Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imqabba – Triq Santa Katerina – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx topographical survey qabel ma ngħata wiċċ tat-tarmac ġdid fi Triq Santa Katerina, l-Imqabba (minn Triq San Innoċenzu sa Triq Karmenu Ciantar / Pjazza tal-Knisja) biex jiġi identifikat fejn iżomm l-ilma tax-xita? X’xogħol riparatorju se jsir biex jitneħħew l-għadajjar tal-ilma tax-xita kif indikat fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, li qed jikkawżaw inkonvenjent kbir għal min juża t-triq, speċjalment għal dawk li jgħaddu bil-mixi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa x-xogħol kollu relatat mal-kisi ta’ din it-triq bit-tarmac?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Is-Siġġiewi – Ta’ Brandin – Problema ta’ vultaġġ għoli

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35755, tista’ l-Ministru tgħid meta se tissolva l-problema ta’ vultaġġ għoli fi Triq Ta’ Brandin, is-Siġġiewi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata  li l-problema ssolviet wara li fil-jiem li għaddew saru xogħlijiet fuq l-apparat tas-substation relatat mat-triq indikata.

Toroq - Għoti ta’ asfalt wara x-xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35754, fejn intqal li “Wara li jsiru xogħlijiet ta’ trinek mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew minn Enemalta, dawn jerġgħu jinksew bit-tarmak skont il-kundizzjonijiet maħruġin minn Transport Malta.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-kundizzjonijiet jistipulawx perjodu ta’ żmien sakemm l-asfalt irid jerġa’ jsir wara tali xogħlijiet, peress li huwa nnutat li wara li t-trinek jiġu miksija bil-konkos, ħafna drabi jitħallew f’dan l-istat għal ġimgħat jew saħansitra xhur?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

REWS – Performance Appraisals

Question

Tista’ l-Ministru tispjega l-proċess tal-performance appraisals tal-impjegati tar-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS)? Tista’ tgħid ukoll għaliex waqt l-appraisal ta’ diversi impjegati, apparti l-Head of Unit, kienu wkoll preżenti s-CEO u l-HR, li hija xi ħaġa li ma kinitx prassi fis-snin ta’ qabel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-proċess tal-performance appraisals fi ħdan ir-REWS huwa wieħed intern u mmexxi skont il-proċeduri tar-Riżorsi Umani sabiex jiġi żgurat trattament ġust, konsistenti u transparenza tal-proċess.

REWS – Riżenji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm irriżenjaw jew telqu persuni mir-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS), mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz tat-trasport pubbliku – Sussidju mħallas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju mill-Gvern lill-kumpanija privata li tħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku matul is-sena 2025?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Servizz tat-trasport pubbliku – Sussidju mħallas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju mill-Gvern lill-kumpanija privata li tħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku matul is-sena 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 33997.

Għajnuna għall-apparat tal-isleep apnea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat li meta persuni li jgħixu bil-benefiċċji soċjali u jkollhom bżonn apparat tal-isleep apnea li jinkera mid-Dipartiment tas-Saħħa, jingħataw l-għajnuna biex id-depożitu jkun aktar affordabbli jew jitħallas bin-nifs?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-PQ 26428.

San Pawl il-Baħar – Servizz tas-Silver T

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru rċeviex ilmenti li s-servizz tas-Silver T qed ikun fully booked mil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ l-Ministru jassigura li l-anzjani kollha li jkollhom bżonn is-servizz tas-Silver T mil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar fil-fatt jingħataw dan is-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ma rċeviet l-ebda ilment li s-servizz tas-Silver T qed ikun fully booked fil-lokalità ta’  San Pawl il-Baħar.

Banek kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema banek kummerċjali huma awtorizzati jaħdmu f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm-il fergħa għandu kull wieħed minn dawn il-banek, u f’liema rħula għandhom preżenza fiżika?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Imġarr, Malta – Ċitazzjonijiet – Dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35847 u jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija fl-Imġarr, Malta bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

Il-Mellieħa – Ċitazzjonijiet – Dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35846 u jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija fil-Mellieħa bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Ċitazzjonijiet – Dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35845 u jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija f'San Pawl il-Baħar bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè – Encroachments

