-kategoriji ta' persuni imsemmija mill-interpellant, ta’ min jinnota li l-qafas legali Nazzjonali u Ewropew jippermetti tali miżuri, speċjalment meta jkun fl-aqwa interess tal-minuri u sakemm ikun hemm ċertezza li l-persuni kkonċernati mhumiex f’periklu għall-ħajjithom. Minkejja dan, f'każijiet ta' minuri mhux akkumpanjati li ma jkunux jikkwalifikaw għall-ażil, l-Agenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali toħroġ Protezzjoni Temporanja sakemm il-persuna tagħlaq 18-il sena. Dan għax bħala prinċipju Malta ma tiddeportax minuri mhux akkumpanjati.
Rigward l-Ordnijiet ta' Ritorn ta' immigranti minn pajjiżi terzi lejn pajjiżi oħra Ewropej, fl-2020 din l-amministrazzjoni emendat il-liġi sabiex l-Pulizija setgħet tinforza aħjar ir-ritorn ta' dawn in-nies hekk kif sal-2020 dawn il-persuni ma setgħux jiġu miżmuma mill-Pulizija sakemm jitwettaq ir-ritorn. Dan kien iwassal għal nuqqas kbir ta' koperazzjoni mal-awtoritajiet.
Year
Forced Returns
Assisted Voluntary Return
OTRs
Totals
2015
182
12
n/a
194
2016
96
14
n/a
110
2017
172
19
n/a
191
2018
223
22
n/a
245
2019
206
16
n/a
222
2020
135
7
n/a
142
2021
416
40
122
578
2022
330
45
618
993
2023
590
10
778
1,378
2024
457
35
937
1,429
10 Ott 25
446
18
784
1,248
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30122, jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema partit jappertjenu s-sindki u l-kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li ninsab infurmat li l-Ministeru ma jiġborx tali informazzjoni kif mitluba mill-Interpellanta, insaqsi x’differenza għandha taghmel jekk kunsillier ikunx ma’ partit jew ma’ ieħor.
Jidher li l-Oppozizzjoni trid tibqa tittimbra lin-nies li jaħdmu mal-Gvern, anke dawk eletti mill-poplu fi ħdan il-kunsilli lokali, jekk humiex Laburisti jew Nazzjonalisti.
Inżid illi ma’ dan il-Gvern jaħdem kulħadd, irrispettivament mit-twemmin politiku li l-persuna tħaddan.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Sindki u Kunsilliera
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30136, jista’ l-Ministru jgħid minn liema kunsilli lokali huma dawk l-impjegati li qed jagħmel referenza għalihom fl-istess tweġiba u xi rwol għandhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-persuni eletti fil-Kunslli Lokali huma minn dawn il-lokalitajiet; il-Birgu, l-Msida, Ħal Safi, ż-Żurrieq, Floriana, Victoria, l-Għarb, Ta’ Kerċem, Ta’ Sannat, il-Fontana u x-Xagħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29687, dwar xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru fil-pjazez hekk kif imsemmija fl-istess tweġiba, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu qegħdin jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet f’Misraħ Kirkop, Kirkop għadhom ma bdewx peress li qed nistennew l-approvazzjoni tal-permessi neċessarji. Rigward il-Pjazza tas-Saqqajja, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ entitajiet ikkonċernati rigward l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet. Il-proġett ta’ Misraħ Karmu Grima, Żejtun tlesta f’nofs Settembru ta’ din is-sena. Ix-xogħol fil- Pjazza ta’ Ħal Tarxien qed jiġi implimentat, liema xogħol mistenni li jkun lest fit-tieni kwart tas-sena 2026. Hekk kif jigi ffinalizzat id-disinn tal- Pjazza ta’ Ħal Safi, tkun tista’ tigi ppublikati s-sejħa għall-offerti.
Ħruġ inkorrett ta’ skart jew rimi ta’ skart illegali - Multi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti ċifra ta’ kemm-il multa nħarġet għall-ħruġ inkorrett ta’ skart jew rimi ta’ skart illegali (littering)? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom ġew imħallsa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex jiġi implimentat jew estiż il-community policing f’lokalitajiet bħal San Ġiljan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli li mhux talli hemm il-pjan, imma dan il-pjan diġa’ implimentat tant li l-pulizija tal-komunità f’San Ġiljan ilhom jaħdmu sa minn Frar 2025. Illum il-pulizija tal-komunità jaħdmu fil-lokalitajiet tal-pajjiż kollu.
Ħal Far - Korsa għat-tlielaq tal-karozzi - Pagamenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pagamenti saru mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, lill-Aġenzija għal Infrastruttura Malta in konnessjoni ma’ xogħol li qiegħed isir fuq il-korsa għat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal Far matul din il-leġiżlatura u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-pagamenti huma regolati b’tender u kemm minnhom saru permezz ta’ direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li iktar kmieni din is-sena l-art fiż-żona tad-Dib fil-Mosta ġiet akkwistata mill-Awtorità tal-Artijiet u kienet għaddiet lill-Awtorità tad-Djar, u issa r-residenti ta’ din l-akkwata qed jistennew sabiex finalment isiru sidien ta’ djarhom, jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess intern fi ħdan l-Awtorità tad-Djar biex numru ta’ residenti fiż-żona tad-Dib fil-Mosta, ikunu jistgħu jagħmlu l-kuntratt definittiv tal-akkwist tad-dar tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fiż-żona tad-Dib fil-Mosta għaddiet għand l-Awtorità tad-Djar, u issa qiegħda fil-proċess li jsir is-subdiviżjoni tal-art in kwestjoni skont il-‘plots’ rispettivi mid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet. Malli dan il-proċess jitlesta, jibda l-proċess sabiex jiġu ffirmati l-kuntratti finali.