Legislature:
Category:
Reset
Active:

Childcare Centres - Tfal li jkunu morda - Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29198 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid kemm hu l-ħlas fiċ-childcare centres f’każ li t-tfal jimirdu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qiegħed inpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra li jinkludi informazzjoni dwar l-iskema u li jinsab fuq il-website ta’ jobsplus flimkien ma’ għadd ta’ dokumenti oħra relatati.

Xiri ta’ boroż organiċi - Tender

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28980, tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-tender għax-xiri ta’ boroż organiċi, peress li issa r-residenti ilhom xhur sħaħ ma jirċievu dawn l-istess boroż mingħand il-kunsill lokali rispettivi? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li dawn il-boroż jibdew jitqassmu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-ebda offerta ma laħqet ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi provdut prodott ta’ kwalità tajba, u minħabba f’hekk Wasteserv se tkun tista’ tkompli toffri dan is-servizz biss, meta l-proċess tax-xiri jwassal għal prodott ta’ kwalità.

Il-Mellieħa - Inħawi taċ-Ċumnija - Tisfija tad-drenaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28850 dwar l-ammont ta’ drenaġġ li jitwassal sal-impjant tad-drenaġġ fl-inħawi taċ-Ċumnija, fil-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-ammont totali ta’ drenaġġ li twassal f’dawn l-inħawi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena separatament? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dan id-drenaġġ ġie msoffi u twassal bħala new water, matul l-istess perjodu u f’liema nħawi ntuża dan l-istess ilma tan-new water, u taqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma trattat id-drenaġġ kollu li wasal għandha u rnexxielha tipproduċi l-ammont kollu tan-New Water skont il-kapaċità tal-impjant.  Dan l-ilma ntuża f’diversi nħawi fit-Tramuntana ta’ Malta. Kif diġà tħabbar pubblikament, il-Korporazzjoni se tkun qiegħda twettaq investiment biex tirdoppja l-kapaċità tal-impjant.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Pwales – Main tal-ilma

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30107, dwar il-main tal-ilma fi Triq il-Pwales, f’San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq l-istess main, li skont l-istess tweġiba tali proġett jinsab fil-proġetti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)?  Tista’ tgħid ukoll kemm hu mistenni li jdum għaddej ix-xogħol fuq dan il-proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru fit-triq indikata huma parti minn proġett estensiv li se jestendi minn ħdejn ir-roundabout ta’ Selmun, fil-Mellieħa, sal-Ġnien Olimpiku fix-Xemxija.  Il-proġett kollu huwa maħsub li jieħu madwar sentejn minn meta jibda.

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €120,000  - 2021

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €120,000 fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2021 kien hemm 3,153 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €120,000.

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €100,000  - 2021

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €100,000 fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2021 kien hemm 1,808 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €100,000 (iżda anqas minn €120,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €80,000  - 2021

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €80,000 fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2021 kien hemm 3,500 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €80,000 (iżda anqas minn €100,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €60,000  - 2021

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €60,000 fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2021 kien hemm 7,993 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000 (iżda anqas minn €80,000).

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €120,000 - 2022

Question

ista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31237 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €120,000 fis-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 3,938 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €120,000.

Individwi bi dħul ta’ aktar minn €100,000 - 2022

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31236 u jgħid kemm hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €100,000 fis-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 2,147 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €100,000 (iżda anqas minn €120,000).

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30984 u 31212 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666 kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ ikkumpilat mill-Agenzija Ewropea?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Bħalma tħabbar nhar is-17 ta’ Settembru 2025, il-Ministeru se jkun qed jibda proċess ta’ konsultazzjoni bikrija – Education That Empowers; Inclusion That Transforms - sabiex tiġi imfassla il-politika il-ġdida ta’ edukazzjoni inklussiva, li trid tkun lesta sal-bidu tas-sena 2027. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni bikrija (pre-consultation) se jkun simili għall-mudell addottat meta ġiet imfassla l-Istrateġija Nazzjonali Għall-Edukazzjoni 2024-2030.  F’dan l-eżerċizzju, il-Policy Monitoring & Evaluation Directorate (PMED) diġà għamel analiżi storika ta’ kif evolvit il-politika nazzjonali fuq l-edukazzjoni inklussiva matul is-snin.  Fil-konsultazzjoni bikrija se jkunu qed jiġu ppreżentati l-analaiżi ta’ numru ta’ studji li saru f’dan l-aħħar xhur, fosthom ir-rapporti tal-European Agency, l-istudju li saru mil-PMED u riċerka li saret mal-istudenti mill-Research & School Internal Review Directorate.

