Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tal-proġetti li saru mill-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi (TZRA), matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ persuni b’diżabilità li qegħdin imniżżla li jistgħu jaħdmu skont l-informazzjoni li għandha JobsPlus? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni qegħdin jaħdmu preżentement?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għal Mistoqsija Parlamentari numru 31656.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tibbenefika minn xi benefiċċju għall-persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna qiegħda tibbenefika minn kull benefiċċju?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjonni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Benefiċċjari - Settembru 2025
Benefiċċju
Total
Assistenza għal Diżabilità
569
Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa
924
Assistenza għal Diżabilità Severa
3,892
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il applikazzjoni għas-servizz ta’ Assistent Personali saret matul is-sena 2023, matul is-sena 2024 u matul is-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li applikazzjonijiet għall-Assistenza Personali kienu hekk kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta’ Applikazzjonijiet
2023
75
2024
115
01/01/2025 – 30/10/2025
154: 71 minuri taħt Family Assistance Support Scheme (FAS)* u 83 adulti taħt Personal Budget Assistance Scheme Board (PBAS)
*Din is-sena l-istruttura tat-tim tal-Assistenza Personali nbidlet biex tkun konsistenti mar-riforma tal-Assistenza Personali, fejn is-servizz li qed japplikaw għalih il-71 minuri m’għadux jiġi kategorizzat bħala Assistenza Personali.
Assistenti Personali - Stennija biex tingħata s-servizz
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna kienet qiegħda tistenna (total ta’ kull fażi ta’ assessjar) li tkun infurmata jekk hix intitolata għas-servizz ta’ assistent personali fl-aħħar tas-sena 2023, fl-aħħar tas-sena 2024 u preżentement?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat- tweġibiet numru
PQ13799, PQ20256, PQ22114, PQ23167 u PQ31659.
Assistenti Personali - Persuni li bbenefikaw jew li qegħdin jibbenefikaw
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna bbenefikat mis-servizz ta’ Assistent Personali fis-sena 2023 u kemm kienet l-ispiża totali għal din l-istess sena? Kemm-il persuna bbenefikat mis-servizz ta’ assistent personali fis-sena 2024 u kemm kienet l-ispiża totali għal din l-istess sena? Tista’ tgħid ukoll kemm-il persuna qiegħda tibbenefika mis-servizz ta’ assistent personali preżentement u kemm hi l-ispiża preżentement?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ benefiċċjarji tal-Assistenza Personali, kif ukoll l-ispejjeż relatati, huma indikati fit-tabella hawn taħt u mqassma skont is-sena rispettiva:
Sena
Benefiċċjarji tas-Servizz
Spejjeż
2023
383
€2,962,170.21
2024
463
€3,478,648
01/01/2025 – 15/10/2025
567
€3,524,042
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ħlas li qed jingħata mill-Gvern lil dawk li qed jimpjegaw Assistent Personali mal-persuni b’diżabilità? Tista’ tgħid ukoll kemm hi r-rata fis-siegħa li qiegħda titħallas?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li klijenti li jitolbu servizz għal inqas minn 30 siegħa fil-ġimgħa jitħallsu rata ta’ €9.22 fis-siegħa, li tinkludi l-aġġustament tal-COLA. Min-naħa l-oħra, klijenti li jitolbu aktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa huma eliġibbli għal sussidju skont il-kwotazzjoni ppreżentata mill-klijent stess, kif stipulata mill-Assistent Personali magħżul minnu.
Il-Bord tal-Assinjar tas-Sussidju, li jopera b’mod awtonomu mill-Aġenzija Sapport, janalizza kull każ, jieħu deċiżjoni skont id-diskrezzjoni tiegħu, u jinforma lill-benefiċjarji dwar l-ammont ta’ sussidju li jkun ġie assenjat. Għaldaqstant, mhux kull każ jirċievi l-istess rata ta’ sussidju.
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed iżomm il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar milli jibda l-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa, il-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar u l-Awtorità tal-Ippjanar qegħdin jikkoordinaw laqgħat fejn qed jiġu provvduti dokumenti u informazzjoni mitluba mill-Awtorità tal-Ippjanar stess. Wara li t-tender jiġi aġġudikat, l-Awtorità taġġorna l-allokazzjoni tal-fondi skont l-ammont tat-tender li jkun ingħata. Skont is-Taqsima 6 ta’ PA Circular 1/22, paragrafu (g), il-proġett ma jistax jibda qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt ta’ finanzjament aġġornat.
Għaldaqstant, il-Kunsill jixtieq jassigura li qed jopera skont din id-direttiva sabiex ma jpoġġix f’riskju l-finanzjament approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nqalgħu l-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta tagħmel referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 31383 fejn il-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar ikkonferma li l-proġett hu mistenni jitlesta sa April 2026.
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandux l-assigurazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, se jkun qed jiġi ffinanzjat mill-awtorità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar jikkonferma li għandu l-assigurazzjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar għall-iffinanzjar tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, skont il-provizzjonijiet tal-kuntratt iffirmat fil-11/03/2022 u il-kundizzjoni tal-iskema relevanti
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandux l-assigurazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, se jkun qed jiġi ffinanzjat mill-awtorità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandu l-assigurazzjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar għall-iffinanzjar tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, skont il-provizzjonijiet tal-kuntratt iffirmat fil-11/03/2022 u il-kundizzjoni tal-iskema relevanti.
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandux il-permessi kollha meħtieġa relatati mal-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandu l-permessi kollha meħtieġa relatati mal-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Santa Luċija li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 3 familji residenti f’Santa Luċija li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €20,434.48.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Ħal Tarxien li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 55 familja residenti f’Ħal Tarxien li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €255,338.58.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31620, dwar residenzi li fihom qed ikun hemm aktar persuni joqogħdu milli permess, jista’ l-Ministru jgħid kemm effettivament irċeviet rapporti l-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2025?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bejn l-1 ta’ Jannar u l-Ħamis, 30 ta’ Ottubru 2025, l-Awtorità tad-Djar irċeviet wieħed u ħamsin (51) rapport dwar allegat residenzi li fihom qed joqogħdu aktar persuni milli hu permess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Fgura li bbenefikaw minn sussidji fil-kera u kemm ġie mħallas komplessivament matul is-snin 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 96 familja residenti l-Fgura li bbenefikaw minn sussidji fil-kera b’nefqa ta’ €447,395.76.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm persuni fil-Korp Diplomatiku u kemm irtiraw jew spiċċaw f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Second Secretaries
24
First Secretaries
42
Counsellors
31
First Counsellor
3
Senior Counsellor
5
Officers in grade in the diplomatic class
9
Career Ambassadors in the diplomatic class
9
Resigned / Retired / Transferred upon appointment
20
Is-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku - Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28515 u jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku kull sena minn Jannar 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż (kuntratt taħt il-proċedura negozjata) ippubblikat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Ir-Rabat, Għawdex - Junction bejn Triq Sir Arturo Mercieca u Triq Santa Dminka - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-junction (il-parti tat-triq li tgħaqqad Triq Sir Arturo Mercieca ma’ Triq Santa Dminka fir-Rabat, Għawdex) u fiex ser ikunu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-junction - il-parti tat-triq li tgħaqqad Triq Sir Arturo Mercieca ma’ Triq Santa Dminka fir-Rabat, Għawdex - mistennija jsiru bħala parti mix-xogħol li se jsir fit-Triq Anton Tabone.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar f’dawn l-aħħar erba’ xhur fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija u kemm intefqu flus fuq din l-estensjoni f’dawn l-aħħar erba’ xhur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.