Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Liability Insurances/Professional Indemnity Insurances - Vittmi li jsofru danni  kawża ta’ kostruzzjoni jew xogħlijiet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fir-rigward ta’ Public Liability Insurances jew Professional Indemnity Insurances inġenerali, għandux intenzjoni jew hux qed jaħdem attwalment fuq qafas leġislattiv dwar vittmi li jsofru danni kawża ta’ kostruzzjoni jew xogħlijiet oħra, jew f’każ ta’ terzi li jfittxu professjonisti in konnessjoni max-xogħol tagħhom b’mod li t-terzi jkunu jistgħu jinnegozjaw jew eventwalment jipproċedu direttament kontra l-assikurazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Assikurazzjonijiet - Impjegati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol - Dritt ta’ ‘direct action’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir fuq qafas leġislattiv ġdid jew jekk hux opportun li jiddaħlu emendi dwar il-possibiltà li jiġi introdott b’mod ċar id-dritt ta’ ‘direct action’ favur l-impjegati u l-ħaddiema tagħna, direttament kontra l-assikurazzjonijiet li jipprovdu kopertura lill-‘employers’ fir-rigward ta’ ‘claims’ għal danni jew ġrieħi minn impjegati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol, simili għal dak li hu provdut fl-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni, Kap. 104 tal-Liġijiet ta’ Malta, b’mod li min iweġġa’ jkun jista’ jinnegozja jew eventwalment jipproċedi direttament kontra l-kumpanija tal-assikurazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Settur tal-ġustizzja - Intelliġenza Artifiċjali - Inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont b’mod konċiż, (jekk huwa l-każ) x’inizjattivi qegħdin jittieħdu biex l-iżviluppi mgħaġġla u pożittivi li qegħdin isiru fl-Intelliġenza Artifiċjali jiġu applikati għas-settur tal-ġustizzja u jelenka wkoll x’vantaġġi hemm minn tali applikazzjoni għal dan is-settur?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Swatar, Birkirkara - Triq Maestro Giuseppe Busuttil - Permessi għal cranes

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dwar permess jew permessi li hemm sabiex persuni jew kumpaniji joperaw bi crane fi Triq Maestro Giuseppe Busuttil, is-Swatar, f’Birkirkara, minn entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Ministru u jekk huwa l-każ, jgħid jekk hemmx terminu meta dan l-istess xogħol għandu jitlesta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-aħħar aġġornament li rċievejna, il-crane nkwistjoni ġie re-allokat ġewwa plot vojta.  Dan għadu kemm tressaq f’din il-plot u f’dan l-istadju qiegħed jiġi ċ-ċertifikat mill-Inġinier qabel ma jibda joppera, u dan sabiex ikun konformi mar-regolamenti. Preċedentament għal din ir-rilokazzjoni tal-crane, kien hemm il-clearance meħtieġa mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Dan filwaqt li l-uffiċċjali tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-xogħol wara spezzjoni kienu kkonfermaw ukoll li l-crane kien kopert biċ-ċertifikati kollha.

Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran – Pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irrikorrew pazjenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran, f’Raħal Ġdid, kull ġurnata fl-ewwel ħmistax li dan fetaħ għas-servizzi kollha u waqfet topera l-Polyclinic ta’ Raħal Ġdid?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sliema Promenade – Pompa tal-Petrol

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31424 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u ċjoè: B’referenza għall-pompa tal-petrol li ilha ma tintuża u li qiegħda fil-Promenade ta’ Tas-Sliema, li ritratt tal-pompa qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jispjega għaliex din il-pompa qed titħalla f’din il-kundizzjoni?  Jista’ jgħid ukoll għaliex il-pjattaforma tal-metall ta’ din il-pompa tal-petrol ma tneħħietx, li ritratt tagħha ukoll qed jingħata separatament, peress li tista’ tikkawża korrimenti lil dawk li jkunu mixjin jew jiġru tul il-promenade?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Il-Marsa - Proġett ta’ riġenerazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-time frame tal-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Marsa li tħabbar f’Awwissu 2025? Tista’ tgħid ukoll kemm ser jiġi jiswa u meta se jkun lest?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR 251404) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar is-6 ta’ Awwissu 2025 li fiha dettalji dwar il-proġett tar-riġenerazzjoni taċ-ċentru tal-Marsa, li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-ewwel fażi tiegħu. Huwa mmirat li l-proġett kollu, maqsum fi tliet fażijiet, jitlesta f’nofs is-sena 2027.

