Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda (inkluż career progression) fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 16515.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – bordijiet u kumitati - persuni
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha tal-persuni li f'Ottubru 2025, huma membri ta’ bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord jew kumitat? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu? Jista’ jgħid x’inhi l-esperjenza ta' kull wieħed u waħda minnhom, fuq il-bord u l-kumitat imsemmi u l-kompetenzi fejn jidħol is-settur/qasam ikkonċernat?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22680. B’referenza għal dik it-tweġiba, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, lista b’aġġornament ma’ dik it-tweġiba mmarkata tabella A. Addizzjonalment, peress li dan il-Ministeru żied id-dekasteri tiegħu, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ boardijiet oħra li saru formanti parti minn dan il-portafoll mmarkata tabella B.
Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali - rendikont
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' fejn u meta s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, offriet s-servizzi tagħha għal evalwazzjoni arkeoloġika sewwa fuq l-art kif ukoll taħt il-baħar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li skont it-termini ta’ Artiklu 65 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, is-Sovrintendenza għandha id-dritt esklussiv li twettaq skavi kif ukoll evalwazzjonijiet arkeoloġiċi. Għaldaqstant, kull investigazzjoni arkeoloġika li saret mill-2003 ‘il quddiem, hija meqjusa li saret mis-Sovrintendenza jew minn arkeologi approvati mill-istess Sovrintendenza u li jaħdmu taħt id-direzzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk id-Deputati tal-Gvern li matul l-aħħar 12-il xahar għamlu parti minn xi kumitat jew kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli? Jista’ jgħid ukoll fejn kienu qegħdin iservu fil-kariga li kienu qed jokkupaw, b'liema mod kienu impjegati, jekk hux b'sejħa pubblika jew le, u kemm kien il-ħlas/onorarja tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet ippubblikata l-aħħar strateġija tal-Wirt għall-Patrimonju Kulturali? X'inhi l-viżjoni u l-pjan tal-Gvern sas-sena 2030 fit-twettiq tar-riformi neċessarji li jridu jsiru f'dan il-qasam? Jista' jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment fl-irwol tiegħu ta' strateġija u tfassil f'viżjoni għall-Wirt Nazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-2021, wara konsultazzjoni pubblika, il-Ministeru ippubblika l-Politika Kulturali Nazzjonali li fiha diversi miżuri li jittrattaw il-patrimonju kulturali immobbli u mobbli, intanġibbli kif ukoll dak performattiv u kreattiv.
Pembroke - Ta’ Qali - Water supply tunnel – Remedial Action for Residents
Question
To ask the Minister, what immediate steps will the Water Services Corporation take to address and resolve the continuous, low-frequency hum and vibrations emanating from underground, which is severely disrupting sleep and quality of life, and what channel can the affected residents use to report the issue for immediate investigation and monitoring at their specific property?
Iż-Żebbuġ, Għawdex - Triq Għajn Mhelhel - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29358 li ngħatat fit-30 ta’ Ġunju 2025 dwar il-parti ta’ Triq Għajn Mhelhel li miż-Żebbuġ Għawdex twasslek għax-Xwejni u li kienet ċediet diversi xhur ilu, fejn ġie mwieġeb li “x-xogħol ser issir fix-xahar ta’ Lulju.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux matul ix-xahar ta’ Lulju, fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, minn min saru, kemm ġew jiswew u meta u fejn ħarġet is-sejħa biex isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30983 u jgħid jekk kienx hemm intake ta’ studenti ġodda għal din is-sena skolastika 2025-2026 fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija? Jekk iva, kemm-il student ser ikun qiegħed jidħol għall-ewwel darba, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fiċ-ċentru msemmi, għal din is-sena skolastika ma daħlux studenti ġodda.
Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Sudenti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30982 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30596 dwar studenti ġodda fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija, jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena ta’ skola qegħdin maqsuma il-114-il student separatament għal kull sena u ċjoè l-ewwel sena, it-tieni sena, it-tielet sena, eċċ? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ser jattendu għall-ewwel darba f’din l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
2nd year – 32
3rd year – 21
4th year – 23
5th year – 21
6th year – 17
Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30964 u jgħid kemm hu ppjanat li jkun hemm studenti fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija għas-snin skolastiċi 2026-2027, 2027-2028, 2028-2029, 2029-2030 u 2030-2031, separatament għal kull sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tifhem li dan huwa settur delikat li jinvolvi student b’ċirkostanzi li jevolvu u jinbidlu b’mod regolari. Għalhekk filwaqt li l-Ministeru jkollu stampa ċara ta’ min potenzjalment jista’ japplika biex jattendi f’dawn iċ-ċentri post sekondarja, u allura l-attendenza mhix obligatorja, it-total ta’ student jista’ jinbidel. Għalhekk sabiex ma tiġix żgwidata l-Kamra, mhux qed tiġi ppublikata din l-informazzjoni.
Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30963 u jgħid kemm hemm studenti preżentement fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, jista’ l-Ministru jara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura , kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Jista’ jara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30585, jista’ l-Ministru jara li t-tarf ta’ Triq Valperga fil-Fgura , kif ukoll taħt l-mina, jiġi mdawwal aħjar peress li bħalissa ma tantx huwa mdawwal? Jista’ jara wkoll li jsir ilqugħ tal-ħadid fuq il-bankini taż-żewġ naħat sabiex jipproteġu lil min ikun qiegħed jaqsam?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30101
fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) 2024/900, fejn intqal li ‘għaddejja l-ħidma neċessarja sabiex jiġi żgurat l-implimentazzjoni effettiva tal-provedimenti tar-Regolament rispettiv’, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet din il-ħidma biex jiġu effettivament implimentati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE u jekk ġiex fit-tmiem? Jista’ jgħid ukoll liema entità ser tkun jew hi responabbli għat-tħaddim tar-regoli pertinenti u jekk ġewx imfassla xi regoli domestiċi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-UE?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari numru 30101.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30165, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ippubblikati l-emendi leġisżattivi abbozzati li qed jagħmel referenza għalihom? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġew ippubblikati u jekk saritx konsultazzjoni pubblika dwarhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ġejt infurmat li l-emendi leġislattivi sa issa ma ġewx ippubblikati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet il-Qorti mill-Pulizija dwar cyberbullying u abbażi ta’ liema dispożizzjonijiet tal-liġi saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu jinvolvu persuni taħt l-età ta’ 16-il sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi provedimenti speċifiċi fuq Cyberbullying ġew introdotti fil-Kodiċi Kriminali, Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta taħt l-Artiklu 251 BC fil-5 ta’ Awwissu 2025. Infurmat illi matul is-sena 2025 sal-aħħar ta’ Settembru, il-Pulizija ħadu azzjoni fil-qrati kontra tlieta u għoxrin persuna fuq każi ta’ Cyberbullying.
Minn dawn il-każi kien hemm persuna waħda li kienet taħt is-sittax -il sena u kienet l-awtur tar-reat. L-oħrajn kollha kienu persuni ta’ l-fuq minn sittax -il sena. Fuq dawn il-każi l-persuni responsabbli tressqu abbażi tal-provedimenti tal-Kap 399, Art. 49(c) u Kap 9 Art. 18 (fejn kien reat kontinwu) – Kap. 9 Artiklu 251A (1) (a) (b) u Kap. 9 Artiklu 251B.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28785, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex l-akwedott tax-Xemxija fi Triq Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar jiġi restawrat?