Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ras Ħanżir - Moll ġdid - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet, inkluż dawk tekniċi u professjonali, saru s’issa fuq moll ġdid u xogħol ieħor f’Ras Ħanżir permezz ta’ Direct Order u għal kemm jammontaw? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interperlant f’Ras Ħanżir, minn meta ġie terminat il-kuntratt, baqa’ għaddej xogħol magħruf bħala Deep Soil Mining.  Għal dan ix-xogħol ġew inkarigati is-subcontractors oriġinali li diġa’ kienu għaddejjin b’dan ix-xogħol.  Id-Deep Soil Mining kompla sabiex il-proġett ma jkollux problemi ta’ deadlines mill-Unjoni Ewropea.  Dan ix-xogħol se jiġi eskuż mit-tender il-ġdid li x-xogħol fuqu ser jitħallas minn fondi Ewropej meta joħroġ it-tender minn Infrastructure Malta.

Gozo Channel (Holding) Company Ltd - Audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts għas-sena 2024 tal-kumpanija Gozo Channel (Holding) Company Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

NIrreferi l-Onor. Interpellant għall-audited accounts tas-sena 2024 tal-Gozo Channel (Holding) Company Ltd li diġà tqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gozo Channel (Operations) Ltd - Audited accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts għas-sena 2024 tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Forti Ricasoli - Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30775, jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex isir iktar xogħol ta’ restawr fil-Forti Ricasoli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-interventi li se jsiru fiż-żmien li ġej se jsiru abbażi tal-pariri tekniċi mogħtija mid-Diviżjoni tar-Restawr u l-Preservazzjoni.

Uffiċini tal-Gvern - Roof gardens

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30162, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema lokalità huma l-binjiet u uffiċini tal-Gvern li għandhom roof garden?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninfurma lill-Onor Interpellanta  li l-binjiet u l-uffiċini tal-Gvern li għandhom roof garden u f’liema lokalita                                                                                                                                                                                                                                                 fejn dawn jinsabu huma kif ġej: Gene Bank Plant Technology Centre Hal-Lija IMU Level 3 fi hdan l-Ministeru tas-Saħħa u l-An¿janita Attiva -St Luke’s Gwardamangia Qrendi Resource Centre Skola Sekondarja Santa Luċija MCAST Applied Sciences-Raħal Ġdid Fakulta Ambjent Malti-Universita ta’Malta,Msida Id-Dipartiment tal-Gvern lokali  Belt Valletta Valletta Design Cluster San Vinċenz de Paule -Hal-Luqa

Ħaż-Żabbar - Triq il-Farfett tal-Fejġel - Irwejjaħ ta’ drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li terġa’ tinqala’ t-triq bejn Triq il-Farfett tal-Fejġel, (il-parti li tiela lejn Triq iż-Żarżarell) f’Ħaż-Żabbar, biex titranġa l-problema  hekk kif qed ikun hemm irwejjaħ qawwija ta’ drenaġġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 31384.

Ħaż-Żabbar - Triq il-Farfett tal-Fejġel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm daħlu rapporti lill-Wasteserv f’dawn l-aħħar tliet snin fuq il-katusi tad-drenaġġ li hemm bejn Triq il-Farfett tal-Fejġel, (il-parti li tiela’ lejn Triq iż-Żarżarell) f’Ħaż-Żabbar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qabel xejn ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-entità responsabbli mill-infrastruttura tad-drenaġġ mhix il-Wasteserv, imma l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. U allura ninfurmaha wkoll li lill-Korporazzjoni ma sarilha ebda rapport dwar il-katusi tad-drenaġġ fit-triq indikata. Il-Korporazzjoni kontinwament tispezzjona l-mejnijiet tan-network tagħha biex tassigura li dawn jinżammu fl-aħjar qagħda possibbli.  Bħala parti minn dan il-proċess l-imsemmi mejn sa jkun qed jiġi spezzjonat.

Ħaż-Żabbar - St.Peter’s - Bandli - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bandli ta’ St Peter’s, f’Ħaż-Żabbar u meta ser jitlesta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li qed jitlestew il-proċeduri finali mitluba mill-Awtorità tal-Ippjanar, meħtieġa qabel jibda x-xogħol fuq il-bandli ta’ St Peter’s, li qed jiġi ffinanzjat minn fondi tal-istess Awtorità tal-Ippjanar. Il-kuntratt tax-xogħlijiet diġà ġie ffirmat u l-proġett hu mistenni jitlesta sa April 2026.

