Legislature:
Category:
Reset
Active:

Użu ta’ krejn - Permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli sabiex japplika u jikseb il-permess meħtieġ għall-użu ta’ krejn f’żona residenzjali jew urbana, jekk hux ir-resident/sid tal-proprjetà jew inkella l-operatur tal-krejn jew il-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll x’inhi r-responsabbiltà legali ta’ kull parti involuta f’dan il-proċess?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi l-Onor Interpellanta għal dak li tiddisponi l-leġislazzjoni sussidjarja 441.04 cioe r-Regolamenti dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsilli Lokali.

Skema ta’ ċediment volontarju tal-liċenzja tas-sewqan – Rekwiżiti/dokumentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti kollha meħtieġa sabiex persuna tkun eliġibbli għall-iskema biex iċċedi l-liċenzja tas-sewqan għal €25,000? Jista’ jgħid ukoll liema dokumentazzjoni hija meħtieġa?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33451.

Ħal Tarxien - Pjazza - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta beda x-xogħol fuq il-pjazza ta’ Ħal Tarxien, meta huwa mistenni li jitlesta u x’xogħol għad fadal isir biex il-proġett ikun konkluż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-pjazza ta’ Ħal Tarxien beda f’Awwissu 2025.  Il-maġġor parti tax-xogħlijiet se jkunu tlestew qabel il-festa ta’ Marija Annunzjata.  Xogħlijiet addizzjonali fiż-żona ta’ wara l-knisja, huma ppjanati li jsiru wara l-festi tar-raħal.

Ħaż-Żabbar – Triq Santa Duminka – Żona pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka, f’Ħaż-Żabbar, tiġi żona pedonali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali sabiex ikun jista’ jibda il-proċess biex din iż-żona tiġi pedonali.

Ħaż-Żabbar – Triq Santa Duminka – Żona pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka, f’Ħaż-Żabbar, tiġi żona pedonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li hemm pjanijiet sabiex il-parti d-dejqa ta’ Triq Santa Duminka,  tinbidel f’żona pedonali.

EcoHive Complex - Tender CT2231/2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol relatat mal-kiri u bini tal-unit fi ħdan il-kumpless Ecohive relatat mat-tender ‘CT2231/2024 Tender for Rental and operation of treatment unit for leachate generated from Landfills at EcoHive Complex’?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unità għat-trattament tal-leachate ġiet installata u kummissjonata fl-aħħar ta’ Frar u t-tħaddim regolari tal-impjant beda fit-2 ta’ Marzu.

SVPR - Speċjalizzazzjonijiet mediċi permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ speċjalizzazzjonijiet mediċi permanenti hemm fir-Residenza San Vincenz de Paule (SVPR) u jindika jekk, apparti l-ġerjatrija, hemmx ukoll speċjalizzazzjonijiet oħra bħal ENT, newroloġija, eċċ.?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fir‑Residenza San Vinċenz de Paul joffru numru ta’ speċjalizzazzjonijiet mediċi permanenti lil residenti u anzjani mill‑komunità. Dawn jinkludu kliniċi f’diversi oqsma bħall‑ Vascular, ENT, Audiology, Ophthalmic, Psychiatry, Gynaecology , Cardiology , Gastroenterology , Neurosurgery , Dermatology , u oħrajn relatati mal‑ġerjatrija, fosthom Osteosarcopenia , B rain Health, Onco‑Geriatric u Frailty . Barra minn hekk, SVPR jopera wkoll sala speċjalizzata għall‑kura palljattiva.

National Cancer Plan – Kumitat multidixxiplinarju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34129 dwar fiex wasal in-National Cancer Plan, jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-kumitat multidixxiplinarju li jiġbor flimkien il-professjonisti, kemm fih membri, min huma u x’inhu r-rwol tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-laqghat huma ikkoordinati mid-Dipartiment tal-Cancer Care Pathways u l-Uffiċju tal-Chief Medical Officer. Il-persuni mistiedna regolarment huma l-kapijiet tal-entitajiet kollha li huma nvoluti fil-kontroll tal-kanċer f’pajjizna, fosthom l-entittajiet responsabbli għal-prevenzjoni, skrinjar, dijagnożi, trattament, palliazzjoni, riabilitazzjoni u servizzi għal persuni li huma cancer survivors. Jiġu mistiedna wkoll id-diversi Diretturi Ġenerali fid-Dipartiment tas-Saħħa, CEOs u d-Diretturi mediċi tal-isptarijiet Mater Dei u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Chairpersons ta’ diversi dipartimenti kliniċi, kapijiet tan-nursing u allied health professionals, id-dipartimenti tal-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni mill-mard, il-National Screening unit, Hospice Malta u l-Malta Community Chest Fund Jiġu mistiedna wkoll rappreżentanti tal-pazjenti. Infurmat li sa issa saru ħames laqgħat.

