Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Ħaż-Żabbar li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31451 ĦAŻ-ŻABBAR 1,407 €708,547.74

Bormla - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Bormla li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31450 BORMLA 233 €164,021.46

Marsaxlokk - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Marsaxlokk li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31449 MARSAXLOKK 256 €132,620.74

Ħal Għaxaq - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni minn Ħal Għaxaq li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31448 ĦAL GĦAXAQ 447 €216,053.22

Il-Gvern u s-settur privat - Pagi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-ispejjeż tal-pagi tal-gvern stess mill-2020 ’l hawn meta mqabbla mat-tkabbir medju tal-pagi tas-settur privat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Privat Gvern Privat Gvern €'millions 2020 4,869 1,589 4.3% 5.2% 2021 5,211 1,773 7.0% 11.6% 2022 5,997 1,836 15.1% 3.6% 2023 6,655 1,948 11.0% 6.1% 2024 7,453 2,232 12.0% 14.6% Nota: It- tabella turi l-ispejjeż tal-pagi tal-gvern u l-privat, u it -tkabbir ta’ kull settur. Sors: Gross Domestic Product: Q2/2025

Proġetti tal-gvern – Nefqa fuq kampanji, kummerċjalizzazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq relazzjonijiet pubbliċi, kummerċjalizzazzjoni, jew kampanji tal-midja soċjali li jippromwovu proġetti tal-gvern fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li spejjeż fuq relazzjonijiet pubbliċi, kummerċjalizzazzjoni u kampanji tal-midja soċjali li jippromwovu proġetti tal-gvern fl-2024 kellhom jithallsu minn Item 29 Information Services li jidher taht il-vot rikurrenti ta’ kull Ministeru; u huma parti mill-ispiża totali li titħallas minn dan l-item, hekk kif muri fir-Rapport Finanzjarju tal-2024 li ġie ippubblikat mit-Teżor u li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Entitajiet pubbliċi – Rapporti finanzjarji awditjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi entità pubblika li naqset milli tissottometti rapporti finanzjarji awditjati sal-iskadenza legali u jekk iva, liema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-lista sħiħa ta’ konsulenzi li tħallsu aktar minn €50,000 minn fondi pubbliċi, u jispeċifika liema ministeri kkuntrattawhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Marsalforn - Tindif ta’ wied

Question

B’referenza għax-xogħol ta’ tindif fil-Wied ta’ Marsalforn, fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Kittina, li nbeda f’dawn l-aħħar ġimgħat, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-Site Plan ta’ fejn qed isir ix-xogħol ta’ tindif f’dan il-wied u ta’ dak li hemm ippjanat li jsir fl-istess wied? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice u s-Summary Responsibility Form relatati ma’ dawn ix-xogħlijiet ukoll?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ rijabilitazzjoni fil-wied ta’ Marsalforn - fiż-żona mgħarufa bħala ta’ Kittina - qegħdin isiru skont is-siteplan tal-permess. In-numru ta’ referenza huwa PA/06686/17.

Site at Triq il-Moll tax-’Shipwrights’ c/w, Triq il-Bacir, Paola Description of works: The placing on land of plant required temporarily as per class 9 - in connection with PA 5917/22 and PA 8472/19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret minn Infrastructure Malta permezz ta’ DNO “Site at, Triq il-Moll tax-’Shipwrights’ c/w, Triq il-Baċir, Paola Description of works: The placing on land of plant required temporarily as per class 9 - in connection with PA 5917/22 and PA 8472/19”?  Jista’ jgħid ukoll ta’ min hi l-art fejn saret din l-applikazzjoni u jispjega fid-dettall għal xiex u minn min kienet qed tintuża f’dawn l-aħħar xhur u fil-preżent, u x’kera qed titħallas?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li dan is-sit kien qed jintuża bħala parti mill-proġetti ta’ Infrastructure Malta f’Ras Ħanżir u proġetti oħra.

Kunsilli lokali - Cat feeders - Sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sussidju ngħata mill-kunsilli lokali lill-cat feeders f’kull kunsill lokali ta’ Malta u Għawdex individwalment?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura mill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Studenti żgħażagħ li jaħdmu full-time u part-time

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28382 u 28383, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena, li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew full time u li fl-2023 u l-2024 nqatgħalhom l-istipendu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul is-sena akkademika 2023/2024 kien hemm 6 studenti li fil-perkors tal-kors tagħhom twaqfilhom l-istipendju wara li kienu daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship training. Kien hemm ukoll ħdax 11-il student ieħor li m’applikawx għall-istipendju imma huma wkoll daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship training. Matul is-sena akkademika 2024/2025 kien hemm 3 studenti li fil-perkors tal-kors tagħhom twaqfilhom l-istipendju wara li kienu daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship Training u 10 studenti oħra li m’applikawx għall-istipendju u daħlu fi ftehim ta’ full-time sponsorship training. Infurmat ukoll li matul is-sena akkademika 2023/2024 kien hemm madwar 3,306 student u 3,666 oħra fis-sena akkademika 2024/2025 li kienu f’impjieg part-time iżda li ma jaqbiżx it-30 siegħa fil-ġimgħa kif hu permess taħt il-Liġi Sussidjarja 605.06 – Regolamenti Dwar l-Għotjiet Ta’ Manteniment Għal Studenti f’dawn l-etajiet hekk kif ġej: - Sena akkademika 2023 – 2024 - Studenti f’impjieg part-time skond l-eta` tagħhom Eta` 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31+ 3306 Studenti 175 301 557 644 563 388 291 141 73 42 34 15 19 14 6 43 Sena akkademika 2024 – 2025 - Studenti f’impjieg part-time skond l-eta` tagħhom Eta` 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 31+ Studenti 193 314 621 683 653 483 311 154 84 55 32 22 15 6 11 29

