Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31180 u jgħid jekk hemmx xi fond speċifiku għall-vittmi ta’ inġustizzji sia politiċi u sia ta’ xort’oħra, liema vittmi jkunu wkoll fl-impossibbilità fattwali, legali jew xort’oħra li jiġbru danni mill-persuna jew persuni li jkunu kkaġunawlhom tali danni skont il-liġi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interprellant, illi kif ben konsapevoli, talbiet għal kumpens relatati ma’ inġustizzji li ma jaqgħux taħt skemi jew liġijiet uffiċjali, jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu kkunsidrati għal kumpens ex gratia bl-approvazzjoni tal-Kabinett. Ma jeżistix fond dedikat għal dan il-kumpens, u kwalunkwe allokazzjoni finanzjarja trid issir ad hoc mill-Ministeru tal-Finanzi. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Ombudsman jista’ jkollu kompetenza f’dawn il-każijiet, partikolarment meta l-inġustizzja tirrigwarda l-operat ta’ entità pubblika.
Public Liability Insurances/Professional Indemnity Insurances - Vittmi li jsofru danni kawża ta’ kostruzzjoni jew xogħlijiet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31585 u jgħid jekk fir-rigward ta’ ‘Public Liability Insurances’ jew ‘Professional Indemnity Insurances’ in ġenerali, għandux intenzjoni jew hux qed jaħdem attwalment fuq qafas leġislattiv dwar vittmi li jsofru danni kawża ta’ kostruzzjoni jew xogħlijiet oħra, jew f’każ ta’ terzi li jfittxu professjonisti in konnessjoni max-xogħol tagħhom b’mod li t-terzi jkunu jistgħu jinnegozjaw jew eventwalment jipproċedu direttament kontra l-assikurazzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-risposta għall-interpellanza numru 31888, peress illi s-sitwazzjoni legali hija simili u l-oqsma ta’ assikurazzjoni li tirreferi għalihom din l-interpellanza ukoll m’ humiex regolati bid-dritt Ewropew in kwantu għall-azzjoni diretta.
Assikurazzjonijiet - Impjegati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol - Dritt ta’ ‘direct action’
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31584 u jgħid jekk hux qed jaħdem fuq qafas leġislattiv ġdid jew jekk hux opportun li jiddaħlu emendi dwar il-possibilità li jiġi introdott b’mod ċar id-dritt ta’ ‘direct action’ favur l-impjegati u l-ħaddiema, direttament kontra l-assikurazzjonijiet li jipprovdu kopertura lill-‘employers’ fir-rigward ta’ ‘claims’ għal danni jew ġrieħi minn impjegati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol simili għal dak li hu provdut fl-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni, Kap. 104 tal-Liġijiet ta’ Malta, b’mod li min iweġġa’ jkun jista’ jinnegozja jew eventwalment jipproċedi direttament kontra l-kumpanija tal-assikurazzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-qasam tal-assikurazzjoni kontra korrimenti fuq il-post tax-xogħol huwa legalment distint minn dak tal-assikurazzjoni tal-vetturi bil-mutur u mhux regolat mid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Id-dritt tal-azzjoni diretta f’dan il-qasam jeżisti biss f’numru limitat ta’ Stati Membri,u f’ċerti każijiet speċifiċi. Nassigura ukoll lill-Onorevoli Interprellant, illi bħala Gvern nibqgħu miftuħin li jiġi kkunsidrat l-introduzzjoni ta’ dan id-dritt u dan wara konsultazzjoni miftuħa mal-partijiet kollha ikkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħax konjizzjoni ta’ dak li qal il-Prim’ Imħallef u ta’ dak li kien hemm reċentement fid-dominju pubbliku sabiex il-Maġistrati jingħataw l-istess status bħala salarju, benefiċċji u protokoll bħall-Imħallfin u jekk hux qed jaħdem f’din id-direzzjoni sabiex din id-distinzjoni ta’ bejn Maġistrat u Imħallef titneħħa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern jieħu konjizzjoni tal-proposti pubbliċi tas-Sinjorija tiegħu l-Prim Imħallef, u nibqu’ miftuħa għal kull proposta li tista’ tkompli saħħaħ il-Korp tal-Ġudikatura f’pajjiżna.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Acknowledgements ta’ ittri mibgħuta minn ċittadini
Question
