CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30839 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ċjoè: B’referenza għas-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni f’din l-iskema, kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin, u ma’ liema Ministeru huma assenjati dawn il-ħaddiema? Jista’ jgħid ukoll meta (xahar u sena) tiskadi (tispiċċa) din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Settembru 2025, fl-Iskema tal-Community Work kien hemm 991 persuna, 499 minnhom huma Għawdxin u 492 huma Maltin. Infurmat li t-tender preżenti ikopri sa Settembru tas-sena 2028.
Att dwar is-Saħħa - Regola 24(2) - Kura b’xejn għal TCNs
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29673 u jgħid għaliex il-policy dwar il-kura b’xejn għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ma kinitx ippubblikata permezz tar-regolamenti taħt l-Att dwar is-Saħħa (Kap. 528), kif mitlub mir-Regola 24(2)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 31138.
Sptar Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa - Kura b’xejn għal TCNs
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29672 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li tintuża fl-Isptar Mater Dei u fiċ-Ċentri tas-Saħħa biex tiġi determinata l-eleġibbiltà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) biex ikollhom aċċess għall-kura b’xejn u li tindika wkoll il-bażi legali li hija msejsa fuqha din il-policy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei u ċ-Ċentri tas-Saħħa huwa ggwidat mil-Leġislazzjon Sussidjara 35.28 "Regolamenti dwar drittijiet għall-kura tas-saħħa", li kopja ta’ dawn ir-regolamenti diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSAs u għalliema tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja li bdew jaħdmu f’Għawdex fis-sena skolastika 2025-2026 u f’liema skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fl-iskejjel hemm LSEs u mhux LSAs, terminu li m’għadux jintuża, ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din is-sena skolastika hemm total ta’ 724 li jinkludu għalliema u LSEs fl-iskejjel t’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti differenti fil-Young People’s Unit (YPU) minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’etajiet kellhom u x’ġeneru? Jista’ jgħid kemm kellu sessjonijiet ma’ psikoloġista kull pazjent minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sal-15 ta’ Ottubru 2025 daħlu 64 pazjent fil-YPU. Minnhom, 10 pazjenti kellhom bżonn jidħlu aktar minn darba (re-admissions).
Infurmat li 39 huma bniet u 25 subien. Hemm 45 li għandhom bejn 12 u 15-il sena u 19 bejn 16 u 17-il sena.
Infurmat li b’kollox saru 194 sezzjoni ta’ terapija fuq bażi individwali minn psikoterapisti, kif wkoll 115 il- sezzjoni individwali mal-Occupational Therapist.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru gruppi ta’ terapija fil-Young People’s Unit (YPU) minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ottubru saru 10 gruppi formali ta’ terapija ma’ psikoterapisti. Dawn il-gruppi iffokaw fuq regolazzjoni emozjonali, għarfien personali, tagħlim ma ta’ madwarna kif ukoll mezzi ta’ coping.
Saru wkoll 36 grupp ta’ terapija fiżika mal-fiżjoterapisti.
Infurmat li sfortunatament ikun hemm xi gruppi ta’ tereapija varji li jitħassru minħabba, fost l-oħrajn, tfal jirrifjutaw li jattendu jew għax uħud ikunu għaddejjin minn fażi akuta.
Barra minn hekk, infurmat li saru 194 sezzjoni ta’ terapija fuq bażi individwali minn psikoterapisti, kif wkoll 115-il sezzjoni individwali mal-Occupational Therapist.
Jista’ l-Ministru jgħid kif tkun imqassma ġimgħa tipika fil-Young People’s Unit (YPU)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ġimgħa tipika fil-YPU tibda bil-kolazzjoni fis-7.30 a.m. Bejn it-8.00 a.m. u l-11.30 a.m. visti mit-tobba (nhar ta’ Tnejn u l-Erbgħa) u attivitajiet mal-infermiera. Fil-11.30 a.m. ikun hemm l-ikla ta’ nofsinhar. Wara jkun hemm sessjonijiet mal-keyworker u ħin liberu. Nhar ta’ Erbgħa ikun hemm terapija fi grupp ma’ psikologa meta tinħass il-ħtieġa.
Bejn is-2.00 p.m. u t-3.30 p.m. ikollhom ħin għal-logħob u eżerċizzji. Bejn it-3.30 p.m. u l-5.00 p.m. ikun hemm ħin għaż-żjarat. Wara jingħata l-ikel. Bejn il-5.30 p.m. u s-7.00 p.m. ikun hem attivitajiet tal-komunità mal-infermiera. Dawn ikunu segwiti b’diskussjonijiet miftuħa mal-infermiera. Fit-8.30 p.m. jingħata ikel ħafif, iġjene personali u irqad.
Infurmat ukoll li l-psikjatri u speċjalisti jaraw lit-tfal mhux biss fil-ġranet stipulati tal-vista imma wkoll meta tfal ikunu ammessi, kif ukoll skond il-bżonn li jinqala’. L-infermiera huma wkoll aċċessibbli lejl u nhar mat-tfal.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni għar-riċerka mill-Università ta’ Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-qasam tar-riċerka (saħħa, soċjali, teknoloġija, ecc)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Fid-dawl li l-budget allokat għar-riċerka u innovazzjoni skont il-Eurostat (https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/w/ddn-20241211-2), meta mqabbel mal-GDP, hu ta’ 0.6% u f’termini reali (mhux nominali) dan l-ammont hu inqas mill-2013 (-0.12%) , jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni ma kibirx bl-istess rata li kibret l-ekonomija Maltija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27263, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-baġit allokat għar-riċerka u innovazzjoni fis-sena 2025, u x’inhi l-allokazzjoni f’kull qasam? Jista’ jgħid ukoll jekk f’din iċ-ċifra hux qed jinkludi l-allokazzjoni għar-riċerka fl-Università ta’ Malta? Jekk iva, kemm hi l-allokazzjoni għar-riċerka fl-Università ta’ Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li matul din is-sena l-Universita ta’ Malta s’issa nvestiet €497,490.54 fuq riċerka.
Il-Qorti Ġenerali tal-Qorti Ewropea – Għażla ta’ Imħallef
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-għażla għal imħallef ieħor fil-Qorti Generali tal-Qorti Ewropea li issa ilu vakanti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpallant illi Il-Kandidat Malti ma ngħatax ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Il-Qorti Ġenerali tal-Qorti Ewropea – Każ ta’ individwu
Question
Peress li fil-Qorti Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, skada t-terminu tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li t-terminu tiegħu jiġġedded?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30481 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għar-riġenerazzjoni tal-Kumpless tal-White Rocks? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-pjanijiet u meta ser jiġu implimentati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista kif mitluba fit-tabella annessa li telenka: is-sena meta nħarġet il-fattura; in-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni/permess; it-tip u n-numru ta’ features jew strutturi ta’ valur kulturali li ġew approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) biex jinqerdu jew jinħattu; suġġett li jitħallas obbligu tal-patrimonju (heritage obligation) u l-ammont tal-obbligu tal-patrimonju (heritage obligation) impost, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Notarili – Żjarat u spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il żjara u kemm-il spezzjoni saret fl-aħħar sentejn, mill-Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Notarili f’uffiċċji ta’ nutara, meta dehrilha li kien meħtieġ skont l-artikolu 115 (1) tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, Kap. 55 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li matul dawn l-aħħar sentejn ma sarux spezzjoni mill-Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Nutarili f’uffiċċji ta’ nutara privata, jew fuq talba mill-Avukat Ġenerali, skont l-artikolu 115 (1) tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, Kap. 55 tal-Liġijiet ta’ Malta.