Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – Dog Section – Klieb li ser jirtiraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiġu rtirati klieb mid-Dog Section tal-Korp tal-Pulizija fl-2025/2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija għandha tletin kelb operattiv, u tnejn li ġew irtirati però għadhom jieħdu ħsiebhom membri fl-istess Taqsima. Ninsab infurmat li huwa diffiċli li wieħed ibassar meta xi klieb mit-taqsima ser jiġu rtirati f’dan l-istadju, minħabba li dan jiddependi minn diversi fatturi li jinkludu kwistjonijiet ta’ saħħa, marbuta ma’ l-attività tagħhom u l-prestazzjoni waqt xogħolhom.

Ħ’Attard – Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet f'Ħ'Attard fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jindika kemm kienu mill-pulizija, kemm mil-LESA, u kemm minn Transport Malta (TM), u jgħid x’kienet il-kontravenzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din is-sena inħarġu 544 ċitazzjoni f’Ħ’Attard min-naħa ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta.

Il-Mosta – Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fil-Mosta fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jindika kemm kienu mill-pulizija, kemm mil-LESA, u kemm minn Transport Malta (TM), u jgħid x’kienet il-kontravenzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din is-sena inħarġu 222 ċitazzjoni fil-Mosta min-naħa ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta.

Akkomodazzjoni soċjali - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-applikant għall-akkomodazzjoni soċjali jkollu jerġa’ jitfa’ applikazzjoni mill-ġdid kull darba li jibdel l-indirizz ta’ fejn ikun qiegħed jogħqod?  Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din il-policy tinbidel u ssir iktar user friendly?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-raġuni prinċipali għaliex applikant għall-akkomodazzjoni soċjali jkollu jerġa’ jitfa’ applikazzjoni kull darba li jibdel l-indirizz hija li l-Awtorità trid tkun infurmata b’kull tibdil, mhux biss fl-indirizz, iżda wkoll fis-sitwazzjoni soċjali tal-applikant. Il-bidla fl-indirizz tista’ tfisser ukoll bidla fil-kundizzjonijiet jew fil-kriterji tal-applikazzjoni, u għalhekk ikun meħtieġ li l-każ jiġi rivedut mill-ġdid sabiex jiġi vverifikat jekk l-applikant għadux jissodisfa l-kriterji meħtieġa. Barra minn hekk, l-Awtorità teħtieġ indirizz postali validu biex tkun tista’ tikkomunika mal-applikant. Fejn ma jkunx hemm indirizz postali, isiru arranġamenti alternattivi sabiex tiġi żgurata l-komunikazzjoni kontinwa bejn l-Awtorità u l-applikant. Fir-rigward tal-ħidma biex il-proċessi jsiru aktar sempliċi u faċli “user-friendly”, l-Awtorità diġà bdiet taħdem fuq qafas diġitali, magħruf bħala Digital Document Management System (DMS). Permezz ta’ dan, kull applikazzjoni u dokument li jitwasslu fi ħdan l-Awtorità jiġu diġitalizzati. Dan ifisser li ma jkunx hemm bżonn li jintalbu dokumenti li diġà jkunu ġew ippreżentati u li jistgħu jintużaw għal applikazzjonijiet ġodda. Kif diġà ġie msemmi, l-applikazzjoni hija marbuta mas-sitwazzjoni ħolistika tal-applikant.

Pensjonijiet - Rapport dwar is-sostenibbiltà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta r-rapport dwar is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet? Jekk diġà lest, jista’ l-Ministru jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, ir-rapport li jmiss irid jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra sal-aħħar tal-2025.  Dan se jkun qed isir skont il-liġi.

Ċittadinanza Maltija - Applikazzjonijiet li ġew rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għaċ-ċittadinanza Maltija naturalizzata li l-applikazzjoni tagħhom ġiet rifjutata matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu ilhom hawn Malta u mil-liema pajjiżi kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 2752 persuna (756 kienu dipendenti), li l-applikazzjoni tagħhom għan-naturalizzazzjoni bħala ċittadini Maltin ġiet miċħuda.

‘I Belong Programme’ – Long-Term Residence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti li applikaw għal ‘Long-Term Residence’ wara li temmew b’suċċess il-programm ‘I Belong’?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-programm ‘I Belong’ huwa wieħed mir-rekwiżiti bażiċi biex applikant japplika għal permess Long-Term Residence flok residence permit ta' sena. F’każ li applikazzjoni tiġi sottomessa u l-applikant ma jippreżentax prova ċara li jkun attenda dan il-kors u li kiseb mill-inqas 75 fil-mija tal-marki fl-eżami, tali applikazzjoni ma tiġix aċċettata. Infurmat li din is-sena huma 309.

‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ minn meta beda l-programm sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u minn liema pajjiż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ għal din is-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru W455.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W454

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 15419 .

Formolarju tal-Gvern – Mediċini Agamree u Duvyzat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-mediċini innovattivi Agamree u Duvyzat ser jiddaħħlu fil-formolarju tal-gvern, għal dawk il-persuni li għandhom il-kundizzjoni Duchenne muscular dystrophy (DMD) u li sal-lum ma kellhomx mediċini alternattivi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa jinstab fi stadju avvanzat ix-xogħol biex il-kundizzjoni Duchenne Muscular Dystrophy (DMD) titniżżel għall-ewwel darba fl-iskema tas-Schedule V.  Meta jkun il-waqt, tingħata l-informazzjoni fuq meta dawn iż-żewġ mediċini jistgħu ikunu fil-formularju tal-gvern.

Il-Gudja – Ġnien Raymond Caruana - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq Ġnien Raymond Caruana l-Gudja, tlestiex, u jekk le x’baqa’ jsir fih?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tax - Xogħlijiet Pubbliċi lesta x-xogħlijiet fi Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja.  Fadal biss il-manutenzjoni tas-saqaf tal-injam tal-kiosk li mistenni jsir f’Novembru li ġej.

Baġit 2025 - Għajnuna fuq spejjeż ta’ terapiji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda taħdem l-iskema li ssemmiet fil-Baġit għas-sena 2025 fejn ġenituri li ma jħallsux taxxa jew għax ma jaħdmux, jew għax ikunu fuq benefiċċji soċjali, xorta waħda jingħataw għajnuna fuq spejjeż ta’ terapiji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.