WSC - Vandaliżmu/abbuż fuq in-network

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm każijiet fejn il- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) ltaqgħet ma’ vandaliżmu jew abbuż fuq in-network tagħha? Jekk iva, x’tip? Tista’ tgħid ukoll jekk tinżammx statistika ta’ kemm kien hemm minn dawn il-każijiet u xi jkun l-effetti ta’ każijiet bħal dawn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li waqt l-andament tal-ħidma tagħha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jkollha ssolvi numru ta’ każijiet ta’ vandaliżmu kif ukoll abbużi mis-sistema tad-drenaġġ.  Dawn is-sitwazzjonijiet, li jirriżultaw minn rimi ta’ materjal ipprojbit, jikkaġunaw sadd fis-sistema li sussegwentament iwassal għal żbroff tad-drenaġġ. Fost il-każijiet li seħħew riċentament u li kienu kawża ta’ vandaliżmu kien hemm dawn: -    Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa – ħaddiema min-naħa tal-Korporazzjoni sabu ħarqa mgeżwra ġo xugaman li kkawżat l-imblokk u sussegwentament żbroff; -    Triq San Luqa f’Buġibba – ħaddiema tal-Korporazzjoni sabu biċċa njama mdeffsa fil-pajpijiet li kawża tagħha weħlu ammont ta’ wipes magħha li rriżulatat fi mblokk; -    Triq l-Imdina f’Ħal Qormi -  ammont ta’ wipes mormijin fis-sistema wasslu għal żbroff ta’ drenaġġ; -    Kappara Roundabout - ġebla mdeffsa fil-pajpijiet ikkawżat imblokk li wassal għal żbroff tad-drenaġġ. Hu mistenni li kull residenza f’Malta ssegwi l-Leġiżlazzjoni Maltija li titratta rimi ġewwa s-sistema tad-drenaġġ (S.L. 545.08 – para 5).  Dan il-ħarsien tan-network tad-drenaġġ huwa ta’ importanza kbira mhux biss għall-Korporazzjoni iżda għall-pajjiż kollu biex dejjem tiġi salvagwardjata l-iġjene kif ukoll biex il-poplu jkun moqdi bl-aħjar mod possibbli. Hawn taħt qed nagħti n-numru ta’ tali każijiet li l-Korporazzjoni ltaqgħet magħhom fl-aħħar tliet snin u ħadmet qatigħ biex ġew solvuti: 2023                        1,780 2024                        1,498 2025                        1,240

Każijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31431 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi spejjeż legali jew ta’ konsulenza għad-difiża ta’ azzjonijiet tal-gvern f’każijiet ta’ arbitraġġ internazzjonali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill- Onor. Interpellant illi l-arbitraġġ għadu mhux magħluq u ghaldaqstant, kull dettall relatat miegħu qed jiġi meqjus kunfidenzjali.

Intrapriżi tal-Istat – Garanziji tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31428 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-garanziji kollha tal-gvern li huma fis-seħħ bħalissa għall-intrapriżi tal-istat, inkluża l-obbligazzjoni kontinġenti (Contingent Liability) totali tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Contingent Liabilities 2024 € € Government Guarantees* Local 673,773,732 Foreign 496,093,374 1,169,867,106 Letters of Comfort* 14,422,743 1,184,289,849 * The Government Guarantees and Letters of Comfort refer to Government Debt Din l-informazzjoni ġiet ppubblikata mid-Dipartiment tat-Teżor fil- Financial Report għas-sena finanzjarja 2024.

MTCA – Rinnovazzjonijiet tal-uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 31425 u jagħti t-total tal-ispejjeż li ntefqu fuq ir-rinnovazzjonijiet tal-uffiċċji tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta (MTCA) fil-Furjana matul l-aħħar 4 snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-total tal-ispejjeż li ntefqu fuq ir-rinnovazzjonijiet tal-Uffiċċji tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta (MTCA) fil-Furjana matul l-aħħar 4 snin, maqsuma sena b’sena, huwa kif indikat hawn taħt: Sena Nefqa 2022: €341,718.57 (eskluż il-VAT) 2023: €56,709.65 (eskluż il-VAT) 2024: €13,853.62 (eskluż il-VAT) 2025: €24,191.48 (eskluż il-VAT)

Sliema Promenade – Pompa tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31424 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u ċjoè: B’referenza għall-pompa tal-petrol li ilha ma tintuża u li qiegħda fil-Promenade ta’ Tas-Sliema, li ritratt tal-pompa qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jispjega għaliex din il-pompa qed titħalla f’din il-kundizzjoni?  Jista’ jgħid ukoll għaliex il-pjattaforma tal-metall ta’ din il-pompa tal-petrol ma tneħħietx, li ritratt tagħha ukoll qed jingħata separatament, peress li tista’ tikkawża korrimenti lil dawk li jkunu mixjin jew jiġru tul il-promenade?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28461 u 31421 u jgħid kemm kienu jammontaw l-ispejjeż totali marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, li saru fit-30 ta’ April 2025 fil-Barrakka ta’ Fuq u fil-Port il-Kbir?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 31421.

Obbligu tal-Patrimonju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 31499 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista kif mitluba fit-tabella annessa li telenka: is-sena meta nħarġet il-fattura; in-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni/permess; it-tip u n-numru ta’ features jew strutturi ta’ valur kulturali li ġew approvati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) biex jinqerdu jew jinħattu; suġġett li jitħallas obbligu tal-patrimonju (heritage obligation) u l-ammont tal-obbligu tal-patrimonju (heritage obligation) impost, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif taf l-Onor Interpllanta fuq dan is-suġġett weġibt id-domandi kollha li gew interposti lili.  Madanakollu f'dan il-każ il-kisba ta' tali informazzjoni tirrikjedi ħafna xogħol, liema siegħat ta' xogħol tal-ħaddiema tas-Sovraintendenza nemmen li jistgħu jintużaw aħjar għall-protezzjoni finali tal-wirt storiku.

