Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru proġetti minn kull kunsill lokali individwalment matul is-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31164 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid jekk l-istudenti li jattendu r-resource centres fosthom dawk li jattendu l-Helen Keller Resource Centre humiex se jkomplu jattendu Klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola fl-istess ċentru jew inkella humiex se jibdew imorru post ieħor? Jekk le, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u ċjoè: Fid-dawl tal-ftehim imħabbar aktar kmieni din is-sena bejn l-Awtorità tal-Artijiet u Heritage Malta biex jitneħħew perikli mill-Batterija tal-Qbajjar fiż-Żebbuġ, Għawdex, u peress li m'hemm l-ebda xogħol viżibbli ħlief għal għadd ta' markers fuq l-istruttura li għadha miftuħa għall-pubbliku u tqajjem tħassib dwar il-vandaliżmu u s-sigurtà ta' dawk li jidħlu, jista' l-Ministru jipprovdi dettalji tax-xogħlijiet li saru biex jipprevjenu mwiet traġiċi bħal dik taż-żagħżugħa li mietet minħabba l-kollass tal-istruttura abbandunata tal-Batterija ta’ Riħama? Jista' jippreżenta xi riżultati ta’ surveys li saru f’dan ir-rigward? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li l-Batterija tal-Qbajjar tiġi trasferita lil Din l-Art Ħelwa, fil-każ li ma jkunx hemm interess mill-Awtorità tal-Artijiet u Heritage Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellanta tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentaru numru 14567.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30504, 30826 u 31060 u jippubblika l-kuntratt ta’ konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ġie ingaġġat bħala ‘Strategic Advisor’ mal-Malta Film Commission f’nofs din is-sena, li jinkludi s-salarju inkluż il-benefiċċji kollha, it-termini tal-ingaġġ u meta jiskadi l-kuntratt tiegħu? Jista’ jippubblika wkoll ix-xogħol li dan l-individwu wettaq fil-kariga tiegħu li jiġġustifika dan l-ingaġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-persuna li qed tagħmel referenza għalih separatament għandu contract for service mal-Malta Film Commission li daħal fis-seħħ f’Awwissu 2025 b’terminu li jiskadi fl-aħħar ta’ Frar 2026 b’valur ta’ GBP 24,000. Il-kuntratt huwa marbut ma’ xogħol ta’ strateġija fuq relazzjonijiet internazzjonali, u komunikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30987 u jgħid kemm hemm studenti f’din is-sena skolastika, inklużi dawk li se jibdew għall-ewwel darba?
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30986 u jgħid għaliex ir-Resource Centre tal-Wardija se jiġi phased-out u l-persuni li jużaw din il-faċilità se jmorru Pembroke?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħal ma diġa tennejt b’mod verbali fil-parlament, l-istudenti li jattendu ċ-ċentru msemmi ser ikomplu bil-programm tagħhom fl-istess skola.
B’referenza għas-settur kreattiv, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma full-time gainfully employed, kemm hemm li huma rreġistrati part time u kemm hemm self-employed? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament u jelenka l-kategoriji differenti? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-ammont ta’ full timers li jħallsu rata tat-taxxa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-tabella t’hawn taħt turi t-total ta’ persuni
li kienu qed jaħdmu fis-settur kreattiv (NACE 90-
Creative, arts and entertainment activities
) sal-aħħar t`April 2025 (l-aħħar ċifri ppubblikati) maqsuma full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom. It-tabella turi wkoll kemm kien hemm persuni impjegati u self-employed.
Dwar taxxa nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel id-domanda lill-Ministru konċernat.
