Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ħadu trattament barra minn Malta permezz tal-iskema Treatment Abroad fis-snin 2024 u 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2024 kien hemm 537 pazjent u fl-2025 kien hemm 440 pazjent li ħadu trattament barra minn Malta permezz tal-iskema Treatment Abroad,
L-Isptar Mater Dei - Servizz tad-dentistrija - Lista’ ta’ stennija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24299 fejn ġie mwieġeb: "Ninsab infurmat li hemm 364 adult fuq il-lista ta’ stennija għal surgery fis-servizz tad-dentistrija fl-Isptar Mater Dei.
Nassigura lill-Onor. Interpellanta li jsir kull sforz sabiex f’każijiet urġenti ma jkun hemm ebda dewmien biex is-surgery issir. Biex il-perjodu tal-istennija dejjem ikompli jonqos, inbdew sessjonijiet extra filgħaxijiet u qed jiġu kkunsidrati sessjonijiet fil-Ħdud u fil-privat.", jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija bħalissa u jekk bdewx sessjonijiet extra filgħaxijiet u fil-Ħdud, u jekk iva, kemm saru? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li ġew referuti għal dentisti privati fuq spejjeż koperti mill-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhemmx pazjenti għall-kirurġija fid-dentistrija li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Infurmat ukoll li fil-preżent m’hemmx sessions wara nofsinhar u nhar ta’ Ħadd u lanqas outsourcing.
Inserraħ ras lill-Onor. Interpellanta li kull każ ta’ emerġenza jiġi trattat bi prijorità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26219, issa li għaddew erba’ xhur minn din it-tweġiba, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitressqu l-emendi li jirregolaw il-proċess ta’ passi dixxiplinarji li l-Kunsill Mediku u bordijiet oħra jsegwu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija regolamenti diġa ġew ippublikati (A.L. 140 tal-2025) li kopja tagħhom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24258, issa li ser tibda sena skolastika ġdida, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-lista ta’ stennija ta’ tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-educational psychologist? X’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26505, issa li ser tibda sena skolastika ġdida, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-lista ta’ stennija ta’ tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-Istatementing Board? X’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika?
Jista’ l-Ministru jgħid x’policy għandu l-Ministeru fir-rigward ta’ tfal li huma kkunsidrati bħala ‘gifted’? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Ministeru għandux definizzjoni u kriterji biex jikklassifika tfal bħala ‘gifted children’, u kif titkejjel l-intelliġenza ta’ dawn it-tfal?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara li saret diskussjoni dwar il-gifted students fil-fażi tal-Konsultazzjoni Pubblika tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni, ġie konkluż li hemm il-ħtieġa ta’ iżjed riċerka u diskussjonijiet fuq din it-tema. B’hekk, matul is-sena li ġejja mistenni li jiġu organizzati iżjed diskussjonijiet dwar il-politika il-ġdida tal-inklużjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u meta, l-Awtorità tad-Djar ser iddaħħal pjattaforma diġitali fejn permezz tagħha l-applikanti għas-servizzi tal-Awtorità jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet online u b’hekk ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-progress tal-applikazzjonijiet tagħhom stess?
Response (GALDES, RODERICK)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-viżjoni strateġika tal-Awtorità tad-Djar hija li l-klijent ikun fiċ-ċentru tas-servizzi tagħha (client-centric approach). Għaldaqstant, il-pjan tan-negozju Business Plan huwa mfassal biex tintroduċi pjattaforma diġitali li ser isservi bħala għodda biex ittejjeb kemm l-operat intern kif ukoll il-viżibilità għall-klijent. Bħalissa, l-Awtorità tinsab fi stadju avvanzat fejn inħareġ il-PMC (Public Market Consultation), li mistenni jingħalaq fil-jiem li ġejjin. Paralleli ma’ dan, diġà bdiet il-ħidma sabiex l-applikazzjonijiet u d-dokumenti, kemm eżistenti kif ukoll futuri, jgħaddu mill-proċess ta’ diġitalizzazzjoni. Wieħed għandu jagħmel ukoll referenza għall-fatt li l-Awtorità tad-Djar diġà għandha pjattaforma diġitalizzata taħt qafas regolatorju, dik li hija l-pjattaforma tal-kirjiet residenzjali privati li jaqgħu taħt Kapitolu 604.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ottubru 2025?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari
29482.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ottubru 2025?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 24477.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Dir
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 29480.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet l-Awtorità tad-Djar għall-iskema għall-persuni b’diżabilità matul is-sena 2024, sabiex tagħmel ir-residenza aċċessibbli? Kemm minn dawn ġew approvati u kemm ġew rifjutati jew għadhom pendenti? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew approvati fondi għal din l-iskema matul l-istess sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2024, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 848 applikazzjoni taħt l-iskema għall-persuni b’diżabilità. Minnhom, Infurmat li minnhom 610 kienu finalizzati, waqt li 158 applikant ieħor jinsab fil-proċess biex jitlestew ix-xogħlijiet approvati. 56 applikazzjoni kienet invalida, filwaqt li fadal 24 applikazzjoni pendenti.
