Lokalitajiet li fihom saru l-aktar rapporti ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-tliet lokalitajiet li fihom saru l-aktar rapporti ta’ vjolenza domestika fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista jgħid ukoll kemm kienu r-rapporti fl-istess snin għal kull waħda minn dawn it-tliet lokalitajiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi skond is-sistema tal-Pulizija it-tliet lokalitajiet li fihom saru l-aktar rapporti ta’ vjolenza domestika fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sat-30 ta’ Settembru 2025 kienu dawk li jidhru fit-tabella, li tinkludi in-numru ta’ rapporti għal istess snin għal kull waħda minnhom.
Lokalita
2021
2022
2023
2024
2025
SAN PAWL IL-BAĦAR
124
115
140
149
122
BIRKIRKARA
77
84
107
122
56
QORMI
65
79
98
90
62
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika rreġistrati mal-Pulizija, mis-sena 2021 sa l-aħħar ta’ Settembru 2025, kienu kif indikati fit-tabella hawn taħt.
2021
2022
2023
2024
2025*
Total
1741
1828
2071
2225
1638
9503
*30/09/25
Skont ċifri ta’ Eurostat, Malta għandha l-ogħla rata ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika u vjolenza bbażata fuq il-ġeneru fl-UE. Id-data nħarġet f’stħarriġ imwettaq bejn l-2020 u l-2024 minn Eurostat, l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE).
Dan wara li li għall-ewwel darba l-Korp tal-Pulizija ħatar skwadra speċjalizzata, il-Gender based and domestic violence unit fl-2020, sabiex jagħti servizz aħjar u aktar speċjalizzat lil vittmi ta' vjolenza domestika.
Il-Gender-Based and Domestic Violence hub li l-Korp tal-Pulizija għandu f’Santa Luċija huwa l-ewwel hub tax-xorta tiegħu f'Malta li fetaħ il-bibien tiegħu fis-sena 2024.
Skwadra u Hub li ma kinux jeżistu qabel introduċihom il-Korp tal-Pulizija taħt din l-amministrazzjoni.
Filwaqt li bħalissa apparti dawk ta’ Santa Luċija, hemm timijiet minn din it-taqsima jaħdmu mid-depot tal-pulizija fil-Floriana, fiż-żmien li ġej ser jinfetaħ hub ieħor fl-Imtarfa. Dan ix-xogħol huwa mistenni jitlesta sal-aħħar tas-sena u s-servizz jibda fil-bidu tas-sena d-dieħla. B'hekk is-servizz ikun offrut fi tliet postijiet madwar Malta, u post ieħor f'Għawdex.
Ukoll, fl-aħħar ġimgħat beda jingħata wkoll servizz ta' panic alarms li diġà provdejt informazzjoni dwaru f'mistoqsijiet Parlamentari.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid xi proċedura trid tintuża biex persuna li tkun tixtieq li jiżdiedu l-faċilitajiet ħdejn ix-xtut tagħna, bħal slielem, bridges, showers u bins, tkun tista’ tressaq is-suġġerimenti tagħha għal tali faċilitajiet? Jista’ wkoll jipprovdi lista tal-postijiet kollha fejn tali faċilitajiet huma installati sabiex talbiet għall-futur ikunu jistgħu jittieħdu inkonsiderazzjoni għal dawk il-faċilitajiet diġà eżistenti, u dan peress li issa wasalna fi tmiem is-sajf u allura tali żidiet mhux ser ikunu għal din is-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) timmaniġġja ħdax-il bajja f’Malta, jiġifieri: il-Bajja tal-Għadira, il-Bajja tal-Mixquqa (Golden Bay), il-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa, il-Bajja ta’ Buġibba, il-Ponta tal-Qawra, il-Bajja ta’ San Ġorġ (Paceville), Fond Għadir, il-Bajja tal-Balluta, il-Bajja tal-Fajtata, il-Bajja ta’ San Ġorġ u l-Bajja s-Sabiħa, it-tnejn f’Birżebbuġa.
Suġġerimenti dwar iż-żieda ta’ faċilitajiet f’dawn il-bajjiet immaniġġjati mill-MTA jistgħu jintbagħtu lill-Kunsill Lokali kkonċernat. Biex jiżdiedu faċilitajiet f’bajjiet mhux immaniġjati mill-MTA, ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont it-tip ta’ reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-pulizija, li seħħew fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sat-30 ta’ Settembru 2025 maqsuma skont it-tip ta’ reat, kienu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Imġarr fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont it-tip ta’ reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija li seħħew fil-lokalità tal-Imġarr fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sat-30 ta’ Settembru 2025 maqsuma skont it-tip ta’ reat, kienu kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ Allied Health Care Professionals li rriżenjaw f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul l-2022 irreżenjaw 2; fl-2023 u fl-2025, irreżenjaw persuna waħda f’kull sena.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6066 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 392 tat-22 ta' Ottubru 2025)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta’ kanċer tas-sider fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-15 t’Ottubru 2025, kien hemm 428 każ ġdid ta’ kanċer tas-sider.
