Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31419 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31419 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31419 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise ircevit 86 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 66 b’total ta’ assistenza approvata tilħaq €3,947,621. l-applikazzjonijiet li ma’ jkunux fil-parametri tal-eliġibilita kif imniżżla fl-iskema ma jiġux approvati. Il-Malta Enteprrise hija marbuta bl-Atti tal-konfidenzjalita taħt il-Malta Enterprise Act u għalhekk l-ismijiet tal-benefiċjarji ma jistgħux jingħataw.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31418 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jagħti d-data ta’ meta ser tinfetaħ it-triq li hija proġettata li tgħaqqad in-naħa ta’ wara ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Maria Regina College Middle School, ma’ Triq Giorgio Locano, Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ostakli biex din it-triq tinfetaħ u jekk iva, x’inhuma?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali - Liċenzji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31420 u jgħid x’liċenzji għandhom l-iskejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, kemm dawk governattivi kif ukoll dawk privati? Jista’ wkoll jipprovdi kopji tal-liċenzji ta’ dawn l-iskejjel flimkien mad-dati meta nħarġu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ħruġ inkorrett ta’ skart jew rimi ta’ skart illegali - Multiq
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31193 u tagħti ċifra ta’ kemm-il multa nħarġet għall-ħruġ inkorrett ta’ skart jew rimi ta’ skart illegali (littering)? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom ġew imħallsa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika n-numru ta’ nies li nqabdu mill-uffiċjali tal-ERA joħorġu skart mhux skont l-iskeda bi ksur tar-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta’ Skart fit-Toroq u f’Postijiet jew Żoni Pubbliċi (LS549.40) li fiha hemm ukoll kemm multi ġew imħallsa. Il-perjodu jkopri mis-sena 2018 sat-13 ta’ Ottubru 2025. Dawn il-figuri jirrigwardaw littering biss u mhux jinkludu ksur tar-Regolament (LS549.40) fuq rimi illegali ta’ skart fuq skala ikbar. Tajjeb infakkar li r-Regolament (LS549.40) huwa infurzat kemm mill-ERA, kif ukoll mil-LESA u mill-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31414 u jgħid meta ser ikun qed jingħata l-kumpens mistħoqq lis-sidien tal-proprjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll x’qiegħed iżomm milli jingħata dan il-kumpens?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li ghaddejja korrispondenza bejn it-tim legali tal-Lands Authority u l-Avukat tas-sinjuri. Ma nħossx li hu prudenti li nippubblika jew nagħti dettalji dwar il-mertu tal-korrispondenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Vittmi tal-Gwerra fis-Swatar, Birkirkara hijiex one-way? Jekk iva, jista’ jgħid għaliex m’hemmx sinjali li jiggwidaw lis-sewwieqa? Jekk mhijiex one-way, jista’ jgħid għaliex, meta l-flow tat-traffiku huwa dejjem lejn in-naħa ta’ Triq l-Imsida?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta m’għandhiex records ta’ restrizzjoni fid-direzzjoni tat-traffiku fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra, Swatar, Birkirkara. Għaldaqstant, restrizzjonijiet ma jeżistux u t-triq hija two-way flow. Barra minn hekk, l-Awtorità m’għandiex talbiet mill-kunsill lokali sabiex tinbidel il-flow tat-traffiku f’din it-triq.
,Peress li Ġnien Pembroke jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jara li l-istess awtorità tindirizza l-istat ta’ telqa u abbandun li jinsab fih Ġnien Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Ġnien Pembroke ilu li nfetaħ għall-pubbliku erbatax-il-sena u avolja iz-zona ma taqax direttament taħt l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, din aċċettat li tibqa’ tieħu ħsiebu.
L-Awtorita’ twettaq manutenzjoni regolari sabiex il-ġnien jinżamm fi stat tajjeb minkejja l-pożizzjoni esposta għall-kundizzjonijiet xejn favorevoli u l-vandaliżmu kontinwu.
Madankollu, l-Awtorita’ għandha programm ta’ xogħol ta’ manutenzjoni estensiv sabiex jingħata facelift li jinkludi art ġdida (safety flooring), bankijiet ġodda u equipment ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar fi Triq Mons. Pawlu Mallia fil-Gudja, kemm ġie jiswa jew hu stmat li ser jiswa, u meta se jkun lest?