Persuni f’impjieg fis-Settur Kreattiv sal-aħħar t`April 2025
Full Time
Part Time Only
Total
Persuni impjegati
583
97
680
Persuni self-employed
690
734
1,424
Total
1,273
831
2,104
Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Pagamenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30981 u jgħid x’pagamenti saru mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru lill-Aġenzija għal Infrastruttura Malta in konnessjoni ma’ xogħol li qiegħed isir fuq il-korsa għat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal-Far matul din il-leġislatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-pagamenti huma regolati b’tender u kemm minnhom saru permezz ta’ direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ pagamenti s’issa kien ta’ €641,235.89
Snin 2024 u 2025 – Basic Specialist Trainee Doctors – Applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn ċittadini Maltin, ċittadini ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, għall-Basic Specialist Trainee Doctors? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati u kemm ġew irrifjutati matul l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Snin 2013-2024 - Basic Specialist Trainee Doctors – Ingaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tobba li huma ċittadini Maltin, ċittadini ta' pajjiż fl-Unjoni Ewropea u oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors u kemm ġew irrifjutati, mill-2013 sal-aħħar tal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Extended Foundation Year Doctors - Basic Specialist Trainee post – Lista ta’ stennija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Extended Foundation Year Doctors li qed jistennew li jingħataw il-Basic Specialist Trainee post u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm minnhom ilhom li għamlu l-interview aktar minn sitt xhur; bejn tliet u sitt xhur; bejn xahrejn u tlieta; bejn xahar u xahrejn u anqas minn xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Regularisation of Existing Development Regulations, 2016 – Flus miġbura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-Awtorità tal-Ippjanar sena b'sena u lokalità b’lokalità mill-applikazzjonijiet u l-multi li rriżultaw mir-Regularisation of Existing Development Regulations, 2016 – L.N. 285 ta’ 2016, konsolidati bħala S.L. 552.26 li daħlu fis-seħħ fid-19 ta’ Awwissu 2016 u stabbilixxew l-iskema ta’ regularisation għal irregolaritajiet eżistenti ġod-Development Zone (pre-2016), inkluż każijiet “Category B concession”?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra t-tabella mitluba.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi fejn hemm il-ħsieb li jitpoġġew il-kontenituri tal-iskart li jintużaw mill-istabbilimenti tal-ikel u xorb kummerċjali meta jitlesta l-embellishment tal-promenade mill-Freeport sal-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi fejn hemm il-ħsieb li jitpoġġew il-kontenituri tal-iskart li jintużaw mill-istabbilimenti tal-ikel u xorb kummerċjali meta jitlesta l-embellishment tal-promenade mill-Qajjenza sal-Bajja s-Sabiħa f'Birżebbuġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se jsiru diskussjonijiet meħtieġa sabiex tittieħed l-aħjar deċiżjoni fl-interess tal-utenti ta’ dawn il-kontenituri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-ITS matul din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti li mhumiex ċittadini Maltin u kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea (UE), u kemm huma minn barra l-UE? Kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-ITS?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 763 student li qed jattendu l-ITS matul din is-sena akkademika, maqsumim kif jidher hawn taħt:
Maltin 506
Mill-Unjoni Ewropea (UE) 54
Minn barra l-UE 203*
* (jinkludi stati Ewropej bħas-Serbja iżda prinċipalment minn kontinenti oħra)
L-ITS għandu wkoll 100 student fil-kampus satellita tiegħu fiċ-Ċina.
L-istudenti li qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-ITS, huma kif jidher hawn taħt:
101 student li qed isegwu kors full-time
116 -il student li qed isegwu kors part-time (eż. MBA p/t)
100 student li jattendu l-kampus satellita tiegħu fiċ-Ċina.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-MCAST matul din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti li mhumiex ċittadini Maltin u kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea (UE), u kemm huma minn barra l-UE? Kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-MCAST?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-Università ta’ Malta matul din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti li mhumiex ċittadini Maltin u kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea (UE), u kemm huma minn barra l-UE? Kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Studenti Maltin
Studenti mill-UE
Studenti mhux mill-UE
9,909
1,244
1,188
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fit-23 ta’ Settembru 2025 intrema ammont sostanzjali ta’ kotba tajbin għat-tfal u għall-adulti mill-Iskola Primarja tal-Imġarr, Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija ma remiet l-ebda kotba.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30324, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress fix-xogħlijiet fi Pjazza Gavino Gulia, f’Bormla?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorveli Interpellant li wara testijiet li saru, ser tinħareġ sejħa għall-offerti biex issir it-tiswija neċessarja.
Università ta’ Malta – Staff non-akkademiku – Ħlas għal Overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod totali l-impjegati non-akkademiċi full-time tal-Università ta’ Malta fi ħlasijiet għall-overtime għas-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sena
(€)
2023
€900,912.38
2024
€950,049.25
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-sena 2025 l-ammont komplessiv jista’ jingħata wara l-aħħar tas-sena