Ekosistema usa tal-proprjetà u tal-kostruzzjoni - Dħul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul iġġenerat b’mod indirett permezz tal-ekosistema usa tal-proprjetà u tal-kostruzzjoni, inklużi dazji fuq l-importazzjoni, taxxi doganali jew sisa fuq materjali tal-bini, prodotti tal-finishing, makkinarju tqil, u vetturi użati fis-settur għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Peress li bosta residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq? Jista’ jgħid ukoll x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Peress li bosta residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq? Jista’ jgħid ukoll x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fit-triq imsemmija għalissa ġie pospost minħabba raġunijiet ta’ traffic management.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31643 u jgħid x’kienet ir-rata ta’ in-work poverty f’pajjiżna matul is-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ir-rata ta’ riskju ta’ faqar fost il-persuni li jaħdmu għall-2023 hi ta’ 7.6%.
L-indikatur huwa bbażat fuq l-EU-SILC u jkejjel il-proporzjon ta’ persuni li huma impjegati u bi dħul disponibbli ekwivalizzat li jkun taħt il-limitu tar-riskju ta’ faqar (ARPT), li qiegħed 60 fil-mija tad-dħul disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali wara t-trasferimenti soċjal.
Għall-iskop ta’ dan l-indikatur, individwu jitqies bħala impjegat jekk kien impjegat għal aktar minn nofs is-sena ta’ referenza.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31640 u jgħid x’kienet ir-rata ta’ in-work poverty f’pajjiżna matul is-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ir-rata ta’ riskju ta’ faqar fost il-persuni li jaħdmu għall-2024 hi ta’ 7.8%.
L-indikatur huwa bbażat fuq l-EU-SILC u jkejjel il-proporzjon ta’ persuni li huma impjegati u bi dħul disponibbli ekwivalizzat li jkun taħt il-limitu tar-riskju ta’ faqar (ARPT), li qiegħed 60 fil-mija tad-dħul disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali wara t-trasferimenti soċjal.
Għall-iskop ta’ dan l-indikatur, individwu jitqies bħala impjegat jekk kien impjegat għal aktar minn nofs is-sena ta’ referenza.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tal-konsulenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Ministeru tiegħu relatati mat-turiżmu matul l-2025 u r-rata li biha jitħallsu u kemm tħallsu dawn il-konsulenti matul l-2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
MTA - Kuntratti għal għajnuna għal marketing/sponsorship
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm kuntratti viġenti bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u terzi għal għajnuna ta’ marketing jew sponsorship marbut mat-turiżmu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tan-nefqa tal-marketing tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u tal-benefiċjarji ta’ din in-nefqa, matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
MTA - Proprjetajiet joperaw mingħajr liċenzja għal short rentals
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm-il proprjetà nstabet illi kienet qed topera illegalment mingħajr liċenzja tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short rentals matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-ispezzjonijiet li saru mis-Sezzjoni tal-Infurzar tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA), kemm f’Malta u kemm f’Għawdex mill-bidu tas-sena 2025 sal-lum, instabu total ta’ 177 post residenzjali li kienu qed jintużaw għal skop ta’ kiri ‘short rentals’ mingħajr il-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-MTA kif rikjest mill-liġi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm proprjetajiet liċenzjati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short rentals għas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Ottubru 2025, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA), ħarġet 1,519 il-liċenzja ġdida ta’ Holiday Furnished Premises.
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif wasal għad-dikjarazzjoni li saret minnu li r-ristoranti jħallsu bħala corporate tax medja ta’ €4,500 fis-sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-referenza għal dik il-figura hija li, fuq perjodu ta’ 12-il xahar, il-medja ta’ taxxa fuq il-profitt li jħallas ristorant f’pajjiżna tammonta għal €4,500 fis-sena.
