Fid-dawl tal-Opinjoni Finali tal-Ombudsman imressqa f’Novembru 2023 – li ġiet formalment riferuta lill-Ispeaker skont l-artikolu 22(4) tal-Att dwar l-Ombudsman u li ġiet imqiegħda quddiem din il-Kamra – u fid-dawl tas-sejbiet tal-Ombudsman li “a notary failed to transfer stamp duty and capital transfer taxes due on property deeds, despite having received payments from clients”, peress li l-vittmi ġew mitluba jħallsu t-taxxa darbtejn, u peress li din ġabet protesti mill-pubbliku, jista’ l-Prim Ministru jispjega għaliex il-Gvern sa issa naqas milli jaġixxi fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll il-Gvern meta biħsiebu jimplimenta miżuri konkreti, inklużi dawk proposti mill-Kunsill Nutarili u mill-Ombudsman, sabiex jingħata rimedju immedjat u jiġu protetti d-drittijiet ta’ dawk il-bona fide taxpayers?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Mellieħa fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont it-tip ta’ reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali, rreġistrati mal-pulizija, li seħħew fil-lokalità tal-Mellieħa fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sat-30 ta’ Settembru 2025, maqsuma skont it-tip ta’ reat, kien kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont it-tip ta’ reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali, irreġistrati mal-Pulizija,li seħħew fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sat-30 ta’ Settembru 2025, maqsuma skont it-tip ta’ reat, kienu kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi il-crime report tas-sena 2021, 2022 u 2023 fuq il-mejda tal-Kamra filwaqt li nirreferi lilll-Onorevoli interpellant tirreferi għat-tweġiba parlamentari numru 26718 għal crime report tas-sena 2024.
Ir-rapport tas-sena 2024 ikkonferma li Malta baqgħet pajjiż sigur u stabbli, b’rata ta’ 30 reat għal kull 1,000 persuna. Dan jirrappreżenta tnaqqis meta mqabbel mal-2023 u tnaqqis sostanzjali mill-46 każ għal kull 1,000 persuna fl-2004.
Malta wkoll kisbet riżultati pożittivi f’indiċi internazzjonali, inkluż il-World Justice Project Global Rule of Law Index, fejn kienet fost l-aqwa għaxar pajjiżi minn 142 f’termini ta’ ordni u sigurtà.
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bini ta’ krematorji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal dak li jikkonċerna bini ta’ krematorji? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew deċiżi, kemm minnhom ġew approvati, u kemm minnhom għadhom pendenti? F’liema lokalità jinstabu l-applikazzjonijiet li għadhom pendenti kif ukoll dawk li ġew approvati (jekk hemm applikazzjonijiet li ġew approvati)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema krematorji qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’policy qed jipproponi l-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva għal dak li jikkonċerna l-krematorji f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Ministeru rċeviex talbiet biex jinbnew krematorji, u jekk iva x’pożizzjoni ħa l-istess Ministeru? Jista’ jippubblika l-policy li fuqha l-istess Ministeru jevalwa l-applikazzjonijiet, jekk ikun il-każ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-Att XVII tal-2019 (Kap 599) dwar kremazzjoni.
Għat-tieni parti tal-Mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex tirreferihom lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30945 u 31098 u jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fl-2025 sa April kien hemm 4,598 persuni minn pajjiżi terzi li bdew jaħdmu għall-ewwel darba f’pajjiżna u 3,106 ħaddiema barranin li temmew l-impjieg tagħhom u ma kellhomx impjieg ieħor.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30942 u 31097 u jgħid kemm bdew jaħdmu persuni barranin f’pajjiżna matul l-2024, kemm minnhom kienu minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u kemm kienu minn pajjiżi terzi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fis-sena 2024 kien hemm 18,668 persuni minn pajjiżi terzi li bdew jaħdmu għall-ewwel darba f’pajjiżna u 10,604 ħaddiema barranin li temmew l-impjieg tagħhom u ma kellhomx impjieg ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal barranin, kemm mill-Unjoni Ewropea u kemm minn pajjiżi terzi, fl-iskola primarja tal-Mosta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Kulleġġ
Maltese
EU
Non-EU
Total
Maria Regina College Mosta Primary A
387
47
80
514
Maria Regina College Mosta Primary B
243
19
50
312
Total
629
66
130
826
L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – Sejħa għal hairdressers
Question
B’referenza għall-aħħar sejħa esterna (minn barra) biex jiġu ingaġġati hairdressers ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għal din is-sejħa u kemm minnhom ġew magħżula s’issa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għal din is-sejħa ta’ hairdressers għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, applikaw 20 persuna u minnhom ġew magħżula 6.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-Master Plan ta’ Pjazza San Ġorġ, fir-Rabat Għawdex u jgħid ukoll meta nbeda (sena u xahar) u meta hu ppjanat li jiġi konkluż? Jista’ jgħid fil-konkret x’sar matul din l-aħħar sena dwar dan il-Master Plan u kemm intefqu flus matul dan il-perjodu, u għal xiex intefqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi x-xogħol fuq il-Master Plan ta’ Pjazza San Ġorġ, fir-Rabat Għawdex hu attivament għaddej. Ninsab infurmat li fiż-żmien li ġej se jiġi ppreżentat disinn aġġornat tal-proposta. Dan wara li kienu kkonsultati l-istakeholders involuti, li ressqu diversi suġġerimenti. Il-ħlasijiet li saru s'issa kienu marbuta mas-servizzi ta' perit relatati mal-proġett u għall-ħlas tal-applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Iż-Żebbuġ, Għawdex - Triq Għajn Mhelhel - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 27203, 28081 u 29358 dwar xogħlijiet fi Triq Għajn Mhelhel li miż-Żebbuġ, Għawdex twasslek għax-Xwejni, jista’ l-Ministru jgħid:
i. Fiex kienu jikkonsistu l-interventi meħtieġa sabiex Triq Għajn Mhelhel li miż-Żebbuġ, Għawdex twasslek għax-Xwejni tkun tista’ tkompli tintuża?
ii. Minn min saru dawn l-interventi?
iii. Min kienu l-persuni tekniċi inkarigati minn dawn ix-xogħlijiet min-naħa tal-Ministeru?
iv. Kemm ġew jiswew?
Jista’ jgħid ukoll jekk fil-preżent hemmx periklu għall-persuni u għall-vetturi li jgħaddu minn din it-triq?
Kulleġġ San Benedettu - L-Iskola ta’ Ħal Kirkop - Għalliema tal-Chemistry
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-Iskola ta’ Ħal Kirkop fi ħdan il-Kulleġġ San Benedettu, hemmx nuqqas ta’ għalliema tal-Chemistry? Jekk iva, jista’ jgħid meta se jintbagħat għalliem jew għalliema għal din l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament m’hemmx għalliema neqsin.