Legislature:
Category:
Reset
Active:

Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili - Ftehimiet ta’ Medjazzjoni insinwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim ta’ medjazzjoni magħmul minn nutara skont it-termini tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Kap. 55 tal-Liġijiet ta’ Malta) ġie insinwat min-nutara fir-Reġistru Pubbliku f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-medjazzjonijiet jitqiesu bħala noti ordinarji ta’ reġistrazzjoni, u għaldaqstant ma jinżammx reġistru speċifiku għalihom.

Skejjel primarji u sekondarji tal-Gvern - Sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx sigurtà mal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jindika x’tip ta’ sigurtà hemm? Jekk le, hemm xi pjanijiet f’dan ir-rigward?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kull skola tal-Istat hemm provediment ta’ Uffiċjal tas-Sigurtà mal-bieb tal-iskola kemm primarja kif ukoll sekondarja.

NGOs li waqfu joperaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il NGO waqfet topera mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwiegba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2023, total ta’ 96 organizzazzjoni volontarja waqfu milli joperaw u ġew imħassra mir-reġistru uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji (OCVO).

Skejjel statali - Għalliema mhux Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem mhux Malti u li m’għandux livell 3 fil-lingwa Maltija jgħallem fi skejjel statali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx distinzjoni bejn min hu Malti u min mhux Malti sakemm għandhom il-kwalifiċi neċessarji li jgħallmu.

Sena skolastika 2025-2026 - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ser jibdew sena skolastika ġdida fil-jiem li ġejjin, maqsuma skont is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel tal-Istat s’issa hemm 36,420 student li bdew din is-sena skolastika.

Sptar għall-Annimali - Ftuħ

Question

Fid-dawl li għaddew 26 xahar minn meta l-isptar tal-annimali ġewwa Ta’ Qali ġie magħluq, jista’ l-Ministru jgħid meta dan ser jiftaħ biex jerġa’ jagħti servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-MCAST, bl-assistenza tal-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, għaddejjin minn Negotiated Procedure sabiex l-isptar jiftaħ u jibda joffri s-servizzi neċessarji.

MCAST – Kors ta’ Veterinarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena hux ser jerġa’ jiftaħ il-kors ta’ veterinarju offrut mill-MCAST? Jekk fl-affermattiv, kemm applikaw studenti u kemm minnhom ser jibdew dan il-kors?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-kors imsemmi se jerġa’ jiftaħ u s’issa applikaw 25 student.

Snin 2020-2025 — Separazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, li turi kemm kien hemm kawżi ta’ separazzjonijiet irreġistrati sena b’sena mill-2020 sas-7 ta’ Ottubru, 2025.

Skema BM40 — Raġunijiet għal xiex intalbet l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti figuri skont ir-raġunijiet għal xiex intalbet l-għajnuna mill-Iskema BM40 fis-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-iskema tintuża sabiex tassisti familji li jkollhom bżonn l-għajnuna.

Skema BM40 — Raġunijiet għal xiex intalbet l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-figuri skont ir-raġunijiet għal xiex intalbet l-għajnuna mill-iskema BM40 fis-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-iskema tintuża sabiex tassisti familji li jkollhom bżonn l-għajnuna.

Skema BM40 — Familji li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li talbu għall-għajnuna mill-iskema BM40 matul is-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena skolastika msemmija bbenefikaw mal-486 familja mill-iskema BM 40.

Skema BM40 — Familji li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li talbu għall-għajnuna mill-iskema BM40 matul is-sena skolastika 2023-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena skolastika msemmija bbenefikaw mal-483 familja mill-iskema BM 40.

Santa Luċija - Triq Bice Mizzi Vassallo - Parking Bays Ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30209, jista’ l-Ministru jara li d-direzzjoni li jitneħħew t-tliet parking bays u jinġieb kollox kif kien qabel, tiġi effettwata billi sa issa tneħħiet waħda biss u dan b’diffikultajiet varji għar-residenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Commercial Vessel Certificate – dgħajjes reġistrati li għandhom siġill aħmar

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm dgħajjes magħrufa bħala tal-pass li kienu reġistrati sal-aħħar ta’ Settembru 2025 mal-awtoritajiet taħt l-Commercial Vessel Certificate u li għandhom dak li jissejjaħ is-siġill aħmar, kif ukoll jgħid kemm kien hemm dgħajjes li huma reġistrati taħt l-Commercial Vessel Certificate sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Pembroke – Livell għoli ta’ trab u storbju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30880, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux ilmenti minn residenti lill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke dwar dan u jindika x’passi ttieħdu?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-Kunsill Lokali jieħu nota tal-ilmenti li jirċievi u jgħaddihom lill-entitajiet ikkonċernati skont in-natura tal-każ.