Studenti żgħażagħ li jaħdmu full-time u part-time

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28382 u 28383, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena, li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew full time u li fl-2023 u l-2024 nqatgħalhom l-istipendu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Studenti żgħażagħ li jaħdmu full-time u part-time

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28382 u 28383, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena, li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew full time u li fl-2023 u l-2024 nqatgħalhom l-istipendu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar - Venda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex issir venda f’Ħaż-Żabbar? Jekk iva, jista’ jindika fejn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotta 90 għandha t-tluq tagħha minn Ħaż-Żabbar. Il-bidu ta’ din ir-rotta huwa mill-bus stop “Baruni”, li jinsab fi Triq is-Santwarju. Dan minbarra l-ewwel tliet vjaġġi ta’ filgħodu li jibdew mill-bus stop “Santwarju”.

Arts Council - Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li fl-aħħar sena rriżenjaw mill-Arts Council?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li fil-Kunsill Malti għall-Arti hemm b'kollox 48-il ħaddiem.  Fl-aħħar sena ngħaqdu 4 ħaddiema u rriżenjaw 4.  Minn dawn l-4, persuna maret taħdem f’entita’ oħra Governattiva u t-3 l-oħra marru lura mas-Servizz Pubbliku.

Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 - Konsultazzjonijiet pubbliċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27648, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fir-rigward tal-implimentazzjoni u t-tħaddim effettiv tad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea bin-numri 2022/2555 u 2022/2557, tenut kont li dawn kellhom jiġu implimentati sas-17 ta’ Ottubru 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li  l-Avviż Legali 71 tal-2025, li kien ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern nhar it-08 t’April 2025, ittrasponi d-Direttiva tal-UE 2002/2555.

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Penalitajiet amministrattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew imposti penalitajiet amministrattivi mill-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u kemm minnhom ġew kontestati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-Awtorita tax-Xandir imponiet dawn l-penalitajiet amministrativi kif ġej: 2022 10 2023 14 2024 19 2025 4 Nfurmat ukoll li kien hemm żewġ penali amministrattivi li ġew kkontestati. Iż-żewġ deċiżjonijiet ta’ dawn il-penali amministrattivi ħarġu fl-2024. Mhiex id-deċiżjoni li tista’ tiġi appellata iżda l-proċedura. L-appell ma jsirx quddiem l-Awtorita imma quddiem il-Qorti.

MCAST – Sejħiet għal staff akkademiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il call inħarġet għal staff akkademiku fl-MCAST fis-snin 2023, 2024 u 2025? Jista’ jelenka liema kienu u x’salarji kellha kull kariga li ngħatat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul is-snin imsemmija inħarġu mat-386 sejħa.

Iż-Żebbuġ u ta’ Kerċem - Skejjel primarji

Question

Jista’ l-Ministru l-mistoqsija jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30837 u jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġetti ta’ rinnovazzjoni sħiħa għall-iskejjel primarji taż-Żebbuġ u ta’ Kerċem? Jista’ jgħid ukoll meta x-xogħlijiet fuq dawn iż-żewġt iskejjel nbdew, x’sar s’issa, x’fadal isir u meta hu maħsub li x-xogħlijiet kollha jitlestew?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward l-iskola primarja taż-Żebbuġ inħarġet sejħa pubblika għall-offerti skont CT 2046/2025 li permezz tagħha gie magħżul il-kuntrattur offerent li ser ikun qiegħed jagħmel ix-xogħol. Il-kuntratt relattiv ġie ffirmat u prezentament għaddejjin diskussjonijiet mal-istess kuntrattur sabiex jiġu ordnati l- prefabricated units li ser jiġu nstallati fl-istess sit tal-iskola preżenti minn fejn see tingħata l-edukazzjoni primarja sakemm isir ix-xogħol ta’ rinovar extensiv tal-binja tal-iskola primarja. Ix-xogħol huwa maħsub jitlesta matul is-sena 2026 sabiex l-iskola tkun tista’ tilqa t-tfal u l-edukaturi ghas-sena akademika li jmiss. Fl-iskola primarja Ta’ Kerċem ġew installati l-prefabricated units, inkluż, is-servizzi kollha fosthom l-arja kondizzjonata minn fejn bdiet tingħata l-edukazzjoni mal-bidu tas-sena skolastika Settembru 2025. Dan filwaqt li għaddej ix-xogħol fil-binja tal-iskola eżistenti għal dak li jirigwardja M&E, xogħol ta’ kisi tal-klassijiet u kurituri u restawr tal-faċċata tal-iskola. Ix-xogħol huwa maħsub jitlesta matul is-sena 2026 sabiex l-iskola tkun tista’ tilqa t-tfal u l-edukaturi għas-sena akademika li jmiss. Is-sejħiet pubblika għall-offerti nhargu mil-Foundaiton for Tomorrow’s Schools (FTS).