Legislature:
Category:
Reset
Active:

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €80,000 - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31235 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €80,000 fis-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 4,105 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €80,000 (iżda anqas minn €100,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €60,000 - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31234 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €60,000 fis-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 9,310 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000 (iżda anqas minn €80,000)

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €120,000 - 2023

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31233 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €120,000 fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 4,694 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €120,000.

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €100,000 - 2023

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31232 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €100,000 fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 2,615 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €100,000 (iżda anqas minn €120,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €80,000 - 2023

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31231 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €80,000 fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 4,937 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €80,000 (iżda anqas minn €100,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €60,000 - 2023

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31230 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000 fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 11,654 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000 (iżda anqas minn €80,000).

Taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru joffrix xi forma ta’ taħriġ jew żvilupp professjonali kontinwu għall-għalliema u LSEs li jaħdmu ma’ studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja, sabiex dawn ikunu mgħammra bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jappoġġjaw lill-istudenti lejn indipendenza u inklużjoni sħiħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm studenti b’nuqqas ta’ vista fl-iskejjel, isir kuntatt mill-iskejjel rispettivi mal-għalliema tal- Visual Impairment , biex tipprovdi taħriġ ta’ strateġiji kif jista’ jiġi implimentat is-syllabus mal-edukaturi involuti pero` jkun hemm skejjel li jħossu l-bżonn li jorganizzaw taħriġ professjonali lill-edukaturi kollha rispettivatment. Isir ukoll taħriġ individwali skont il-ħtiġijiet individwali tal-istudenti li jinkludu sessjonijiet dwar l-użu ta’ teknoloġiji assistivi, b’kollaborazzjoni mal-FITA. Dan isir flimkien mal- LSEs u l-ġenituri tal-istudenti rispettivi. Barra minn hekk, hemm LSEs li jieħdu inizjattivi personali u jattendu korsijiet online bħal Unified English Braille (UEB) biex isaħħu l-ħiliet tagħhom.

Studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja - LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-Learning Support Educators (LSEs) assenjati biex jaħdmu ma’ studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja jiġu infurmati biss fil-bidu tas-sena skolastika, u għalhekk ma jingħatawx iċ-ċans li jiltaqgħu mal-istudent minn qabel u jippreparaw ruħhom b’mod adegwat biex isostnuhom b’mod effettiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju tad-deployment jinħadem f’Awwissu minħabba li l-bordijiet ta’ l-istatementing jibqgħu jaraw l-istudenti ġodda anke matul ix-xhur tas-sajf.  Minħabba li l-LSEs jibdew skola f’Settembru, dawn jingħataw il-każijiet fl-ewwel ġurnata tas-sena skolastika. Il-kapijiet ta’ l-iskejjel kollha jkunu jafu liema huma dawk l-LSEs li għandhom l-esperjenza u l-kwalitajiet neċessarji biex jissaportjaw studenti b’nuqqas ta’ vista.

Disponibbiltà tal-braille lil hinn mis-snin bikrin

Question

Fid-dawl tal-evidenza xjentifika qawwija li turi kemm il-braille huwa essenzjali għal-litteriżmu, l-indipendenza u l-opportunitajiet fil-ħajja ta’ persuni b’nuqqas ta’ vista jew għomja, jista’ l-Ministru jispjega għaliex it-tagħlim tal-braille m’għadux disponibbli lil hinn mis-snin bikrin tal-edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Teacher of the Visually Impaired - Kwalifiki

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma l-kwalifiki tat-Teacher of the Visually Impaired, u jekk għandhomx ċertifikazzjoni jew taħriġ speċjalizzat fl-edukazzjoni tal-persuni b’nuqqas ta’ vista jew għomja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja u l-appoġġ tal-LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b’nuqqas ta’ vista jew għomja li għandhom bżonn l-appoġġ ta’ Learning Support Educator (LSE) ? Jista’ jgħid kemm-il darba dawn l-istudenti jkollhom żjarat mit-Teacher of the Visually Impaired matul is-sena skolastika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat hemm 30 student b’nuqqas ta’ vista jew għomja li għandhom bżonn l-appoġġ ta’ Learning Support Educator. L - għalliema tal- Visually Impaired tagħti prijorità lill-istudenti skont il-bżonnijiet individwali tagħhom u l-gravità tal-kundizzjoni kif irrappurtata fid-dokumentazzjoni medika, kif ukoll abbażi tal-feedback li tirċievi mingħand is- Senior Leadership Team tal-iskejjel rispettivi. In-numru taż-żjarat lill-istudenti, matul is-sena skolastika jsiru f’diversi modi u f’diversi kuntesti differenti, skont il-ħtiġijiet personali ta’ kull student. Isir ukoll il- Cambridge Eye Test biex ikun hemm stampa ċara tal-kapaċità viżiva tal-istudent, sabiex jiġi wkoll suġġeriti strateġiji individwali lill-edukaturi. Għaddeja wkoll kollaborazzjoni mal-IMU għall-assistenza teknika relatata ma’ riżorsi bħal monitors biex jiġu armati fl-iskejjel, u tipparteċipa f’laqgħat bħal MAPs u IEPs flimkien mal-edukaturi u l-ġenituri rispettivi.