Jista’ l-Prim Ministru, senjatament is-Segretarju Permanenti Ewlieni, jgħid jekk għadhiex teżisti l-prassi li meta ċittadin jibgħat ittra lill-Ministru, Segretarju Permanenti jew Uffiċjal Għoli ieħor tal-Gvern, dan jirċievi ‘acknowledgment’ tal-ittra tiegħu fi żmien raġonevoli?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Direttivi tas-Servizz Pubbliku huma kollha aċċessibbli permezz tal-portal uffiċċjali
https://publicservices.gov.mt/en/people/Pages/Directives.aspx
Għar-rigward ta’ dak li qed jistaqsi dwaru l-Interpellant, dan hu regolat minn Direttiva 4.2 tas-Servizz Pubbliku, li tinsab aċċessibbli għall-pubbliku kif spjegajt diġa u li kopja tagħha qed inpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni u l-infurzar kontra backfilling illegali f’barriera li tinsab fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Santa Katerina fir-Rabat, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-surveyor’s report?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħadu passi sabiex ma jidħolx aktar materjal fil-barriera tal-qawwi HSQ32 li qiegħda fl-inħawi ta’ Santa Katerina, limiti tar-Rabat (Malta). L-operatur ingħata struzzjonijiet biex ma jdaħħalx aktar materjal fuq is-sit, imma għandu jibda jnaqqas u jneħħi l-materjal żejjed li kien intefa’ fuq medda ta’ snin. Għal dan il-għan, sabiex jiġi kkontrollat l-aċċess, ġew installati CCTV cameras għall-monitoraġġ tal-movimenti ta’ vetturi deħlin jew ħerġin mill-barriera, kif ukoll twaħħlu tabelli li juru li l-barriera mhix taċċetta aktar materjal. L-Awtoritajiet qegħdin jesigu mal-operatur tas-sit u l-perit tiegħu sabiex jiġi sottomess works method statement (WMS) aċċettabbli biex tiġi rrestawrata l-barriera. Ftit tal-jiem ilu, il-perit tal-operatur issottometta
method statement
ta’ kif se jitneħħa l-materjal żejjed, b’timeframes speċifiċi biex dan iseħħ. L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi qegħdin jevalwaw dan il-method statement biex jaraw jekk hux aċċettabbli fl-aħjar interess tar-residenti u l-ambjent tal-madwar, u jkun jista’ jiġi attwat.
Tista’ l-Ministru tagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni u l-infurzar kontra backfilling illegali f’barriera li tinsab fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Santa Katerina fir-Rabat, u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-surveyor’s report?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 30425, nitlobha tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.
Ta’ Qali - Picnic area - Dokumentazzjoni dwar il-kwalità tal-materjal
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-kwalità tal-materjal li ntuża biex inksiet iż-żona tal-picnics f’Ta’ Qali?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22247 dwar multi amministrattivi maħruġa għal ksur tar-regolamenti tal-immaniġġjar tal-iskart relatati mal-ġbir tal-iskart, tista’ l-Ministru tgħid:
i. kemm mill-multi amministrattivi ġew imħallsa mill-ewwel;
ii. kemm ġew kontestati quddiem il-bord kompetenti;
iii. kemm minn dawk il-multi kontestati ġew maħfura;
iv. kemm mill-multi ġew ridotti; u
v. kemm każijiet spiċċaw quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tagħti break down dettaljata fejn tindika l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont is-settur matul il-perjodu Q1 2025?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li nkun nista’ ngħaddi l-informazzjoni relatata meta din tkun konkluża skont l-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-Qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC) għall-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra (GHG). Malta taħdem b’konformità ma’ dawn ir-regoli li jeħtieġu li s-sottomissjonijiet ikunu bbażati fuq data verifikata mis-sentejn kalendarji preċedenti.
Infurmata wkoll li għall-perjodu li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta hemm statistika preliminari tal-Eurostat li tuża mudelli differenti minn dawn, liema statistika indikat xejriet pożittivi għal pajjiżna.