Pulizija li rritornaw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu jservu bħala pulizija fil-passat, reġgħu rritornaw għax-xogħol bħala pulizija jew fi gradi ogħla, matul l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll f’liema skali tas-servizz huma?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sal-15 ta’ Ottubru 2025, kien hemm erbgħin (40) ex-uffiċjal tal-korp tal-pulizija li reġgħu daħlu fl-istess rank.  Dawn kienu żewġ Spetturi – tlett surġenti maġġuri – ħdax il-surġent u erba’ u għoxrin kuntistabbli,  Barra minn dan fl-istess perjodu, kien hemm ukoll mija u tmienja u għoxrin (128) uffiċċjal li kienu telqu mill-korp u daħħlu fir-rank ta’ pulizija ta’ riserva.

San Pawl il-Baħar - Menqa - Parati biex jitniżżlu d-dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parati ta’ ħdejn il-Menqa f’San Pawl il-Baħar, jiġu rranġati biex ikunu jistgħu jintużaw aħjar minn dawk il-persuni li jtellgħu d-dgħajjes tas-sajd tagħhom minn dawk in-naħat?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill Onorevoli interpellanta biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat.

Tagħmir aġġornat u teknoloġija moderna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jipprovdix tagħmir modern u xieraq biex jiffaċilita t-tagħlim tal-istudenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja, bħall-użu ta’ SMART Braillers u teknoloġija assistiva moderna oħra, minflok tagħmir qadim li ma jissodisfax l-istandards edukattivi tal-lum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni jiżgura li ħafna mill-hardware u s-software li jinxtraw huma aċċessibbli għal kulħadd, inkluż studenti b’diżabbiltà jew b’nuqqas ta’ vista. Fejn ikun hemm bżonn ta’ teknoloġija assistiva speċjalizzata, il-każijiet jiġu indirizzati fuq bażi individwali wara referenza mis-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Edukazzjoni Inklussiva Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-FITA toffri tagħmir modern lill-persuni disabbli u vulnerabbli. Il-klijenti kollha b’nuqqas ta’ vista għandom il-benefiċju li jitgħalmu, b’xejn, il-Braille mill-uffiċini tal-FITA u jgħamlu użu minn bosta kotba li l-FITA tipprintja bil-braille u bil-lingwa Maltija. Infurmat ukoll li l-FITA toffri wkoll tgħamir bi skema ta’ leasing b’rati baxxi.

Numru ta’ għalliema speċjalizzati

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ftit snin ilu kien hemm erba’ Teachers of the Visually Impaired li kienu jappoġġjaw studenti madwar il-pajjiż, meta illum hemm waħda biss responsabbli għall-cohort nazzjonali kollu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Eżamijiet bil-braille

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja mhumiex jitħallew jagħmlu l-eżamijiet bil-braille, meta dan jista’ jsir faċilment permezz tal-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Lezzjonijiet tal-braille barra l-ħinijiet tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA) jew xi entità oħra, tipprovdix lezzjonijiet tal-braille barra l-ħinijiet tal-iskola, biex tiġi żgurata inklużjoni vera u sabiex l-istudenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja ma jkollhomx jitilfu lezzjonijiet oħra, sitwazzjoni li tista’ titqies bħala diskriminazzjoni indiretta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Gudja - Triq Santa Marija u l-madwar - Problema ta’ indafa u sanità pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30583 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika minħabba l-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar Triq Santa Marija, il-Gudja peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fis-17 ta’ Ottubru 2025 saret spezzjoni minn uffiċċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambejntali fi Triq Santa Marija, Gudja u l-madwar. Waqt din l-ispezzjoni ma ġie nnutat l-ebda ħmieġ jew ħamiem salvaġġ fl-akkwati.

Il-Birgu - In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mill-Birgu li minn Ottubru 2024 sa Settembru 2025 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit u kemm kienet is-somma komplessiva li ġiet mħallsa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Benefiċċjarji tal- In-work Benefit bejn Ottubru 2024 u Settembru 2025 Lokalita' Numru ta' Benefiċċjarji Total Imħallas PQ 31452 Il-BIRGU 103 €64,408.98