Ninformah ukoll li matul is-sena 2024, taħt din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar ħallset l-ammont ta’ €3,986,653, waqt li approvat l-ammont ta’ €6,527,570
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad preżentement u kemm hemm persuni b’diżabilità li preżentement għandhom impjieg? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew l-opportunità ta’ xogħol dawk li għadhom ma sabux xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li skont l-aħħar ċifri ppubblikati, f’Mejju 2025, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu fl-impjieg kien ta’ 5,668. Minnhom, 4,215 persuna kienu jaħdmu full-time filwaqt li 453 persuna kienu jaħdmu part-time. Dan b’differenza li f’Diċembru 2012, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu fl-impjieg kien ta’ 1,699. Minnhom, 1,382 persuna kienu jaħdmu full-time filwaqt li 317 persuna kienu jaħdmu part-time. Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni b'diżabilità li kienu qed jirreġistraw għal xogħol full-time ma’ Jobsplus fl-aħħar ta’ Settembru 2025 kien ta` 194 persuna. Infurmat ukoll li fil-maġġoranza tal-persuni ż-żmien huwa ta’ anqas minn tnax -il xahar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il dar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità nfetħu matul din il-leġiżlatura? Tista’ tgħid ukoll:
i. Fejn u meta nfetħu?
ii. Min imexxi dawn id-djar?
iii. Kemm-il persuna hi residenti f’kull waħda minn dawn id-djar?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 31654.
Djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità – Pjan li jiżdiedu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux mistenni li jkun hemm żieda fin-numru ta’ djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità? Jekk iva, kemm ser jiżdiedu u fejn hu mistenni li dawn jiżdiedu?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Aġenzija Sapport m'għandhiex il-ħsieb tiftaħ aktar djar ta’ dan it-tip, hekk kif bħalissa qed timplimenta l-istrateġija tad-de-institutionalization hekk kif inhu mistenni minn Artiklu 19 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Din l-istrateġija tħares lejn il-bżonn li kull persuna tingħata l-appoġġ meħtieġ sabiex tkun tista’ tagħżel b’mod awtonomu fejn tgħix u ma’ min tgħix u għalhekk l-Aġenzija qabdet timplimenta din l-istrateġija biex b’hekk diġà għanda 3 persuni b’diżabilità li għaddejin minn din it-tranżizzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm u liema huma d-djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità f’Malta u Għawdex? Tista’ tgħid ukoll:
i. Min imexxi dawn id-djar?
ii. Kemm hu n-numru ta’ persuni b’diżabilità li jagħmlu użu minn kull waħda minn dawn id-djar fil-komunità?
iii. Kif inhuma mqassma l-etàjiet ta’ dawn il-persuni (age brackets) u kemm hemm persuni f’kull age bracket?
iv. Kemm huma dawk il-persuni b’diżabilità li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija tal-Aġenzija Sapport biex jidħlu f’waħda minn dawn id-djar fil-komunità?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Aġenzija Sapport tmexxi 11-il setup komunitarju (varjetà ta’ djar u blokok ta’ appartamenti) madwar Malta u Għawdex (2 sa 7 residenti għal kull unit) fi ħdan is-servizz residenzjali. B’kollox hemm 49 resident f’dawn ir-residenzi. Dawn jinsabu fir-Rabat (Għawdex), Mtarfa, Pembroke, Kirkop, Marsa, Siġġiewi, Żurrieq, Żabbar, Fgura, Birżebbuġa u Bormla.
Taħt is-servizz ta’ tranżizzjoni, l-Aġenzija Sapport tmexxi wkoll 3 appartamenti dedikati għall-placements ta’ tranżizzjoni fil-Qrendi u appartament ieħor għall-għajxien indipendenti f’San Ġwann. Bħalissa hemm 2 residenti jirrisjedu f’dawn l-appartamenti.
Permezz ta’ kuntratt bejn l-Aġenzija Sapport u entità privata, hemm 45 persuna li jirrisjedu ġo 3 group homes fil-Mosta, Birgu u Raħal Ġdid.
Permezz ta’ PSPs bejn il-Ministeru tal-Inklużjoni u l-Volontarjat u diversi NGOs, hemm group homes f’Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Fgura u Għajnsielem (15 sa 30 resident f’kull group home) u 10 djar fil-komunità fis-Siġġiewi, Żurrieq, Qawra, Birkirkara, Żejtun, Kalkara u Għajnsielem (3 sa 10 residenti f’kull dar). B’kollox hemm 165 resident f’dawn is-setups.
L-etajiet tal-klijenti jvarjaw minn 7 snin għal 87 sena kif indikat hawn taħt:
Etajiet
Numru
7 sa 20 sena
24
20-40 sena
71
40-60 sena
113
60-87 sena
53
Totali
261
Bħalissa hemm 56 persuna fuq il-lista ta’ stennija għall-placement residenzjali: 26 adulti (ġenerali), 5 minuri (ġenerali) u 25 adulti (ALS).
Baġit 2025 - Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum - Anzjani b’diżabilità
Question
B’referenza għal dak li hemm imsemmi fid-dokument tal-Baġit 2025 dwar Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum biex jilqa’ anzjani b’diżabilità, tista’ l-Ministru tgħid ta’ liema età l-anzjani jistgħu jattendu dan iċ-Ċentru? Tista’ tgħid ukoll fejn infetaħ dan iċ-Ċentru?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-għan wara dan iċ-Ċentru huwa li joffri sapport addattat għall-bżonnijiet varji ta’ anzjani b’diżabilità ta’aktar minn 61 sena li diġà jattendu ċ-Ċentri. Dan iċ-Ċentru ser jinfetaħ fil-lokalità tal-Gżira.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27929, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-eżitu ta’ dak li ġie deċiż mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien biex is-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fil-lokalità, jiġu nnumerati u l-istess żebbuġ jinġabar u ma jintilifx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li din il-materja se tiġi diskussa fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ Novembru li hija skedata għal nhar l-Erbgħa 19 ta’ Novembru 2025.