Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il blue badge falza nġabret mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) matul is-sena 2023, matul is-sena 2024 u matul is-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li qed npoġġi l-informazzjoni mitluba fit-tabella t’hawn taħt;
Sena
Ammont ta’ blue badges foloz miġbura
2023
123
2024
53
2025
(sal-ġurnata li qiegħda titwieġeb din il-mistoqsija)
62
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna b’diżabilità tattendi xi Ċentru ta’ Matul il-Jum preżentement? Tista’ tgħid min jieħu ħsieb kull wieħed minn dawn iċ-ċentri u kemm-il persuna tattendi f’kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Tista’ tgħid ukoll kif inhuma mqassma l-etajiet ta’ dawn il-persuni (age brackets) u kemm hemm persuni f’kull age bracket?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li Aġenzija Sapport għandha ħdax (11)-il Ċentru ta’ Matul il-Jum li topera hi stess. Topera wkoll żewġ (2) Ċentri oħra b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, kif imniżżlin fl-aħħar żewġ ringieli fit-tabella provduta hawn isfel.
F’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum operat mill-Aġenzija hemm Leader, Coordinator, Programme Executive, Senior Support Worker u Support Workers. L-ammont ta’ persuni li jattendu dawn iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u l-etajiet tagħhom huma mqassmin kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Ċentri
Persuni li jattendu
21-35 Sena
36-50 Sena
51-65 Sena
66+ Sena
Baħar iċ-Ċagħaq
24
24
1
0
0
Paola
35
8
16
6
4
Sliema
33
23
8
0
0
Mtarfa
63
12
30
15
3
Mtarfa 2
34
12
20
1
1
Swatar
22
8
13
0
0
Gozo
19
11
6
1
1
Ħal Far
69
13
34
20
2
Cottonera (Birgu)
23
5
6
10
1
Gwardjola
17
5
9
4
0
Fleur-de-Lys
45
16
13
12
3
Spero (Visually Impaired)
49
0
2
13
31
Star (PMLDs)
39
29
10
0
0
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet konformi mal-kwota tal-impjieg ta’ 2% fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kumpanija ma kinitx konformi mal-kwota tal-impjieg ta’ 2% fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità preżentement?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet konformi mal-kwota tal-impjieg ta’ 2% fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità sal-aħħar ta’ Diċembru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kumpanija ma kinitx konformi mal-kwota tal-impjieg ta’ 2% fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità sal-aħħar ta’ Diċembru 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li għas-sena bażi 2024, fl-aħħar ta’ Diċembru, kien hemm 877 -il kumpanija li kienet konformi mal-kwota tal-impjieg, filwaqt li kien hemm 806 -il kumpanija li ma kienux konformi mal-kwota tal-impjieg
fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità. Eventwalment kienu ttieħdu l-passi meħtieġa fil-konfront tagħhom.
Sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena dawk mhux konformi niżlu għal 170.
Il-Gvern hu determinat li kulħadd ikun konformi u minbarra li jittieħdu l-azzjonijiet legali minn naħa ta’ Jobs+, fil-Labour Migration Policy ddaħlu miżuri li jikkastigaw lil min ma jkunx konformi ma’ din il-liġi li jien tant nemmen fiha biex kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet.
Persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad jew li qegħdin jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad preżentement u kemm hemm persuni b’diżabilità li preżentement għandhom impjieg? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew l-opportunità ta’ xogħol dawk li għadhom ma sabux xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 31656 li hija kelma b'kelma ta' mistoqsija parlamentari li poġġiet hi stess ftit jiem ilu biss.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Ħal Għaxaq li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 63 familja residenti f’Ħal Għaxaq li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €310,103.69.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Ruma matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma matul l-2024 u l-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Raħal Ġdid li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 81 familja residenti f’Raħal Ġdid li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €395,533.93.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Pariġi matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi matul l-2024 u l-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 21 familja residenti l-Gudja li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €98,488.89.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Dublin matul l-2024 u l-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, liema kienu l-mediċini li żdiedu fuq il-formolarju tal-Gvern mill-2023 sal-2025? Jista’ jgħid ukoll x’mard jikkuraw dawn il-mediċini?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninnota kif dan il-Gvern qed ikompli jinvesti sabiex iżid il-mediċini fuq il-formolarju tal-Gvern. Infakkar kif fl-aħħar baġit ta’ Gvern Nazzjonalista, is-somma allokata għall-POYC kienet ta’ €3miljun. Gvern Laburista fil-baġit għas-sena d-dieħla, qed jalloka €29 miljun - u qed insaħħu l-investiment b’żieda ta’ €3.5 miljuni oħra fuq is-sena kurrenti.