Infurmat ukoll li minn dawn il-każi, kien hemm 104 li ġew riferuti mill-iscreening unit. Minn dawn, kien hemm 75 “invasive carcinoma u 29 “carcinoma in situ”, li jfisser stadju bikri ħafna ta’ kanċer magħruf bħala Stage 0, fejn iċ-ċelloli tal-kanċer huma limitati għall-“milk duct” u ma nifdux fit-tessut tas-sider. Għalhekk hu stadju fejn l-kanċer hu kważi dejjem kompletament kurabbli.
Nieħu din l-opportunità sabiex inħeġġeġ lil kull mara li tirċievi invit għall-screening tas-sider, sabiex ma tinjorahiex u tmur.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22389, 25600, 28027, 28765, 29166 u 29733 u jgħid jekk hux ser issir estensjoni fl-Iskola taż-Żokrija l-Mosta? Jista’ jgħid kemm ser jiżdiedu klassijiet u kif ser ssir l-estensjoni pereżempju jekk hux ser jinbena sular ieħor? Jekk ser ssir estensjoni, din ser issir matul is-sena skolastika għad-detriment kemm għal saħħet l-istudenti kif ukoll l-edukaturi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet neċessarji mal-istakeholders konċernati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30667 u jgħid kemm inħarġu permessi ġodda ta’ xogħol lill-persuni ta’ pajjiżi terzi (TCNs) fis-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 31239.
Health Care Workers u Health Assistants li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ Health Care Workers u Health Assistants li rriżenjaw f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-unika riżenja ta’ Care Worker fil-perjodu msemmi kienet fl-2024.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6067 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 392 tat-22 ta' Ottubru 2025)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social welfare professionals fil-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm social welfare professionals skont il-units li jaħdmu fihom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit- tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ separazzjoni ta’ koppji bit-tfal fil-Qorti tal-Familja, bejn l-2020 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma tinżammx informazzjoni distinta dwar koppji li jiftħu l-kawża ta’ separazzjoni għandhomx tfal jew le.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn koppji miżżewġa li rreġistraw is-separazzjoni tal-assi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-7 ta’ Ottubru 2025 fil-Qorti ta’ Malta ġew reġistrati 2,683 rikorsi u fil-Qorti ta’ Għawdex ġew reġistrati 165 rikors li permezz tagħhom intalbu is-separazzjoni tal-assi.
F’termini ta’ numri u persentaġġi meta mqabbla mal-każijiet kollha, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ separazzjoni taż-żwieġ kienu bonarji u kemm le?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant kemm kien hemm kawżi ta’ separazzjonijiet taż-żwieġ li kienu bonarji u b’kawża, mill-każijiet reġistrati, jinsabu fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Każijiet reġistri Malta
Każijiet reġistrati Għawdex
Separazzjonijet bonarja
Separazzjoni kontentjuża
Separazzjonijet bonarja
Separazzjoni kontentjuża
2020
327
102
9
6
2021
404
117
5
5
2022
328
106
15
5
2023
362
110
2
13
2024
322
97
5
11
2025
246
73
8
8
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema jew LSEs mħarrġa fil-First Aid f’każ li jkun hemm inċident u jaqsam din l-informazzjoni skola, skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 249 edukatur li għandhom l-irwol ta’ First Aiders fl-iskola bit-taħriġ provdut minn-naħa tal-amministrazzjoni. Hemm ukoll 3,068 edukatur li għandhom ċertifikat validu tal-Basic Life Support (BLS).
Sptar Mater Dei – Interventi u operazzjonijiet skedati mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-interventi u/jew operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei li kellhom isiru matul dawn l-aħħar sitt xhur u li ġew skedati għal data oħra u li għadhom ma sarux?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Awwissu saru 46,815-il operazzjoni. Kien hemm 1,927 operazzjoni li ġew skedati għal data oħra. Minn dawn, 640 diġa saru f’data differenti. Ikun hemm bosta raġunijiet għala tinqala’ l-ħtieġa li jiġu skedati f’data oħra. L-aktar komuni hi l-qagħda medika tal-pazjent dak in-nhar tal-operazzjoni. Isir kull sforz li jekk l-intervent u/jew operazzjoni tiġi posposta, din tiġi skedata f’data oħra qrib, sakemm il-qagħda medika tal-pazjent ma timpedixxix li dan isir.
Il-Kalkara - Rinella - Restawr fil-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30312 u 30313 jista’ l-Ministru jgħid xi progress kien hemm fix-xogħlijiet fuq il-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi, fir-Rinella l-Kalkara, issa li naqas l-istaġun tal-għawm?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li x-xogħol fiż-żona wasal fi stadju fejn qed jitnaddaf il-blat biex tkun tista’ tibda tinbena l-pjattaforma li ser isservi ta’ pediment għall-ħajt. Fix-xhur li ġejjin, ser jitkompla x-xogħol delikat fiż-żona biex eventwalment jerġa’ jinbena mill-ġdid il-ħajt li iġġarraf fil-maltemp.
Intant, inbeda xogħol ieħor ta’ rinfurzar f’żoni oħra tal-peninsula biex jitneħħa l-periklu li hemm fiż-żona.