B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31469, jista’ l-Ministru jgħid f’liema gradi u kemm hi l-paga ta’ kull ħaddiem (mingħajr ma jissemmew ismijiet) li attwalment hemm mal-Airmalta u ċjoè d-19-il persuna fuq il-kotba tal-kumpanija bi spiża mensili ta’ €82,448.59? Jista’ jgħid ukoll kif din l-ispiża titqassam grad, grad?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tingħata minħabba li faċilment wieħed jidentifika s-salarju mal-persuni li baqgħu hekk kif in-numru huwa żgħir.
Tali nformazzjoni għalhekk tista’ tikkostitwixxi ksur tal-privatezza tad-data tal-individwu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-anti-doping fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-testijiet tad-doping li saru matul din is-sena, irriżultaw pożittivi u x’passi ttieħdu wara kull każ ta’ riżultat pożittiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li matul din is-sena s’issa saru 333 test, li 8 minnhom kienu pożittivi. Infurmat ukoll li tittieħed l-azzjoni dixxiplinarja skont il-kodiċi tal-WADA.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21729 li twieġbet aktar minn sena ilu u ċjoè fl-14 ta’ Ottubru 2024, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern illum dwar iċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) kemm mill-aspett ta’ servizzi u ħaddiema, kif ukoll mill-aspett ta’ bini minn fejn jopera dan il-unit?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet għat-trasferiment għall-binja ġdida waslu lejn l-aħħar. Kif diġa weġibt mistoqsijiet parlamentari oħra, meta kollox ikun finalizzat u jkun il-ħin opportun, dawn jitħabbru.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data twaqqfet il-"Marsa Sports Village Foundation", min huma l-membri tal-bord u x’funzjoni għandu? Meta u kemm-il darba iltaqa’ dan il-bord mit-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-baġit iddedikat għal din il-fondazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Birżebbuġa – Promenade - Project Plan għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Project Plan, li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija u l-pjanti relatati max-xogħlijiet tal-promenade ta’ Birżebbuġa, li ser jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2026?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Project Plan li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija relatati mal-proġett ta’ riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn ser issir ir-riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju li sar u li wassal għad-deċiżjoni sabiex is-sena d-dieħla jitnieda l-proċess għal proġett fuq skala kbira ta’ riklamazzjoni tal-art ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe rapport li ġie kummissjonat sabiex jiddetermina l-projections u kemm huwa maħsub li ser ikun hemm persuni li jużaw is-servizz tal-fast ferry f’Wied il-Għajn fl-ewwel sena, u kull sena oħra, sa seba’ snin oħra?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe rapport ikkummissjonat dwar is-sostenibbiltà tal-estensjoni tas-servizz tal-fast ferry f’Wied il-Għajn?
Kunsilli lokali f’Malta u Għawdex u s-sitt Reġjun - Bilanċi/żbilanċi finanzjarji għas-sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bilanċi jew żbilanċi li għalqu s-sena bihom il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex, kif ukoll is-sitt Reġjun, għas-sena 2024? Jista’ wkoll jagħti l-ammonti għal kull kunsill u għal kull reġjun rispettivament?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal għotjiet ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul is-snin 2024 u 2025 u jagħti rendikont ta’ dawn is-sejħiet pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
MTA - Attivitajiet li bbenefikaw minn sponsorship jew reklamar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tal-attivitajiet li bbenefikaw minn għotja ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kif ukoll l-ammont ta’ sponsorship jew għajnuna li ngħatat lilhom, matul is-snin 2024 u 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Baġit 2026 - Statement B Vot 13 - Bidla bejn l-estimu approvat u l-estimu rivedut
Question
B’referenza għal ‘Statement B Vot 13 Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu anness mad-Diskors tal-Baġit 2026’ fejn hemm indikat li hemm bidla ta’ €24,531,000 bejn l-Estimu Approvat u Estimu Rivedut bir-Rimarki “Spiża ogħla hija mistennija fil-kategorija tal-
Personal Emoluments
u fil-kategorija tal-
Contribution to Government Entities (Malta Tourism Authority
)”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hi mistennija li tkun l-ispiża ogħla għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u x’wassal għal din l-ispiża ogħla minn dik approvata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ammontaw l-ispejjeż legali tal-Gvern għall-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jagħti rendikont ta’ lil min tħallsu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31741 u jgħid kemm hawn koppji anzjani li wieħed minnhom jgħix f’dar tal-anzjani u l-konjugu l-ieħor jgħix fil-Faċilità San Vincenz de Paul?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31768 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-survey ikkummissjonat lill-Professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, flimkien mal-mistoqsijiet li ġew magħmula u r-riżultati relatati mal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll iressaq l-assessjar tat-traffiku li sar mill-Gvern sabiex titkejjel iż-żieda ta’ vetturi mistennija bħala riżultat ta’ persuni li jsuqu lejn Wied il-Għajn biex jużaw il-ferry?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31767 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji fuq l-impatt ambjentali tal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll:
i. jipprovdi l-istudji fuq l-impatt ekonomiku, inkluż l-ispiża totali tal-proġett, kif ukoll ir-Return on Investment (ROI), u l-ispejjeż indiretti fuq il-komunità;
ii. iressaq l-istudji li saru u li minnhom irriżulta li Wied il-Għajn kienet l-aħjar lokalità għall-proġett tal-ferry; u
iii. iressaq ukoll l-istudji li saru fuq lokalitajiet alternattivi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju jinkludi numru ta’ aspetti, fosthom il-fattibilita’ tal-proġett, il-bżonnijiet tal-operat, il-viabilita’ finanzjarja tar-rotot proposti, id-domanda mis-suq għall-proġett u assessment tar-riduzzjoni fit-traffiku, il-kunsiderazzjonijiet ambjentali u benefiċċji ekonomiċi oħra.
Minħabba l-fatt li l-kuntratt irid jingħata permezz ta’ tender u l-istudju fih dettalji li jistgħu jagħtu vantaġġ lill-bidders prospettivi, mhuwiex għaqli li dan l-istudju jiġi ippublikat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31522 u 31729 u jagħti d-data ta’ meta ser tinfetaħ it-triq li hija proġettata li tgħaqqad in-naħa ta’ wara ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Maria Regina College Middle School, ma’ Triq Giorgio Locano, Ħal Lija? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ostakli biex din it-triq tinfetaħ u jekk iva, x’inhuma?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
L-Awtorità tal-Ippjanar - Bed stock - Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u mhux approvati quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex jiżdied il-‘bed stock’ f’pajjiżna u jaqsam din l-informazzjoni kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazjoni mitluba ma tinġabarx u ma tinżamx mill-Awtorità tal-Ippjanar.