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ir-rapport tal-Uffiċċju Metroloġiku ma rrappurtax l-istatus tat-temp fiż-żona ta’ Selmun matul is-sentejn li għaddew? Tista’ tiċċara jekk l-istrument li jintuża biex jiġi vverifikat u rrappurtat it-temp kienx bil-ħsara għal dawn is-sentejn u jekk iva, tindika d-data ta’ meta dan ser jitranġa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Meteoroloġiku huwa parti mill-Malta International Airport (MIA).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29049, tista’ l-Ministru tgħid jekk Ambjent Malta tikkunsidrax il-possibbiltà li tikkollabora mal-Ambaxxata Amerikana sabiex il-monument ta’ Kennedy Grove jkun jista’ jingħata attenzjoni iktar diretta, inkluż f’kollaborazzjoni mal-istess Ambaxxata Amerikana?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal skop ta’ titjib ambjentali, Ambjent Malta tkun lesta tikkallobara ma’ kull min ikun hemm bżonn. Sadanittant, nerġa’ nirreferiha għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 29049.
Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħol ta’ restawr qed iseħħ preżentement fil-ġibjun tal-Miżieb (dak li jinsab qrib l-Imbordin)? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29048, tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol marbut mal-main tal-ilma fl-inħawi tal-Miżieb? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jitlesta l-istess xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol li jinsab għaddej bħalissa fil-Miżieb huwa parti minn pjan biex tissaħħaħ il-provvista tal-ilma fil-Mellieħa. Dan il-proġett huwa mmirat li jitlesta fis-sajf li ġej.
Ħal Qormi – Skola Primarja ta’ San Ġorġ - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li se jkun qed isir fl-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ, f’Ħal Qormi u d-data ta’ meta effettivament se jkun qed jitlesta?
Raħal Ġdid - Problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja ta’ Kristu Re
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30581 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja ta’ Kristu Re Raħal Ġdid peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-16 ta’ Ottubru 2025 saret spezzjoni minn uffiċċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambejntali madwar il-Knisja ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid. Waqt din l-ispezzjoni ma ġiex innutat ħmieġ ta’ ħamiem fit-triq, iżda kien hemm numru ta’ ħamiem fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja u fil-bandli ta’ wara l-knisja. F’certu partijiet tal-faċċata tal-knisja, ġie nnutat xi akkumulu ta’ ħmieġ tal-ħamiem.
Ħal Tarxien - Problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30582 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Tarxien peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li meta fis-16 ta Ottubru 2025 saret spezzjoni minn uffiċċjal tad-Direttorat għas-Saħħa Ambejntali madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani Ħal Tarxien, ma ġiex innutat ħamiem salvaġġ fl-akkwati.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsija parlamentari 10041 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9730, tista' l-Ministru tagħti aġġornament dwar is-sejħa ‘Competitive Procedure with Negotiation’ għall-proġett to design, build and operate a waste-to-energy plant in Magħtab, fiex wasal il-proċess ta' aġġudikazzjoni ta' din is sejħa, u meta hu maħsub li jiġi konkluż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender inkwistjoni jinsab fl-istadju ta’ evalwazzjoni.
Għawdex u Kemmuna – Distribution Centres u Substations ġodda
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru Distribution Centres u Substations ġodda f’Għawdex u Kemmuna matul l-2022, l-2023, l-2024 u l-2025? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm Distribution Centres u Substations ġodda ppjanati li jsiru mill-Enemalta f’Għawdex u Kemmuna matul l-2026 u l-2027?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li Enemalta għaddejja b’tisħiħ kontinwu tas-sistema tad-distribuzzjoni inkluż f’Għawdex. Matul dawn l-aħħar erba’ snin ikkummissjonat 20 substation ġdida f’Għawdex f’lokalitajiet diversi. Ifisser li ġew ikkummissjonati medja ta’ erba’ substations fis-sena f’Għawdex, fejn dan in-numru jaf ivarja skont l-esiġenzi tan-network tagħha. Bħalissa għaddej il-proċess biex tiġi identifikata art fejn tkun tista’ tinbena distribution centre ġdida.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31031 u jgħid kemm kien hemm LSAs u għalliema tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja li bdew jaħdmu f’Għawdex fis-sena skolastika 2025-2026 u f’liema skola?