Legislature:
Category:
Reset
Active:

Abbuż fil-kiri - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30587 u 30588 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u ċjoè:  Fid-dawl ta’ ilmenti dwar residenzi li fihom qed ikun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 31620.

Abbuż fil-kiri - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30587 u 30588 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u ċjoè:  Fid-dawl ta’ ilmenti dwar residenzi li fihom qed ikun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Abbuż fil-kiri - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30587 u 30588 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol rispettivament u ċjoè:  Fid-dawl ta’ ilmenti dwar residenzi li fihom qed ikun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet dwar dawn l-abbużi fil-kera?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, permezz tal-emendi fil-liġi tal-Kap. 604 li daħlu fis-seħħ fl-ewwel ta’ Settembru, 2024, l-Awtorità tad-Djar tinvestiga kull rapport li jasalha fuq iffullar żejjed pertinenti għal kirjiet fil-privat.

Il-Mellieħa – Skola Primarja - Containers li ser iservu bħala klassijiet - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet in-nefqa totali sabiex tpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet fis-sit li qabel kien il-Park tal-Familja fil-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Open Air Gym – Apparat maqlugħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-apparat li kien jintuża bħala open air gym fis-sit tal-Park tal-Familja fil-Mellieħa, inqala’ u ntefa’ gozz wara container?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Park tal-familja – Risk assessment report

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risk assessment report li sar fuq is-sit li qabel kien jintuża bħala Park tal-Familja fil-Mellieħa u li llum spiċċa b’art tal-konkos u li fuqha tpoġġew numru ta’ containers biex iservu bħala klassijiet għat-tfal tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Santa Venera – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu f’Santa Venera rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025) Lokalita' SUP SA Total PQ 31605 SANTA VENERA 44 67 111

Santa Venera – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Santa Venera rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024) Lokalita' SUP SA Total PQ 31604 SANTA VENERA 47 79 126

Il-Ħamrun – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu l-Ħamrun rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025) Lokalita' SUP SA Total PQ 31603 ĦAMRUN 59 165 224

Il-Ħamrun – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti l-Ħamrun rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.  Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Tweġiba Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024) Lokalita' SUP SA Total PQ 31602 ĦAMRUN 60 171 231

Ophthalmic Outpatients – appuntamenti skedati fil-Keratoconus

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31318, dwar kemm hemm appuntamenti skedati fil-Keratoconus Clinic (Ophthalmic Outpatients), jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawn it-tip ta’ viżti isiru biss darba fil-ġimgħa bil-konsegwenza li pazjent ġdid ikollu jistenna minn tal-anqas 4 xhur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Keratoconus Clinic huwa servizz ġdid li beda jiġi offrut ġo l-isptar Mater Dei minn Ottubru tas-sena l-oħra.  Din hi marda kronika u tirrekjedi kura fuq bażi elettiva, mhux urġenti jew ta’ emerġenza. Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li nibqgħu naħdmu biex noffru s-servizz lil kullħadd fl-iqsar żmien possibbli.

Extended Foundation Year Doctors - Basic Specialist Trainee post – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31349 u jgħid kemm hemm Extended Foundation Year Doctors li qed jistennew li jingħataw il-Basic Specialist Trainee post u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm minnhom ilhom li għamlu l-interview aktar minn sitt xhur; bejn tliet u sitt xhur; bejn xahrejn u tlieta; bejn xahar u xahrejn u anqas minn xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm biss 11 li ilhom jistennew bejn xahrejn u tlieta.  Importanti li wieħed jinnota li l-Foundation Doctors jistgħu japplikaw għal aktar minn speċjalità waħda skont il-preferenza tagħhom.

Snin 2013-2024 - Basic Specialist Trainee Doctors – Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31350 u jgħid kemm tobba li huma ċittadini Maltin, ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea u oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors u kemm ġew irrifjutati, mill-2013 sal-aħħar tal-2024, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Snin 2024 u 2025 – Basic Specialist Trainee Doctors – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31351 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn ċittadini Maltin, ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, għall-Basic Specialist Trainee Doctors? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati u kemm ġew irrifjutati matul l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li xi wħud mill-ispecialisations għandhom rappreżentazzjonijiet jew petizzjonijiet quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Meta dawn jingħalqu, is-selection process kollu jista’ jiġi konkluż. Infurmat ukoll li dan minħabba li l-applikanti li applikaw għal aktar minn pożizzjoni waħda huma mitluba jimlew formola ta’ preferenza fejn jiddikjaraw il-preferenza tagħhom. Imbagħad jiġu maħtura fis-speċjalità skont il-preferenza tagħhom u r-rank tagħhom fir-riżultat.

Awtorità tal-Artijiet – Proprjetajiet meħuda “by Public Tenure”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb illi jħallas lis-sidien tal-proprjetajiet meħuda minn għandhom “by Public Tenure” bejn is-sena 1960 u s-sena 1970 u li għalihom qed jirċievu r-Recognition Rent mill-Awtorità tal-Artijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmal li l-iskop tal-Gvern huwa li jakkwista tali fondi ġaladarba dawn il-fondi intużaw għal skop pubbliku.

EU Disability Card

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ persuni li għandhom l-EU Disability Card preżentement u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sa 23/10/2025 kien hemm 19,801 persuna li għandhom l-EU Disability Card imqassmin hekk kif indikat hawn taħt: Etajiet M F X Totali 0–17 1,435 576 1 2,012 18–29 382 236 5 623 30–34 157 119 0 276 35–44 379 297 2 678 45–59 918 959 0 1,877 60–64 632 538 0 1,170 65–74 2,047 1,842 1 3,890 75+ 4,043 5,229 3 9,275 Total 9,993 9,796 12 19,801

Blue badge holders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ blue badge holders preżentement u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sa 23/10/2025 kien hemm 13,101 blue badge holder imqassmin hekk kif indikat hawn taħt: Etajiet M F X Totali 0–17 789 311 0 1,100 18–29 277 157 1 435 30–34 108 95 0 203 35–44 311 229 1 541 45–59 711 719 0 1,430 60–64 518 417 0 935 65–74 1,636 1,311 0 2,947 75+ 2,757 2,752 1 5,510 Total 7,107 5,991 3 13,101

San Pawl il-Baħar - Menqa - Parati biex jitniżżlu d-dgħajjes

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31471 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jieħu l-passi neċessarji biex il-parati ta’ ħdejn il-Menqa f’San Pawl il-Baħar, jiġu rranġati biex ikunu jistgħu jintużaw aħjar minn dawk il-persuni li jtellgħu d-dgħajjes tas-sajd tagħhom minn dawk in-naħat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Vittmi ta’ inġustizzji - Fond speċifiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 31180 u jgħid jekk hemmx xi fond speċifiku għall-vittmi ta’ inġustizzji sia politiċi u sia ta’ xort’oħra, liema vittmi jkunu wkoll fl-impossibbilità fattwali, legali jew xort’oħra li jiġbru danni mill-persuna jew persuni li jkunu ikkaġunawlhom tali danni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.