Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħ’Attard – Boutique Hotels u Airbnb liċenzjati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm boutique hotels u Airbnb liċenzjati Ħ’Attard?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-akkomodazzjoni turistika reġistrata f’ Ħ’Attard hija kif tidher hawn taħt: Hotels                                                  1 Guest Houses                                     0 Hostels                                                0 Holiday Furnished Premises               7

Il-Mosta – Boutique Hotels u Airbnb liċenzjati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm boutique hotels u Airbnb liċenzjati fil-Mosta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-akkomodazzjoni turistika reġistrata fil-Mosta hija kif tidher hawn taħt: Hotels                                                  0 Guest Houses                                     4 Hostels                                                0 Holiday Furnished Premises              33

‘I Belong Programme’ - Lista’ ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal ‘I Belong Programme’ u li ilhom fil-lista ta’ stennija skont dawn iż-żmien: ·       0 – 6 xhur; ·       7 – 12-il xahar; ·       13 – 18-il xahar; ·       19 – 24 xahar; u ·       24+ xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ċittadinanza Maltija li ġiet irtirata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irtirati ċittadinanzi Maltin matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena, b’sena u x’kienu r-raġunijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-15 t’ Ottubru 2025 in-numru ta’ persuni li ġew ipprivati miċ-ċittadinanza Maltija kienu kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Sena                                                                   Numru ta’ persuni 2020 7 2021 3 2022 0 2023 0 2024 1 2025 1

Karozzi tal-linja - Xufiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn xufiera tal-linja bħalissa u kemm minnhom huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.

Pulizija tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pulizija tat-traffiku bħalissa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-roads policing unit fiha 65 ħaddiem/uffiċjal. Ukoll, illum hemm diversi entitajiet li jassistu f’dak li tradizzjonalment kien ix-xogħol tal-pulizija fit-toroq, fosthom Transport Malta u l-LESA.

Impjanti tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn impjanti tad-drenaġġ f’Malta u Għawdex? Tista’ tgħid ukoll liema huma dawn l-impjanti u liema huma l-impjanti li mhux qed jiffunzjonaw kif suppost?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’Malta u Għawdex hawn tliet impjanti  għat-trattament tad-drenaġġ – ta’ Ras il-Ħobż f’Għawdex, Taċ-Ċumnija fil-Mellieħa u Ta’ Barkat fil-limiti tax-Xgħajra u dawn kollha jaqdu l-funzjoni tagħhom kif suppost.
Leg 14 PQ #31600 Sitting 393 - 27/10/2025 18:00 2025-10-27 Oral · Final From: STANLEY ZAMMIT (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar

Każijiet ta’ frodi - Claims

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31319 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30697, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi referenza ta’ kull każ fejn l-Awtorità tal-Ippjanar, partijiet interessati jew il-Qrati indikaw li permess seta’ inġieb permezz ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa u f’kull każ jekk kinitx l-Awtorità, persuna terza jew il-Qrati li qajmu l-każ, kemm għaddew ġranet mid-data tad-deċiżjoni tal-permess sad-data ta’ meta tqajjem il-każ mill-2013 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ talbiet li saru minn terzi għal modifika jew revoka ta’ permessi ta’ żvilupp (PA) jew ta’ regolarizzazzjoni (RG) skont l-Artiklu 80 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (KAP. 552) mill-1 ta’ Frar 2019 (li hija d-data ta’ meta nħolqot formola biex wieħed ikun jista’ tissottometti tali talba). Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux kull talba minn dawn neċessarjament tindika li permess seta’ inġieb permezz ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa, iżda li t-talba setgħet saret dwar kwalunkwe raġuni oħra kontemplata fl-Artiklu 80 jew raġunijiet mhux provduti fl-istess artiklu tal-liġi. Ninforma ukoll li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar, ma tinżammx informazzjoni dwar talbiet li setgħu daħlu qabel din id-data, jew dawk il-proċeduri li nbdew minn-naħa tal-Awtorità jew il-Qorti, f’mod li din l-informazzjoni tista’ tiġi estratta awtomatikament u biex jinġabar it-tagħrif kollu kif miltub manwalment jinqabeż l- Advisory Cost Limit , kif stabbilit f'rulings preċedenti.

Esportaturi Maltin tal-patata - Skema biex jingħataw titolu validu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentarI 31181, u jgħid jekk fil-qasam tal-esportaturi Maltin tal-patata li ilhom joperaw minn ‘sheds’ f’Ta’ Qali għal għexieren ta’ snin, l-Awtorità tal-Artijiet hijiex fi proċess li toħroġ skema jew xort’oħra sabiex dawn jingħataw titolu validu fil-liġi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi għalkemm ma hemm l-ebda skema partikolari għal esportaturi tal-patata,  l-Awotrità tal-Artijiet qiegħda tevalwa tliet applikazzjonijiet sottomessi minn esportaturi tal-patata sabiex jiksbu titolu fuq imħazen sabiex jissalvagwardjaw il-futur ta’ l-attivita` tagħhom.

Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran – Ħaddiema assenjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema assenjati maċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran, f’Raħal Ġdid, f’liema rwoli (eż. tobba, securities, infermiera, speċjalisti, eċċ.), u jgħid kemm minnhom ikunu hemm f’ħinijiet tal-ġurnata u kemm minnhom b’shifts differenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ ħaddiema assenjati ma’ Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tobba u l-infermiera li jagħtu sehem f’dan iċ-Ċentru, huma assenjati ma’ Primary Care, jew ta’ Mater Dei jew ma’ tas-Saħħa Mentali (visiting).

Għawdex - Batterija tal-Qbajjar - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31363, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi xogħlijiet fuq is-sit tal-Batterija tal-Qbajjar fiż-Żebbuġ, Għawdex, mill-bidu tas-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dan hu sit proprjetà tal-poplu Malti u Għawdxi. Nifhem li hemm pressjonijiet sabiex dan jgħaddi għand terzi iżda nitlob lill-Onor Interpellanta tifhem ukoll li l-Awtorità tal-Artijiet għandha obbligu li f'kull stadju tqis l-interess pubbliku. Dan billi twieġeb id-domanda: x'inhu fl-aħjar interess pubbliku li dan jibqa' fil-pussess tal-Awtorità tal-Artijiet u kwalunkwe proċess sussegwenti jsir mill-Gvern stess jew inkella li dan is-sit jgħaddi f'idejn terzi partikolarment meta wieħed iqis il-potenzjal kbir li dan is-sit għandu? Nitlob l-Onor Interpellant tifhem li jien għandi dover li nieħu dak li nemmen li huma l-aħjar deċiżjonijiet fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Fl-istess waqt wieħed jifhem ukoll il-ħtieġa li dan is-sit jiġi restawrat. Biss tali restawr ikun nofs sajran jekk miegħu ma jkunx hemm ċar l-użu eventwali tal-istess sit. Dwar dan il-punt l-Awtorità tal-Artijiet qed tagħmel l-analiżi tagħha u se tkun qed tħabbar dak li se jsir fiż-żmien li ġej.

Santa Luċija - Triq Bice Mizzi Vassallo - Parking Bays

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30209 u 30210, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31327 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30209, jista’ l-Ministru jara li d-direzzjoni li jitneħħew it-tliet parking bays fi Triq Bice Mizzi Vassallo, f’Santa Luċija u jinġieb kollox kif kien qabel, tiġi effettwata billi sa issa tneħħiet waħda biss u dan b’diffikultajiet varji għar-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li l-Parking Bays fi Triq Bice Mizzi Vassallo li qed issir riferenza għalihom, ġew imneħħija fis-6 ta’ Ottubru 2025.