Allied Health Professionals – Direttorat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34127, jista’ l-Ministru jipprovdi kjarifika dwar kif inhu kompost id-Direttorat tal-Allied Health Professionals u jgħid x’inhu r-rwol tagħhom? Jista’ wkoll jagħti informazzjoni dwar jekk l-impjegati humiex full-time jew part-time u jinkludi l-clerical staff?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-Direttorat tal-Allied Health Professionals huwa kompost minn Direttur u tlett impjegati li jinkludu Uffiċjal fi Skala 4, Assistent Direttur, u Occupational Therapist. Dawn flimkien ma’ uffiċjali klinici jmexxu oqsma bħall-Assigurazzjoni tal-Kwalità, żvilupp tal-istaff u r-riċerka. Ir-rwol ewlieni tagħhom huwa li jikkoordinaw it-tmexxija strateġika mal-kapijiet tas-servizzi kliniċi u jippromwovu l-professjonijiet tad-Diretorrat. L-Uffiċċjal fi Skala 4 u l-Occupational Therapist jagħmlu wkoll xogħol kliniku f’ċerti jiem.

L-Imġarr – Triq Sir Temi Zammit - Traffic Management

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34253, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min għadhom qed isiru d-diskussjonijiet dwar Triq Sir Temi Zammit, fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru laqgħat futuri u jekk hemmx pjan għal meta ser tittieħed xi azzjoni li twassal għall-konklużjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Sptar Ġenerali t’Għawdex - Kimoterapija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx ġie preparat kimoterapija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u jekk hemmx faċilità biex dan isir?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kimoterapija bħala trattament parenterali se jkun possibbli li tibda tingħata meta jkun lest il-proġett tal-ispiżerija l-ġdida fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ser tiġi mgħammra għal dan il-għan. Sadanitant ħarġet tender għad-drones sabiex meta jibda dan is-servizz jkun jista’ jitnaqqas l-iskariġġ tal-pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn ċertu tipi ta’ kimoterapija.

Pazjenti b’kundizzjonijiet ta’ ‘high risk’ - Insulin pumps

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ngħatawx insulin pumps dawk il-pazjenti li jbatu minn kundizzjonijiet ta’ ‘high risk’ u li jwasslu għal diversi admissions fl-isptarijiet? Jekk hemm pjan biex dawn il-pazjenti jibdew jingħataw l-insulin pumps, jista’ jgħid b’liema pjan ser jibdew jingħataw, x’se jkunu l-kundizzjonijiet u x’inhu t-timeframe?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm pjan li l-insulin pumps l-ewwel jitqasmu lit-tfal, liż-żgħażagħ u lill-pazjenti morda bil-frixa.

CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services

Question

B’referenza għas-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni f’din l-iskema, kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

SPD3/2025/068 - FRAMEWORK CONTRACT FOR THE PROVISION OF COMMERCIAL BOAT WITH SKIPPER FOR WASTE TRANSFER FROM COMINO TO GOZO AND THE LEASING OF A LOW-EMISSION WASTE COLLECTION PICKUP TRUCK WITH DRIVER

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34398, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar is-sejħa ‘SPD3/2025/068 - FRAMEWORK CONTRACT FOR THE PROVISION OF COMMERCIAL BOAT WITH SKIPPER FOR WASTE TRANSFER FROM COMINO TO GOZO AND THE LEASING OF A LOW-EMISSION WASTE COLLECTION PICKUP TRUCK WITH DRIVER’? Jista’ jgħid ukoll meta ħarġet l-aħħar din is-sejħa pubblika biex jiġi pprovdut dan is-servizz u min kien qed jipprovdi dan is-servizz f’dawn l-aħħar ġimgħat u xhur u fil-preżent?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Is-Servizz Pubbliku – Sejħa għal Administration Officer

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li applikaw għas-sejħa ta’ Administration Officer fis-Servizz Pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li din is-sejħa għadha fil-proċess.

Ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena - Rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm ġew jiswew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-kuntratturi u jekk tqabbdux b’direct order jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-ewwel tas-sena huma organizzati minn G7 Events, wara li dawn ġew magħżula permezz ta’ sejħa pubblika għal ‘Ftehim ta' Sħubija għall- Avvenimenti fuq Skala Kbira’, liema sejħa pubblika kienet imnedija mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Id-dettalji kollha ta’ din is-sejħa, inkluż l-ammont massimu li jista’ jintefaq minn G7 taħt din is-sejħa, jinsabu naturalment disponibbli għall-pubbliku minn fuq is-sit tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.

Malta - Trasport pubbliku - Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qed jieħu biex itejjeb is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna u jiżgura li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies)?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.