Legislature:
Category:
Reset
Active:

PC Applications

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie approvat bħala PC Applications marbuta ma’ artijiet li b’mod speċifiku daħlu fl-iskema matul is-sena 2006? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm pendenti li għadhom mhux approvati u jindika n-numru u l-lokalità ta’ dawn l-applikazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 139 PC Application li 77 minnhom kienu għal bdil fil-linja tal-bini.  7 minn dawn ġew sottomessi qabel l-approvazjoni tar- Rationalisation of Development Boundaries fis-26 ta’ Lulju 2006. 62 applikazjoni oħra kienu għal bdil fiż- Zoning. Fil-5 ta’ Novembru 2025, kien hemm 26 applikazzjoni pendenti, u qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-numri f’kull Kunsill Lokali.

Bed stock - Applikazzjonijiet approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet dwar ‘bed stock’ turistiku f’pajjiżna mis-sena 2025 'il quddiem?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mil-bidu ta’ Jannar 2025 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat tnejn u disgħin applikazzjoni għal estensjonijiet jew żviluppi ġodda, li ser joħolqu żieda ta’ bedstock turistku, għal użi li jaqgħu fis-segwenti klassijiet ta’ żvilupp, kif kategorizzati fl-iskeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.15: KLASSI 3A - Guest Houses , Palazzini , Akkomodazzjoni - għal Turiżmu Boutique , Hostels KLASSI 3B – Hotels - Użu għal lukanda Dawn ma jinkludux djar residenzjali li jintużaw biex fihom joqogħodu anke it-turisti.

Fish farms - Rapporti ta’ monitoraġġ - Slime pollution

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kwalunkwe rapport ta’ monitoraġġ fuq il-fish farms li saru mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) b’relazzjoni mal-problema ta’ slime pollution li kien hawn fl-ibħra u x-xtajtiet fix-xhur li għaddew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument rigward 128 spezzjoni marittima mwettqa mill-ERA matul is-sajf tal-2025 bħala parti mill-monitoraġġ fuq il-fish farms tat-tonn. Dawn jinkludu kemm spezzjonijiet proattivi mingħajr ebda avviż fir-rigward tal-operaturi tal-fish farms, kif ukoll spezzjonijiet relatati ma' investigazzjonijiet ta' lmenti li ġew rappurtati lill-ERA fuq allegat slime fil-baħar. Jinżamm rendikont immedjat ta’ x’irriżulta waqt l-istess spezzjoni għal fini ta’ konformità mal-permess ambjentali tal-istess operaturi, u fejn jirriżulta li m’hemmx konformità mal-permess ambjentali tittieħed azzjoni tal-infurzar skont iċ-ċirkustanza.

Fish farms - Skimmers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il skimmer għandu kull operatur tal-fish farms u kemm minnhom jintużaw fl-istess ħin matul l-operat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-operaturi tal-fish farms għandhom obbligu li jkollhom kontinġenza ta’ prevenzjoni biex jiġi evitat skular ta’ żjut fil-baħar, mingħajr indikazzjoni speċifika dwar it-tagħmir li għandu jintuża. Hemm xi operaturi li għandhom skimmer, però kif ingħad, it-tip ta’ tagħmir mhux speċifikat fil-permess.

Fish Farms - Vjolazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru telenka lista sħiħa u dettaljata tal-każijiet kollha fejn kien hemm ksur tal-liġijiet u/jew tar-regolamenti ambjentali mill-operat tal-fish farms, li tindika n-natura ta’ kull ksur u l-multi amministrattivi imposti rispettivament, kif ukoll kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju li saret f’kull każ matul l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Limiti tar-Rabat - Barriera - Method statement

Question

B’referenza għall-każ ta’ backfilling illegali f’barriera li tinsab fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Santa Katerina fir-Rabat, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa tal-method statement għar-restawr tas-sit sottomess lill-Awtorità tal-Ippjanar u sussegwentement mibgħut lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- method statement għar-restawr tas-sit, sottomess lill-Awtorità tal-Ippjanar u lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, għadu mhux aċċettabbli għall-Awtoritajiet. Għaldaqstant mhux opportun li tali dokument jiġi ppubblikat qabel ma jiġi approvat.

Limiti tar-Rabat - Barriera - Method statement

Question

B’referenza għall-każ ta’ backfilling illegali f’barriera li tinsab fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Santa Katerina fir-Rabat, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa tal-method statement għar-restawr tas-sit sottomess lill-Awtorità tal-Ippjanar u sussegwentement mibgħut lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari  31879.

Skejjel primarji - Multi-sensory rooms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel sekondarji - Multi-sensory rooms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li ma għandhomx multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Farruġ – Proġett – Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ċitazzjonijiet - Tipjip fi stabbilimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejpu ġo stabbilimenti u kemm ingħataw ċitazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu lill-persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu fi stabbilimenti, bejn Jannar 2025 sal-31 ta’ Ottubru 2025 kien ta’ erba’ mija u erba’ (404) każi u sitta u tletin (36) kontravenzjoni kontra individwi li ppermettew it-tipjip ta’ dan it-tip fuq il-proprjetà tagħhom.

Il-Parlament - Accessibility audit

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-accessibility audit tal-binja tal-Parlament u meta tlesta dan l-audit?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninsab infurmata li qed isir l-abbokkament bejn il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) u l-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti dwar l-accessibility audit tal-binja tal-Parlament li qed tagħmel referenza għalih fl-interpellanza tagħha.

Reġistru tax-xogħol - Barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin fuq ir-reġistru biex ifittxu x-xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li dawk ifittxu xogħol full-time huma 183 Persuni mill-Unjoni Ewropea (jinkludu EU dependants) u 35 Persuni minn Pajjiżi Terzi (TCN's) (jinkludu long-term resident, UK nationals’ article 18 , freedom of movement by marriage, TCN family member of UK nationals). Infurmat li dawk li qed ifittxu xogħol part-time huma 19 Persuni mill-Unjoni Ewropea (jinkludu EU dependants) u 8 Persuni minn Pajjiżi Terzi (TCN's) (jinkludu long-term resident, UK nationals’ article 18 , freedom of movement by marriage, TCN family member of UK nationals).

Ambaxxata ta’ Malta fi New York - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna fi New York matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fi New York matul l-2024 u l-2025.

Ambaxxata ta’ Malta fi Brażilja - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna fi Brażilja matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta fi Brażilja matul l-2024 u l-2025.

Iż-Żejtun - Sussidji fuq il-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti ż-Żejtun li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 92 familja residenti ż-Żejtun li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €392,933.32.

Ambaxxata ta’ Malta f’Lisbona - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Lisbona matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Lisbona matul l-2024 u l-2025.