Tista’ l-Ministru tgħid xi jsir mill-bottom ash iġġenerat mill-inċineratur tal-Marsa, u x’inhi l-ispiża biex dan jiġi dispost?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjegazzjonijiet li tajt fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 29619 u 29294, m’hemm l-ebda spiża biex jiġi dispost il-materjal li qed issir referenza għalih f’din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li sal-lum huma dovuti flus għax-xogħol li sar fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ, flimkien mal-bilanċ ta’ dak li hu dovut lilhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li sal-lum huma dovuti flus għax-xogħol li sar fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ, flimkien mal-bilanċ ta’ dak li hu dovut lilhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li sal-lum huma dovuti flus għax-xogħol li sar fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ, flimkien mal-bilanċ ta’ dak li hu dovut lilhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-total ta’ kontijiet dovuti lill-kuntratturi impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, relatati mal-proġett ta’ Ħal Farruġ, li bħalissa huma pendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-total ta’ kontijiet dovuti lill-kuntratturi impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, relatati mal-proġett ta’ Ħal Farruġ, li bħalissa huma pendenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu t-total ta’ kontijiet dovuti lill-kuntratturi impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, relatati mal-proġett ta’ Ħal Farruġ, li bħalissa huma pendenti?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ilment wasal għand il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) matul is-sena 2023, matul is-sena 2024 u matul is-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal kull sena tgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti? Tista' l-Ministru taqsam l-ilmenti skont in-natura tal-ilment (eż. ilmenti relatati mal-accessibilità) għal kull sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-2023 il-Kummissjoni irċeviet 397 ilment, li fi 83 minnhom, is-CRPD ma sabitx diskriminazzjoni. Matul dik is-sena ingħalqu 119 ilment, li 107 minnhom issolvew għas-sodisfazzjoni ta’ min ilmenta.
Fl-2024 il-Kummissjoni irċeviet 515 ilment, li f’81 minnhom, is-CRPD ma sabitx diskriminazzjoni. Matul dik is-sena ingħalqu 160 ilment, li 111 minnhom issolvew għas-sodisfazzjoni ta’ min ilmenta.
Fl-2025, sal-ġurnata li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija, il-Kummissjoni irċeviet 381 ilment, li f’57 minnhom, is-CRPD ma sabitx diskriminazzjoni. S’issa ingħalqu 126 ilment, li 69 minnhom issolvew għas-sodisfazzjoni ta’ min ilmenta.
Din l-informazzjoni qed tiġi maqsuma skont id-diversi oqsma fit-tabelli hawn taħt;
Ilmenti riċevuti matul is-sena 2023
Aċċessibilità
Drittijiet
Edukazzjoni
Xogħol
Għoti ta’ Oġġetti u Servizzi
Saħħa
Djar
Assigurazzjoni
Total
Total
246
4
71
20
32
5
18
1
397
Magħluqa
49
1
33
7
16
5
8
0
119
Magħluqa Favorevolment
42
1
31
7
13
5
8
0
107
(mill-119)
M’hemmx Diskriminazzjoni
25
3
31
11
10
0
2
1
83
Ilmenti riċevuti matul is-sena 2024
Aċċessibilità
Drittijiet
Edukazzjoni
Xogħol
Għoti ta’ Oġġetti u Servizzi
Saħħa
Djar
Assigurazzjoni
Total
Total
378
5
48
19
41
6
18
0
515
Magħluqa
91
1
30
5
18
2
13
0
160
Magħluqa Favorevolment
56
1
22
5
14
2
11
0
111
(mill-160)
M’hemmx Diskriminazzjoni
34
3
18
8
14
1
3
0
81
Ilmenti riċevuti matul is-sena 2025
Aċċessibilità
Drittijiet
Edukazzjoni
Xogħol
Għoti ta’ Oġġetti u Servizzi
Saħħa
Djar
Assigurazzjoni
Total
Total
265
2
53
22
25
7
7
0
381
Magħluqa
74
1
28
6
10
3
4
0
126
Magħluqa Favorevolment
29
1
20
4
8
3
4
0
69
(mill-126)
M’hemmx Diskriminazzjoni
28
1
17
5
5
0
1
0
57