Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret eco contribution fis-sena 2024 u minn Jannar sa Settembru 2025? Jista’ jiddentifika kemm mill-eco contribution inġabret minn collective accommodation u kemm inġabret minn non-collective accommodation?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 30917 u jgħid kemm kien hemm persuni barranin, kemm minn pajjiżi terzi kif ukoll mill-Unjoni Ewropea, li ħallsu l-bolla f’Malta mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont miġbur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Sena
Numru ta’ persuni
Ammont ta’ Kontribuzzjoni mill-Persuna Impjegata
Ammont ta’ Kontribuzzjoni mill-Prinċipal
2014
23,515
21,949,954
22,110,880
2015
30,774
29,121,983
29,301,221
2016
39,691
39,349,149
39,527,274
2017
50,469
51,316,811
51,505,152
2018
64,083
68,805,212
69,121,427
2019
75,722
83,101,592
83,233,271
2020
76,132
91,383,624
91,606,378
2021
83,042
102,324,445
102,391,143
2022
104,217
122,240,894
122,205,367
2023
123,258
152,950,379
152,861,389
2024
129,238
177,560,651
177,378,252
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal taħt care order preżentement?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Kura Alternativa fi ħdan l-FSWS isegwi 264 każ ta' care orders li ġew deċiżi, dawn inħarġu mill-awtorità kompetenti u 70 każ ta' care order li għadhom pendente lite u allura l-każ għadu fil-Qorti.
Sena skolastika 2025-2026 – Studenti neqsin mis-smigħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Learning Support Educators (LSEs) li jafu l-lingwa tas-sinjali? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal li huma nieqsa mis-smigħ matul din is-sena skolastika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm embrijuni ffriżati (frozen embryos) preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm intużaw embrijuni mill-bidu tas-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nisab infurmat li bħalissa hawn 1,330 embrijuni krijopreservati, li 31 minnhom huma taħt il-kustodja tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni (EPA).
Infurmat ukoll li minn Jannar ta’ din is-sena, ġew użati 542 embrijun, li minnhom 4 embrijun ffriżati kienu minn MDH ART Clinic li reġgħet fetħet fis-26 ta’ Ġunju 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Lvant fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Lvant.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-survey ikkummissjonat lill-Professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, flimkien mal-mistoqsijiet li ġew magħmula u r-riżultati relatati mal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll iressaq l-assessjar tat-traffiku li sar mill-Gvern sabiex titkejjel iż-żieda ta’ vetturi mistennija bħala riżultat ta’ persuni li jsuqu lejn Wied il-Għajn biex jużaw il-ferry?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji fuq l-impatt ambjentali tal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll:
i. jipprovdi l-istudji fuq l-impatt ekonomiku, inkluż l-ispiża totali tal-proġett, kif ukoll ir-Return on Investment (ROI), u l-ispejjeż indiretti fuq il-komunità;
ii. iressaq l-istudji li saru u li minnhom irriżulta li Wied il-Għajn kienet l-aħjar lokalità għall-proġett tal-ferry; u
iii. iressaq ukoll l-istudji li saru fuq lokalitajiet alternattivi?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm se tkun il-bidla fil-paga għall-irwol tiegħu, minn din is-sena għas-sena d-dieħla? Jista’ jgħid ukoll il-bidla tal-paga tal-Ministri, tas-Segretarji Parlamentari, tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Membri Parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellanta illi s-salarju marbut ma’ karigi kostituzzjonali jinħadem fuq l-iskali taċ-ċivil. Infakkar illi fid-29 ta’ Novembru 2024, il-Gvern Malti flimkien ma’ għaxar trade unions iffirmaw Ftehim Kollettiv storiku għas-Servizz Pubbliku, li jkopri l-perjodu 2025–2030. Dan il-ftehim, jindirizza direttament il-kundizzjonijiet ta’ madwar 33,000 impjegat fis-Servizz Pubbliku u li bis-saħħa tiegħu, tjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, inkluż is-salarji fl-iskali kollha tas-Servizz. Tajjeb li nżid li dawn iż-żidiet jinkludu wkoll il-COLA u jirriflettu titjib fil-konċertina tal-iskali, li kienet maqbula fil-ftehim kollettiv ta’ Diċembru 1998.
L-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella t’hawn taħt:
Kariga
Żieda fis-sena
Prim Ministru
€960
Ministru
€845
Segretarju Parlamentari
€806
Kap tal-Oppożizzjoni
€768
Membru Parlamentari
€384
Skejjel tal-Gvern - Tfal li għandhom ‘Statement of Needs’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel tal-Gvern, kemm fil-livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju, li għandhom ‘Statement of Needs’ għal full-time, shared fl-istess klassi jew shared li għadhom mingħajr LSE? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal għadhom id-dar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ir-Rabat, Għawdex – Akwedotti – Xogħol ta’ konsolidazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ konsolidazzjoni strutturali u l-konservazzjoni tal-akwedotti li qegħdin fit-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal għal Ta’ Pinu, bediex?
Ir-Rabat, Għawdex – Ċittadella – Xogħol ta’ manutenzjoni u restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ manutenzjoni u restawr tal-ħitan ta’ barra li jdawru ċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella tlestiex? Jista’ jgħid ukoll min ser iħallas għal dan ir-restawr?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ rinnovar ta’ Villa Guardamangia? Jista’ jgħid ukoll kemm baqgħalha biex titlesta u kemm din ser tiswa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-ritmu tax-xogħol ta’ restawr f’Villa Guardamangia issa qabad ritmu ġmielu. Kif imħabbar f’konferenza stampa ftit tal-ġranet ilu, il-proġett ta’ restawr se jiswa mat-€12-il miljun (parzjalment finanzjat minn fondi Ewropej) u se jieħu madwar tliet snin sabiex jitlesta.