Il-Fgura – Triq Kottoner – tneħħija ta’ boulders tal-concrete

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-inkonvenjent li nħoloq fi Triq Kottoner Fgura bit-tqegħid ta’ boulders tal-concrete fin-nofs tagħha, jiġi mneħħi jew imtaffi, peress li diversi persuni ma jistgħux jaqsmu minn naħa għall-oħra tat-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-boulders saru biex jipproteġu lis-sewwieqa mix-xogħlijiet li għaddejjin fit-triq imsemmija.  Sakemm kienu jippermettu x-xogħlijiet, kien hemm spazju bejn il-boulders sabiex persuna tista’ tgħaddi.  Minn din il-ġimgħa inbeda x-xogħol tal-iskavar fuq naħa minnhom u għaldaqstant, għas-sigurta’ ta’ kulħadd, ma jistax jiġi permess li persuna taqsam min-naħa għall-oħra tat-triq minn bejn dawn il-boulders.  Min ikollu bżonn jaqsam min-naħa għall-oħra tat-triq għandu jsegwi id-devjazzjonijiet indikati.

Linji gwidi għad-disinn u tpoġġja ta’ kontenituri tal-iskart fi spazji miftuħa u promenades

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni li turi l-politiki u l-linja gwida li l-Awtorità tal-Ippjanar tuża jew tirrakkomanda rigward id-disinn u t-tpoġġija ta' konternituri tal-iskart fi spazji miftuħa u promenades?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ma għandha l-ebda dokumentazzjoni li turi l-politiki u l-linja gwida li l-Awtorità tal-Ippjanar tuża jew tirrakkomanda speċifikament rigward id-disinn u t-tpoġġija ta' kontenituri tal-iskart fi spazji miftuħa u promenades.

Permessi li ġew ippubblikati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30698, jista' l-Ministru jagħti t-tliet raġunijiet primarji għaliex ta' kull sena l-maġġoranza tal-permessi jieħdu aktar minn għaxart (10) ijiem biex jiġu ppubblikati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sub-Regolament 6(6) tal-Leġislazzjoni Sussidjara 552.13 titlob li: “meta applikazzjoni sottomessa taħt dawn ir-regolamenti tiġi deċiża, iċ- Chairperson Eżekuttiv għandu jistabilixxi d-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li m’għandhiex tkun iktar tard minn ħmistax-il jum mid-deċiżjoni. Il-proposta flimkien mal-isem tal-applikant u nota dwar jekk l-applikazzjoni tkunx ġiet approvata jew miċħuda għandha wkoll tiġi pubblikata fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.” Għal din ir-raġuni, fil-maġġoranza tal-każijiet, id-deċiżjonijiet jiġu ppublikati fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-deċiżjoni. Hemm ukoll każijiet li meta jkunu ġew approvati, fid-deċiżjoni l-Bord/Kummissjoni jkun talab li jiġu sottomessi pjanti/dokumenti li jkunu jridu jiffurmaw parti mid-deċiżjoni (kif provdut fit-tielet Proviso tas-Sub-Regolament 13(4)(b) tal-istess Leġislazzjoni Sussidjarja.  F’dawn il-każijiet, id-deċiżjoni ma tkunx tista’ tinħareġ qabel ma tali pjanti/dokumenti jkunu ġew sottomessi.  F’dawn il-każijiet l-Awtorità tibda tgħodd il-ħmistax-il ġurnata minn dakinhar li c- Chairperson jew wieħed mill-membri tal-Bord/Kummissjoni jkun iċċertifika li s-sottomissjonijiet ikunu jirriflettu d-deċiżjoni.