Intant, qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - faċilitajiet ta’ rekreazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ faċilitajiet ta’ rekreazzjoni hemm għar-residenti ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm diversi faċilitajiet ta’ rikreazzjoni għar-residenti fosthom:
• 14-il bitħa ta’ diversi daqsijiet b’total ta’ 'l fuq minn 5,438 metru kwadru u li jkunu miftuħa għal diversi sigħat matul il-ġurnata
• 6 gyms attrezzati b’apparat għat-taħriġ
• 2 outdoor gyms
• 1 football ground 5 a-side bit-turf sintetiku b’daqs ta’ 950 metru kwadru
• 1 football ground bit-turf sintetiku b’daqs ta’ 620 metru kwadru
• Billiards
• Table soccer
• 10 imwejjed tat-table tennis
• Diversi board games fid-diviżjonijiet kollha
• Diversi settijiet ta’ televiżjoni mqassma f’diversi postijiet (imħallsa mill-Aġenzija)
• Aċċess għal TV fiċ-ċella b’diversi stazzjonijiet inkluż sport, minn fornitur privat (spejjeż jitħallsu mir-resident)
• Aċċess għal pussess u użu lil kull resident li video game fiċ-ċella tiegħu (spejjeż jitħallsu mir-resident)
• Aċċess għal-radju
Għal assistenza neċessarja flimkien mal-immaniġjar ta’ dawn il faċilitajiet insibu 2 full time sports coordinators u 2 gym attendants
Inżid ukoll li bħalissa l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qed tħejji sabiex tiżviluppa żona ġdida li ser tkun iddedikata għal multi-purpose pitch fejn fost l-oħrajn dan se jakkomoda l-prattika ta’ diversi sports fosthom tennis, basketball u volleyball.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li ddikjaraw li jaqilgħu €200,000 u iktar fis-snin 2024 u 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 1,595 persuna li ddikjaraw income ta’ aktar minn Eur 200,000 għas-sena 2024.
Informazzjoni dwar l-2025 tkun tista’ tingħata fl-aħħar tas-sena dieħla wara li jiġu pproċessati l-formoli tat-taxxa għas-sena 2025.
Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 - Konsultazzjonijiet pubbliċi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31341 dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea bin-numri 2022/2555 u 2022/2557, jista’ l-Ministru jgħid:
i. meta ġie fis-seħħ l-A.L. 71 tal-2025; u
ii. jekk id-Direttiva Numru (UE) 2022/2557 ġietx implimentata u jekk iva, meta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-abbozz ta’ l-avviż legali li se jittrasponi d-Direttiva tal-UE 2022/2557 ġie finalizzat u bħalissa qed jiġi eżaminat mill-Uffiċju ta’ l-Avukat ta’ l-Istat. L-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-avviż legali se jipproċedu immedjatament wara.
Infurmati Għalkemm, it-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-UE 2022/2557 mhux finalizzat, id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika beda jaħdem, flimkien ma’ regolaturi settorjali u entitajiet governattivi oħra, fuq l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-istess Direttiva.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30836 u 31274 u jgħid liema toroq ġewwa Għawdex sar resurfacing fuqhom mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien fiha tul kull triq u kemm ġiet tiswa? Jista’ jgħid ukoll liema toroq hemm ippjanati li jsir resurfacing tagħhom minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena, kemm fihom tul u kemm hi stmata li ser tkun l-ispiża fuq kull triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jiġi operat u mmaniġġjat il-Gozo Indoor Sports Pavillion f’Għawdex issa li nfetaħ uffiċjalment u qed jintuża wkoll mill-pubbliku? Jista’ jispeċifika x’kienu l-arranġamenti meħtieġa biex dan il-Pavillion jibda jopera? F’liema xahar u sena għandha tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti għall-operat u l-immaniġġjar tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 31277.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investimenti saru fil-pitkalija ġewwa Għawdex matul l-aħħar ħdax-il sena, maqsuma sena b'sena? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar u kemm sewa? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema kull sena u x'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu / qed jagħmlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ bdiewa, raħħala u sajjieda Għawdxin fl-aħħar ta’ kull sena, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni skont l-età tagħhom?
Jista’ jgħid ukoll:
1. Kemm kien id-dħul tagħhom kull sena fl-istess perjodu u għat-tliet kategoriji separatament?
2. Kemm kien hemm raba’ tinħadem fl-aħħar ta’ kull sena bid-daqs u t-tip tagħha?
3. X’kien il-volum ta’ laħam frisk ta’ ċanga, majjal u broilers prodott f’Għawdex u li nqatlu fil-biċċeriji tal-gvern u tal-privat f’Għawdex u f’Malta mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
4. X’kien il-volum ta’ frott u ħaxix frisk prodott f’Għawdex u mibjugħ fi swieq organizzati f’Malta u f’Għawdex mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
5. Kemm kien il-volum ta’ ħalib frisk prodott f’Għawdex mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.