L-Isptar Mater Dei – Testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei matul l-2024 u matul l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei fl-2024 saru 15,068,938 test tad-demm, u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru 2025 saru 11,836,413-il test tad-demm.

Servizz psikoloġiku - Ħaddiema tas-CPD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx servizz psikoloġiku għall-ħaddiema tas-CPD li jkunu raw jew esperjenzaw każ traġiku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jingħataw servizz psikoloġiku regolarment skont il-ħtieġa permezz tal-Employee Support Programme. Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jingħataw servizz psikoloġiku regolarment skont il-ħtieġa permezz tal-Employee Support Programme offrut lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku.

Servizz psikoloġiku - Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx servizz psikoloġiku għall-pulizija li jkunu marru fuq xena ta' delitt jew esperjenzaw każ traġiku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li meta servizz psikoloġiku jkun neċessarju, il-Pulizija jiġu kkuntattjati mill-Victim Support Unit li barra milli jagħtu tagħrif tas-servizzi disponibbli, jestendu l-assistenza tagħhom kif ikun meħtieġ. L-istess uffiċċjali għandhom ukoll  aċċess għal Programm ta' Appoġġ għall-Impjegati, speċjalment minħabba li b’mod kostanti, huma jiltaqgħu ma’ diversi sitwazzjonijiet kritiċi u diffiċli, bħal ma semma l-Onorevoli Membru, u ċioe’ każi fejn dawn imorru fuq xena ta' delitt jew jiffaċċjaw esperjenzi ta’ każi traġiċi ta’ kull tip. Membri tal-Korp huma konxji mis-servizzi tal-Employee Support Programme, li jmexxu programm ta’ servizzi li huma jistgħu faċilment jaċċessaw,  u kull assistenza li tingħata tkun effettiva u speċifika għal każ tagħhom. Dan is-servizz li huwa kunfidenzjali,  u fost ħwejjeġ oħra jindirizza kwistjonijiet  ta’ diffikultajiet tas-saħħa mentali u stress.

Ċimiterju tal-Addolorata – Deffiena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm deffiena jaħdmu maċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata huwa ġestit minn Camposanto JV skont il-ftehim ta’ konċessjoni.

Persuni li qed jiskontaw sentenza – Sapport għall-familjari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna jew sapport jingħataw lill-familjari (ġenituri, mara, raġel, tfal) tal-priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw sentenza?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li s-sapport għall-familjari ta’ persuni miżmuma fil-ħabs f’Malta jinkludi firxa ta’ servizzi offruti mit-tim tal-CREU (Unità tal-Kura, Reintegrazzjoni u Edukazzjoni). Dawn is-servizzi jibdew b’assessjar psiko-soċjali mal-wasla tal-persuna fil-ħabs u jkomplu matul iż-żmien tas-sentenza, inkluż kuntatt dirett mal-familjari, referenzi għal servizzi fil-komunità, u terapija tal-familja. Il-familjari jiġu infurmati dwar il-kundizzjonijiet mediċi tal-priġunieri fejn jistgħu jikkomunikaw permezz ta’ telefonati, ittri, u viżti online, (No-Contact Visits) u (Contact Visits), kif ukoll viżti b’sorveljanza speċjalizzata organizzati għal tfal tal- priġunieri li jinsabu taħt ordni ta’ ħarsien. Jittieħdu wkoll miżuri speċjali f’każ ta’ emerġenzi, u okkażjonijiet familjari bħalma huma twelid, funerali, u ċelebrazzjonijiet. Il-CREU jorganizza wkoll attivitajiet għat-tfal, aċċess għal jum il-ġenituri, u appoġġ edukattiv. Apparti minn dan il-Ministeru jinvesti ħafna biex bi sħab ma’ għaqdiet fis-settur jgħin lil persuni jkunu skontaw sentenza, jew li għaddejjin bis-sentenza u l-familjari tagħhom. Flimkien ma’ Mid-Dlam għad-dawl hemm il-proġett Locked Out fejn priġunieri u familjari tagħhom jattendu għall-sessjonijiet ta’ terapija flimkien ma’ numru ta’ professjonisti. Mal-istess għaqda hemm il-programm, ‘Jien u int’ fejn priġunieri jiltaqgħu ma’ uliedhom f’dar il-Marsa u ‘l bogħod mill-bini tal-ħabs u hemm ikun hemm is-superviżjoni ta’ numru ta’ professjonisti li jassistu mhux biss lill-priġunieri iżda anke t-tfal u l-kumplament tal-membri tal-familja. L-istess għaqda tmexxi wkoll dar fil-Birgu fejn priġunieri jqattgħu l-aħħar parti mis-sentenza u propju l-bażi tal-programm huwa r-rintegrazzjoni tal-priġunieri mal-familjari billi jiġi pruvdut sapport lit-tnejn. Mal-għaqda RisE hemm servizz ta’ after care li jingħata lill-priġunieri u familjari tagħhom liema servizz jingħata minn professjonisti u jvarja minn sessjonijet ta’ terapija sa anke għajnuna sabiex jinstab impjieg. Anke fil-każ tar-RisE fil-programmi tagħhom ta’ rintegrazzjoni tingħata wkoll importanza li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn il-familarji u dan isir ukoll permezz ta’ għajnuna apposta.

Drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-drenaġġ hux qed jiġi ttrattat kollu qabel imur fil-baħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bħala regola d-drenaġġ jiġi trattat kollu. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellanta li llum id-drenaġġ mhux biss jiġi trattat, imma għandna sistema magħrufa bħala ‘New Water’ li saħansitra mid-drenaġġ nagħmlu ilma tajjeb għat-tisqija tal-bdiewa. L-investiment fis-settur kompla u se jkompli, u ninsab infurmata wkoll li f’każi rari li jkunu nqalgħu xi ħsarat jew diffikultajiet (bħal kawża ta’ xita estrema, it-tfigħ ta’ effluwenti li mhux drenaġġ jew xi ħsarat) it-timijiet tekniċi tal-Water Services Corporation jaġixxu minnufih skont il-każ.

Inċidenti tat-traffiku - Fatalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fatalitajiet minħabba inċidenti tat-traffiku, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ fatalitajiet minħabba inċidenti tat-traffiku, mis-sena 2008 sat-30 ta’ Settembru 2025, kien kif indikat fit-tabella hawn taħt. Infurmat F’wieħed mill każi għad irid jiġi ddeterminat mill-inkjesta, jekk l-inċident kienx il-kaġun tal-mewt tal-vittma. Sena Numru ta’ nċidenti tat-traffiku fejn kien hemm fatalitajiet Numru ta’ fatalitajiet 2008 15 15 2009 16 21 2010 16 16 2011 18 18 2012 10 11 2013 18 18 2014 11 11 2015 11 11 2016 23 23 2017 17 19 2018 17 18 2019 15 16 2020 12 12 2021 9 9 2022 26 26 2023 13 14 2024 12 12 Sa Settembru 2025 16 16

Inċidenti tat-traffiku - Minuri bħala passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu jinvolvu minuri bħala passiġġieri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ nċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu minuri bħala passiġġieri mis-sena 2020 sat-30 ta’ Settembru 2025, maqsuma sena b’sena, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt.  It-tabella turi wkoll in-numru ta’ minuri li kienu passiġġiera fl-istess inċidenti. Sena Numru total ta’ nċidenti tat-traffiku fejn kien hemm minuri involuti Numru ta’ minuri li kienu fl-inċidenti tat-traffiku li kienu fihom 2020 71 93 2021 91 131 2022 107 144 2023 94 117 2024 98 140 2025 sa Settembru 47 62

Inċidenti tat-traffiku - Minuri bħala xufiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu jinvolvu minuri bħala xufiera?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2020 u l-aħħar ta’ Settembru 2025 kien hemm disgħa u għoxrin (29) inċident tat-traffiku fejn kienu involuti persuni taħt it-tmintax-il sena, kif indikat fit-tabella hawn taħt. Sena Nru ta’ każi 2020 8 2021 3 2022 5 2023 3 2024 5 2025 sa 30/09 5

Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għal Mistoqsija Parlamentari numru 3897 u ninsab infurmat ukoll illi in-numru ta’ nċidenti tat-traffiku, li ġew proċessati mill-pulizija u mill-Aġenzija LESA mis-sena 2022 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt. Sena Total ta’ nċidenti tat-traffiku f’dawn il Gżejjer 2022 15,711 2023 16,410 2024 16,605 Sa September 2025 11,407