Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Marsaxlokk li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 19-il familja residenti f’Marsaxlokk li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €69,464.45.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Berlin matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma
li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Berlin matul l-2024 u l-2025.
Skola Medika Barts - Studenti li temmew l-istudji tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li temmew l-istudji tagħhom mal-Iskola Medika Barts matul is-snin 2024 u 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ngħataw impjieg mas-servizzi tas-saħħa ta’ Malta fis-snin 2024 u 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemijja hi skola privata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ konsulenti ġodda li ġew reklutati fl-Isptar Mater Dei fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni dipartiment, dipartiment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei - Konsulenti li spiċċaw, irtiraw jew irriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ konsulenti li spiċċaw, irtiraw jew irriżenjaw mill-Isptar Mater Dei fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni dipartiment, dipartiment?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar is-sejħa SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’ u kemm ġie awarded dan it-tender? Jista’ jgħid ukoll meta se jkunu lesti l-affarijiet mitluba minn din is-sejħa u meta se tibda topera s-sistema tal-e-ticketing kollha kemm hi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender
SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals
ġie awarded għall-valur ta’ €472,137.52 (mingħajr VAT). Fil-preżent, is-sistema tal-e-ticketing qiegħda tintuża regolarment, minn kull min jixtieq jużaha. Fl-istess waqt, bħalissa qiegħed isir xogħol biex tiġi introdotta l-Gozo Channel card. Din il-card għaddejja mit-testijiet tal-UAT u mistennija li tiġi introdotta fil-bidu tas-sena d-dieħla. Bl-introduzzjoni ta’ din ic-card, it-tender - li diġà saret referenza għalih f’din it-tweġiba - jingħalaq.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta’ ilma tad-drenaġġ li twassal sal-impjant tal-Fessej f’Għawdex minn Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Kemm hu maħsub li jkompli jiżdied l-ammont ta’ drenaġġ li jitwassal f’dan l-impjant u kif inhu mistenni li jiġi msaffi u użat dan l-istess drenaġġ matul iż-żmien li ġej? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dan id-drenaġġ ġie msaffi u twassal bħala new water, matul l-istess perjodu u f’liema nħawi ntuża dan l-istess ilma tan-new water, u taqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma trattat id-drenaġġ kollu li wasal għandha u rnexxielha tipproduċi l-ammont kollu ta’ New Water skont il-kapaċità tal-impjant. Dan l-ilma ntuża f’diversi nħawi fil-gżira Għawdxija. Il-Korporazzjoni pubblikat sejħa għall-offerti biex tiġi rduppjata l-figura kemm tat-trattament tad-drenaġġ kif ukoll tal-produzzjoni ta’ New Water.
CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”? Jista’ jgħid ukoll x’sar f’dan l-aħħar xahar u kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu ta’ kuljum fuq dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel fażi tal-proġett kienet tikkonsisti fit-tneħħija tas-siġar, arbuxelli u l-bajtar tax-xewk kollha, li matul iż-żmien kibru tul l-istruttura tal-akwadott. Dan il-proċess sar biex il-fdalijiet kollha tal-akwadott jiġu dokumentati. Biex jiġi assigurat li tintilef parti minn din l-istruttura, il-partijiet imwaqqa tal-akwadott ġew stivati fuq pallets. Min-naħa l-oħra, ix-xogħol rigward il-parti ta' ġewwa tal-akwadott issa tlestiet u saru surveys fotogrammetriċi tri-dimensjonali tal-fdalijiet tal-akwadott. Fl-istess waqt, qed isiru surveys tri-dimensjonali permezz ta’ laser scanners u dan biex jiġu dokumentati l-fdalijiet kollha tal-akwadott qabel dan jibda jinħatt. Ix-xogħol kollu ta' tindif qiegħed isir bl-idejn, u dan biex jiġi żgurat li ma ssirx ħsara lill-ġebel oriġinali. In-numru ta' ħaddiema fuq il-post ivarja, u dan skont in-natura tax-xogħol li jkun għaddej.
Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28524 dwar it-tender għal xogħlijiet relatati ma’ parti mit-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li ftit wara li kienet ittranġat bdiet tisfronda, issa li għadda s-sajf, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jistenna sabiex il-kuntrattur jibda bix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet humiex ser jitlestew kollha sal-aħħar tas-sena 2025?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħdin isiru l-preparamenti biex ix-xogħlijiet jinbdew fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-sezzjonijiet kollha tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u għal kull sezzjoni jgħid min huma l-membri tagħha u f’kull każ jgħid meta tiġi fit-tmiem il-ħatra ta’ kull membru? Jista’ jgħid ukoll min huma l-presidenti attwali tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, meta ġew maħtura u meta tiġi fit-tmiem il-ħatra ta’ kull president?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba kienet ġiet ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern datata 4 ta’ Ġunju, 2024 u kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-preżent it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva hemm maħtura żewġ Presidenti sabiex jamministrawh li huma l-Maġistrat Gabriella Vella u l-Maġistrat Charmaine Galea. Skont l-Art. 8(3) tal-Kap 490, l-President tat-Tribunal, meta jkun ex-Imħallef jew ex-Maġistrat, għandu jiġi maħtur għal perjodu ta’ erba’ snin u għandu jispiċċa minn din il-kariga meta jiskadi l-perjodu ta’ din il-kariga. F’każ ta’ Maġistrat jew Imħallef sedenti, li jokkupa din il-kariga m’hemmx żmien stipulat fil-liġi, u għalhekk din il-kariga tinbidel mill-President ta’ Malta, li jaġġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Penalitajiet amministrattivi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31340 dwar penalitajiet amministrattivi imposti mill-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn ġie mwieġeb li “kien hemm żewġ penali amministrattivi li ġew kkontestati. Iż-żewġ deċiżjonijiet ta’ dawn il-penali amministrattivi ħarġu fl-2024.”, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-appelli pendenti quddiem il-Qrati u għal kull istanza, jgħid kemm kien l-ammont tal-penali imposta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar- Rapport Annwali tal-Awtorita’ tax-Xandir 2024 li diġa tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni sabu xogħol full-time fl-Iskema tal-Community Work? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni sabu xogħol full-time fil-privat f’din l-iskema minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mill-2016 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, mitejn u tlieta u sittin (263) persuna sabu xogħol full-time.
Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ qed jirċievu l-persuni fl-Iskema tal-Community Work? Jista’ jgħid ukoll fejn qed isir ix-xogħol fil-komunità u minn kemm persuni fuq din l-iskema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-persuni fl-Iskema tal-Community Work irċivew taħriġ fis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
Award in Interpersonal and Communication Skill
Award in Basic Problem-Solving Skills
Award in Time Management Skills
Award in Workplace Ethics Skills
Award in Self-Awareness Skills
Award in Learning to Learn Skills
Award in Health & Safety
Award in General English
Award in Anger Management
Award in Teamwork Skills
Infurmat li dawn il-ħaddiema jkunu assenjati ma’ diversi entitajiet fosthom Kunsilli Lokali, skejjel, Ngo’s, dipartimenti u direttorjati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fl-Iskema tal-Community Work bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom fuq din l-iskema u jipprovdi l-ġeneri u l-etajiet tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Settembru 2025, huwa 991 persuna. Infurmat li 274 huma nisa u 717 huma rġiel.
Jista’ l-Ministru jagħti lista’ ta’ liċenzji ta’ armi tan-nar maqsuma skont il-kategoriji u jipprovdi n-numru ta’ reġistrati skont il-kategorija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-lista tal-liċenzji ta’ armi tan-nar, maqsuma skont il-kategoriji, tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm persuni li għandhom aktar minn liċenzja waħda minn dawk imsemmija.
Kategorija tal-liċenzja
Ammont ta’ persuni
*
liċenzjati
(*persuna jista jkollha aktar minn liċenzja waħda)
Hunting ground birds, sea birds, rabbit
12845
Targets A, B, A Special,
14746
Target B
8694
Collector A
1524
Collector B
6692
Setturi tal-kostruzzjoni, il-ġestjoni tal-proprjetà u l-kiri - Sigurtà soċjali mħallsa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31857 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid kemm kienet is-sigurtà soċjali mħallsa minn min iħaddem u l-impjegati fis-setturi tal-kostruzzjoni, il-ġestjoni tal-proprjetà u l-kiri għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31534 u ċjoè: B’referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq A.M. Valperga fil-Fgura (’l isfel mill-ground tal-futbol), tista’ l-Ministru tgħid għalfejn il-ħajt il-ġdid li qed jinbena mat-triq ma daħalx iktar ’il ġewwa sabiex il-karozzi jkunu jistgħu jipparkjaw b’mod vertikali (fish bone) u mhux orizzontali mat-triq, u b’hekk tkun tista’ tissolva parzjalment il-problema tal-parkeġġ fiż-żona? Tista’ tgħid ukoll jekk tali talba saritx mill-Kunsill Lokali wkoll?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li din it-talba tressqet lill-Awtorità responsabbli għan-netwerk tat-toroq.