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35767 u jipprovdi lista dettaljata tal-encroachments kollha maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan u Tignè, u jgħid meta se tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman sabiex ikun hemm identifikazzjoni ċara u trasparenza akbar dwar l-art mogħtija bħala encroachment, inkluż fejn applikabbli, li din tkun indikata fuq il-post?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Persuni li twieldu qabel l-1962 – Aġġustamenti tal-pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35766 u jgħid meta se jitħallas l-aġġustament tal-pensjoni għal dawk li twieldu qabel l-1962?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi permezz tal-Budget 2024 ddaħħlu żewġ miżuri sabiex jindirizzaw żewġ anomaliji maħluqa bir-riforma fil-pensjonijiet tal-2006. L-ewwel miżura permezz ta’ emenda li ddaħlet fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali fl-2024 stess, kienet illi l-pensjonanti twieldu meta twieldu, għandhom jiżdiedu ta’ kull sena b’dak l-ammont li jkun jikkorrispondi għal sebgħin fil-mija miż-żieda perċentwali fil-paga medja nazzjonali kif pubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika mwaqqaf bis-saħħa tal-artikolu 9 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta għas-sena kalendarja ta’qabel miżjuda bi tletin fil-mija tar-rata tal-inflazzjoni kif pubblikata mill-imsemmi Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għas-sena kalendarja ta’ qabel. Dan qabel kien japplika biss għall-pensjonanti li twieldu mill-1962 ‘il quddiem. It-tieni miżura li wkoll bdiet titħaddem mill-2024 tirrigwarda proċess gradwali li fi tmiemu se jkun hemm Dħul Pensjonabbli Massimu wieħed għall-pensjonanti kollha, twieldu meta twieldu. B’dan il-mod dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u lis-salarju kurrenti tagħhom li kieku għadhom jaħdmu jaqbeż id-Dħul Pensjonabbli Massimu tagħhom, bdew jirċievu żieda addizzjonali fil-pensjoni tagħhom li dvarja skont is-salarju. Dan seħħ fis-snin 2024 u 2025, fejn il-pensjonanti kollha eliġibbli rċevew ż-żidiet li ħaqqhom. Il-proċess fuq iż-żidiet lil din il-kategorija ta’ pensjonanti ħaqqha għal din is-sena beda fi Frar u se jkun intemm sal-aħħar ta’ Mejju 2026. Ta’ min jgħid lid-divarju maħluq fl-2006 fid-Dħul Pensjonabbli Massimu bejn il-pensjonanti li twieldu qabel u wara l-1962, permezz ta’ din il-miżura fl-aħħar 3 snin tnaqqas minn €6,407 għal €3,584, waqt lid-Dħul Pensjonabbli Massimu ta’ dawk imwielda qabel l-1962 żdied b’€5,076 fis-sena.

Is-Siġġiewi - Triq id-Demnuq - Units

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34606 u jgħid jekk hemmx xi problema fil-kostruzzjoni fil-Units li huma assenjati diġà?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li m'hemm l-ebda problema fil-kostruzzjoni tal-units fil-binja msemmija, madanakollu, jidher li riċentament kien hemm xi dħul ta’ ilma tax-xita mill-appoġġ ta’ terzi, u dan qed jiġi indirizzat ukoll.

Is-Siġġiewi - Triq id-Demnuq - Car spaces

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34605 u jgħid jekk it-tender tal-car spaces fil-basement tal-blokka mibnija tal-Gvern fi Triq id-Demnuq fis-Siġġiewi hux ser jiġi ppubblikat u jekk le, x'inhu jżomm dan il-proċess?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li t-tender ser ikun qed joħroġ fiż-żmien opportun; wara li ġew organizzati bl-aħjar mod il-car spaces tal-blokka.

Ir-Rabat, Bormla, Is-Siġġiewi u l-Imsida - Proġetti ta’ Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31940 u 35028 u jgħid fiex waslu l-proġetti ta’ Akkomodazzjoni Soċjali fir-Rabat u Bormla, u l-estensjoni tas-Siġġiewi u l-Imsida?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali fl-Imsida u fis-Siġġiewi tlestew u ma hemmx estensjonijiet ippjanati, filwaqt li l-proġett ta' Bormla ser jitkompla fiż-żmien li ġej. Rigward ir-Rabat, l-Awtorità tad-Djar għandha żewġ appartamenti li se jkunu qed jiġu riġenerati fiż-żmien li ġej.