Wied il-Għajn - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Wied il-Għajn li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31447 WIED IL-GĦAJN 1,075 €575,505.88

Iż-Żejtun - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni miż-Żejtun li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31446 IŻ-ŻEJTUN 919 €515,211.27

Santa Luċija - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Santa Luċija li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31445 SANTA LUĊIJA 125 €87,482.48

Il-Fgura - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mill-Fgura li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31444 FGURA 1,041 €517,776.26

Raħal Ġdid - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Raħal Ġdid li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31443 RAĦAL ĠDID. 562 €289,964.96

Ħal Tarxien - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Ħal Tarxien li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31442 ĦAL TARXIEN 673 €353,181.97

Direct Orders – Valur totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur totali tad-direct orders maħruġa mid-dipartimenti u l-entitajiet kollha tal-gvern matul l-aħħar sena fiskali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Każijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi spejjeż legali jew ta’ konsulenza għad-difiża ta’ azzjonijiet tal-gvern f’każijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi – Tisħiħ tal-awditjar u tal-procurement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Ministeru biex isaħħaħ il-kontrolli tal-awditjar intern u tal-procurement fi ħdan l-entitajiet tal-istat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Kuntratti, permezz tad-Direttorat għall-Operat u d-Direttorat tal-Akkwist Settorjali fi ħdanu, huwa involut direttament minn perspettiva operattiva fis-sejħiet għall-Akkwist Pubbliku li jkunu għola mil-valuri hekk kif stipulati fil-L.S. 601.03. Filfatt, il-maġġoranza tas-sejħiet għall-Akkwist Pubbliku jinħarġu, jiġu amministrati u determinati mid-Dipartiment tal-Kuntratti f'isem l-Awtoritajiet Kontraenti li huma kklassifikati bħala Skeda 16 u/jew Skeda 2 tal-L.S. 601.03. L-iskop ta’ din il-miżura huwa li ssaħħaħ is-sorveljanza, l-iskrutinju u l-iskrinjar fil-maġġor parti tal-proċeduri kollha tal-Akkwist Pubbliku. Dan il-proċess ta' ‘vetting’ u kif ukoll ta’ iffiltrar jirrifletti l-impenn tad-Dipartiment bħala Awtorità tal-Gvern Ċentrali li żżid governanza fuq il-ġestjoni, il-kontroll u l-moniteraġġ tal-Awtoritajiet Kontraenti. Ta' min jinnota li l-miżuri msemmija hawn fuq jirriflettu l-mekkaniżmu ta' kontroll msejjaħ ‘four eyes principle’, biex issaħħaħ l-implimentar, interpretazzjoni u applikazzjoni bl-istess mod tal-leġiżlazzjoni dwar l-Akkwist Pubbliku u kif ukoll il-‘policies’. Barra minn hekk biex tkompli tissaħħaħ il-governanza, id-Dipartiment tal-Kuntratti jiżviluppa firxa ta' dokumentazzjoni bħal: •                  Proċeduri Operattivi Standard (SoPs) •                  Mudelli, Kampjuni u Formoli tal-Akkwist (Templates, Specimens and Forms) •                  Regoli Ġenerali li jirregolaw il-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku (GRGT) •                  Kundizzjonijiet Ġenerali għall-Kuntratti Pubbliċi (Xogħlijiet, Servizzi u Provvisti) •                  Noti ta' Gwida (Guidance Notes) •                  Ċirkolarijiet tal-Kuntratti •                  Noti tal-Politika tal-Akkwist (PPNs) Dan l-eżerċizzju jinkludi ukoll firxa ta’ taħriġ fl-Akkwist Pubbliku li jingħata mid-Dipartiment bil-għajnuna tal-Istitut ghas-Servizzi Pubbliċi bħala mezz biex wieħed isaħħaħ il-ħiliet u l-għarfien. F’dawn l-aħħar snin ukoll, il-kapaċitajiet tar-Riżorsi Umani fid-Dipartiment tal-Kuntratti ġew intensifikati permezz ta’ reklutaġġ ta’ impjegati ġodda, li huma esperti f’diversi oqsma tal-Akkwist Pubbliku: Pubblikazzjoni u Evalwazzjoni u kif ukoll fl-immaniġġjar tal-Kuntratti.