Din iċ-ċifra hija bbażata fuq id-dejta miġbura mir-returns tat-taxxa ppreżentati u ddikjarati minn operaturi fis-settur tar-ristoranti madwar il-pajjiż.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet ir-riforma tal-Assistenti Personali u meta hu ppjanat li din ir-riforma tiġi konkluża?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li wara li ġew analizzati l-kummenti u l-fehmiet kollha li waslu waqt il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-assistenza personali, ġew abbozzati żewġ liġijiet relatati ma’ dan is-suġġett. Il-bażi ta’ dawn id-dokumenti speċifiċi ser tiġi ppubblikata fil-ġimgħat li ġejjin għall-konsultazzjoni pubblika finali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istatut tal-Fondazzjoni Lino Spiteri jitlobx li jkun hemm persuni b’diżabilità fost il-membri li jiffurmaw il-Bord ta’ din l-istess Fondazzjoni? Jekk iva, jista’ l-Ministru jikkwota x’jitlob l-istess statut? Jekk le, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jkun hemm emenda fl-istatut sabiex persuni b’diżabilità jiffurmaw parti mill-bord tal-Fondazzjoni Lino Spiteri?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22024.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31375 u 31538 u jgħid kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin?
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ pensjonanti li ser jirċievu ż-żieda ta’ €10 imħabbra fil-Baġit għall-2026, kif ukoll in-numru ta’ pensjonanti li se jitilfu benefiċċji addizzjonali minħabba li b’din iż-żieda ma jibqgħux intitolati għalihom? Jista’ wkoll jelenka liema huma dawn il-benefiċċji u kemm jammontaw, u kemm huwa kull benefiċċju?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkjarifika jekk iż-żieda ta’ €10 lill-pensjonanti tinkludix iż-żieda tal-COLA ta’ €4.66, jew jekk hijiex separata minnha? Jista’ wkoll jispjega liema perċentwal miż-żieda ta’ €10 se jibqa’ f’idejn il-pensjonant jekk dan jgħix f’dar tal-anzjani u parti mill-pensjoni tiegħu titnaqqas?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31651 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u tgħid kif qiegħda taħdem l-iskema li ssemmiet fil-Baġit għas-sena 2025 fejn ġenituri li ma jħallsux taxxa jew għax ma jaħdmux, jew għax ikunu fuq benefiċċji soċjali, xorta waħda jingħataw għajnuna fuq spejjeż ta’ terapiji?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-2025, l-Iskema ta’ Rifużjoni ta’ Spejjeż għal Terapija ħadet post l-Iskema ta’ Kreditu fuq it-Taxxa marbuta ma’ terapiji.
Għaldaqstant, minn din is-sena, l-iskema hija miftuħa għall-ġenituri kollha ta’ tfal b’diżabilità, li huma rreġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, u huma intitolati għal dan il-benefiċċju sal-aħħar jum tas-16-il sena ta’ wliedhom. Il-ġenituri jistgħu jirkupraw direttament l-ispejjeż relatati ma’ sessjonijiet ta’ terapija, anke jekk ma jħallsux taxxa fuq id-dħul.
It-terapiji għandhom ikunu pprovduti minn terapisti li għandhom warrant jew liċenzja, kif elenkat fl-iskeda informattiva li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tista’ titniżżel mis-sit elettroniku tal-Kummissjoni.
Tajjeb li nfakkru li meta l-Gvern daħħal din l-iskema fl-2023, kien hemm 231 applikazzjoni li bejniethom irċevew €45,131 f’rifużjoni mit-taxxa tad-dħul, b’limitu ta’ €200 għal kull applikazzjoni.
Fl-2024, il-Gvern għolla l-limitu għal €500, u kien hemm 395 applikant li bejniethom gawdew minn €180,657 f’rifużjoni.
Għas-sena 2025, l-iskema ġiet estiża għall-ġenituri kollha, irrispettivament minn jekk jaħdmux jew iħallsux taxxa fuq id-dħul. Barra minn hekk, il-limitu ġie miżjud għal €750. Sa tmiem it-tielet kwart ta’ din is-sena, kien hemm 335 applikant li bejniethom irċevew €141,639 f’ċekkijiet. Huwa stmat li sal-aħħar tas-sena, il-Kummissjoni tkun ħarġet madwar kwart ta’ miljun ewro f’ċekkijiet.
Għas-sena 2026, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ħabbret li l-iskema se tiġi estiża sabiex tkopri persuni b’diżabilità sa 23 sena. Kif għamilna tul dawn l-aħħar snin, il-limitu tal-għajnuna se jiżdied minn €750 għal €1,000.
Dan ifisser li matul perjodu ta’ erba’ snin, il-livell ta’ għajnuna mogħti lil familji Maltin u Għawdxin żdied b’400%.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Ċentru fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Punent fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Punent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Għawdex fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Għawdex.