Helen Keller Resource Centre - Klabb 3-16

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31364 u jgħid jekk l-istudenti li jattendu r-resource centres fosthom dawk li jattendu l-Helen Keller Resource Centre humiex se jkomplu jattendu Klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola fl-istess ċentru jew inkella humiex se jibdew imorru post ieħor?  Jekk le, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan is-servizz li jirrikjedi ħaddiema speċjalizzati. Preżentament id-domanda mhix daqshekk kbira, u għalhekk ġeneralment jinfetħu minn klabb wieħed sa tnejn matul is-sena skolastika. Matul is-sajf jinfetħu kollha, sabiex jakkomodaw lill-istudenti li jattendu fihom kif ukoll jingħata servizz minn Hand in Hand waqt ħinijiet formali tal-iskola. Minn din is-sena skolastika beda jkun offrut ukoll is-servizz ta’ klabb 3-16 wara l-ħin tal-iskola bejn it-3:00pm u s-6:00 pm.  Dan hu servizz li wkoll jirrikjedi ħaddiema speċjalizzati, u peress li d-domanda mhix kbira u l-ħaddiema kollha taċ-ċentri tar-riżorsi jkunu nvoluti fis-supervizjoni tat-trasport tal-istudenti minn u lejn id-dar, infurmat li dan is-servizz ġie outsourced lill-Hand in Hand. Permezz ta’ dan is-servizz, studenti li għandhom bżonn is-servizz jittieħdu miċ-ċentri rispettivi tagħhom wara l-iskola bit-trasport tal-istat u l-ġenituri jiġbruhom minn hemm skond il-kumdita’ taghħhom sa mhux aktar tard mis-6:00 pm.

L-Imtarfa - Dementia Day Centre - Servizz tat-trasport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tat-trasport lejn u mid-Dementia Day Centre tal-Imtarfa huwiex qed jiġi pprovdut lill-anzjani kollha li jeħtieġuh? Jekk le, jista’ jgħid għaliex mhuwiex qed jiġi pprovdut u jekk huwiex ser jibda jiġi pprovdut lil kull min għandu bżonn dan is-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li s-servizz tat-trasport għaċ-Ċentru ta’ Matul il-jum għal persuni bid-dimensja ġewwa l- Imtarfa huwa disponibbli. Persuni li jgħixu bid-dimensja jiġu miġbura u mwassla lura f’ħin u f’post miftiehem minn qabel. Huwa meħtieġ li qarib jew persuna li tieħu ħsiebhom tkun preżenti kemm fil-ħin tal-ġbir kif ukoll fil-ħin li l-persuna titwassal lura.

Ir-Rabat, Malta - Triq Tat-Tabija - Traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan, u jekk le, jistgħux jiġu installati traffic lights biex ir-residenti li joqogħdu fi Triq Tat-Tabija, ir-Rabat, Malta, ikunu jistgħu jaqsmu b’mod sigur lejn Triq in-Normanni u l-kumplament tal-housing estate, kif ukoll biex ikunu jistgħu jinqdew mill-ħwienet tal-madwar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament hemm zebra crossing fi Triq it Tabija, u li kienet saret waqt ix xogħlijiet preċedenti minn Infrastructure Malta. Din il-crossing twasslek b’mod sigur lejn Triq in-Normanni u l-akwati.

Ir-Rabat, Malta - Triq Għajn Qajjet - Tibdil ta’ zebra crossing għal crossing bil-lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tinbidel iż-zebra crossing fi Triq Għajn Qajjet, ir-Rabat, Malta, fejn sar proġett ġdid tas-sistema tat-traffiku, għall-crossing bil-lights, sabiex tiżdied is-sigurtà fil-post?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ser issir spezzjoni fuq il-post sabiex din it-talba tiġi evalwata.

Libreriji pubbliċi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jinfetħu xi libreriji pubbliċi ġodda u f’liema lokalitajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena infetħu dawn il-libreriji ġodda: Ħal Tarxien infetħet librerija flimkien ma’ Rise Foundation bl-isem ta San Gorg Preca bl-għan li sservi għal komunita kollha u tnaqqas l-istigma filwaqt li nsaħħu l-inklużjoni;  F’Raħal Ġdid fil-Ħabs flimkien ma CSA fis-sezzjoni tal-irġiel bil-għan li tgħin fl-iżvilupp edukattiv. Fil-ġimgħat li ġejjien ser terġa tiftaħ il-fergħa ġewwa tas-Sliema ġo post ġdid u iżjed aċċessibli.

Is-Settur Kreattiv - Persuni impjegati full time - Taxxa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31359 dwar persuni impjegati fis-settur kreattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ full timers li jħallsu rata tat-taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ma żżomx data tal-kontribwenti skont il-kategoriji tan-NACE u għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi pprovduta.