Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Direct orders ta’ inqas minn €2,000
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu
jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Direct orders ta’ inqas minn €2,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31762 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propoganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit li sar nhar it-Tnejn 27 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Baġit 2026?
Fid-dawl li diversi residenti talbu lil Enemalta biex il-meter tad-dawl tagħhom jiġi mibdul għal smart meter sabiex ikun jista’ jinqara mingħajr il-bżonn li jiġi l-meter reader, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni fil-lista ta’ stennija? Tista’ tgħid ukoll x’inhuma t-timeframes biex dawn il-meters jinbidlu, fid-dawl tal-fatt li hemm numru ta’ residenti ilhom xhur li għamlu din it-talba?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma eżattament il-kriterji biex persuna tidħol fl-iskema tal-‘Carers Allowance’ jew tal-‘Carers Grant’? Jekk persuna tkun diġà laħqet jew qabżet l-età tal-pensjoni, tista’ xorta tibqa’ jew tidħol f’din l-iskema?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Bus stop ‘Marżebb’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta l-bus stop ‘Marżebb’ f’St Peter’s Area, Ħaż-Żabbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dina d-domanda trid tiġi rivolta lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li naturalment tgawdi awtonomija vis-a-vis il-politiku.
Tista’ l-Ministru telenka lista bil-proġetti kollha ta' Project Green li bdew u tlestew, dawk li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuqhom u għadhom pendenti, kif ukoll dawk li għadhom fi stadju ta' ppjanar u/jew konsultazzjoni? Tista’ tgħid kull wieħed meta beda, meta tlestew (jekk tlestew), u f'każ li għadhom pendenti meta huwa mistenni li jitlestew? Tista’ wkoll tgħid, kemm swew jew se jiswew, il-lokalità u post fejn jinsabu, u deskrizzjoni qasira ta’ kull proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet għaddejjin preżentement fuq l-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar? Jista’ jgħid ukoll kemm ilu li beda tali xogħol u meta se jitlesta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħala parti mill-istrateġija tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (DPĊ) u l-programm tal-Gvern, l-istazzjonijiet kollha tad-DPĊ qed jiġu rinnovati jew mibnija mill-ġdid sabiex ilaħħqu mal-isfidi li d-DPĊ qed tiffaċċja llum.
Bħalissa hemm l-istazzjon tal-Furjana li qed jinbena ġdid sabiex id-DPĊ tkun tista’ timxi mill-garaxx tal-Pulizija għal dan l-istazzjon ġdid. Dan il-proġett beda fis-sena 2024 u stmat li jitlesta fis-sena 2027.
Hemm ukoll stazzjon ġdid li ser jinbena l-Magħtab sabiex id-DPĊ tkun tista’ tibda isservi minn hemm minflok mill-compound tal-FAM f’Pembroke bil-proġett maħsub jibda fis-sena 2026 u jitlesta fis-sena 2027.
Qed isir xogħol preparatorju biex jiġu ippublikati tenders għal bdil ta’ l-istazzjon ta’ Delimara u Għawdex.
Finalment, għadu kif spiċċa x-xogħol fuq il-kwartieri tad-DPĊ Siġġiewi, b’din il-faċilità mistennija terġa’ tkun operattiva fix-xhur li ġejjin.
Persuni li għalqu s-snin ta’ servizz u baqgħu jaħdmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni preżentement li baqgħu jaħdmu għalkemm għalqu s-snin ta’ servizz, u għal kemm-il sena baqgħu jaħdmu wara li għalqu s-servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-Korpi Dixxiplinati hemm 382 persuna li għandhom aktar minn 25 sena servizz u għalhekk illum qed igawdu mill-inzijattivi li daħħal il-Gvern f'din il-leġislatura, u cioe' dawk marbuta ma’ pensjoni għola tas-servizz u l-allowance b'saħħitha lil dawk ta' aktar minn 29 sena servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu previst li se jkun hemm persuni li se jagħlqu s-snin ta’ servizz fil-ħames snin li ġejjin, u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u għal kull korp separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li se jilħqu l-25 sena servizz għal kull korp fil-ħames snin li ġejjin tinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt. Kif provdut f'mistoqsija parlamentari numru 31990 aktar ħaddiema qed jestendu s-servizz aktar minn 25 sena u dan bis-saħħa ta' inizjattivi introdotti mill-Gvern matul din il-leġislatura.
Membri tal-Korp li se jagħlqu 25 sena servizz
2026
2027
2028
2029
2030
Forzi Armati ta’ Malta
6
48
81
2
14
Protezzjoni Ċivili
0
0
0
0
0
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
0
0
0
28
0
Pulizija
20
53
72
6
87
Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi - Uffiċjali u persuni ċivili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ uffiċjali u persuni ċivili separatament fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili - Uffiċjali u persuni ċivili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ uffiċjali u persuni ċivili separatament fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni hija hekk kif ġej:
Sena
Uffiċjali
Persuni Ċivili
2021
272
21
2022
270
12
2023
267
21
2024
382
19
2025
367
28
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm prospetti li jiżdied il-‘bed stock’ f’pajjiżna mis-sena 2026 sas-sena 2029?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 24451. Ninfurmah li tbassir fuq akkommodazzjoni turistika fuq numru ta’ snin futuri jista’ jkun prematur anke fid-dawl ta’ tibdil li l-Gvern qed iħabbar fir-regolamenti tal-akkommodazzjoni turistika f’dawn il-ġranet.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm sodod turistiċi bħalissa, u jaqsam din l-informazzjoni kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod turistiċi għal Malta u Għawdex sa Ottubru 2025 huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
Licences - October 2025 (Accommodation)
Malta
total premises
total bedrooms
total beds
Guest Houses
197
2439
4948
Hostels
37
723
2526
Hotels
170
19300
39599
Tourist Village
1
186
738
Holiday Furnished Premises
6094
12350
23576
Host Families
1272
2082
3683
Gozo
total premises
total bedrooms
total beds
Guest Houses
31
375
769
Hostels
2
18
34
Hotels
19
824
1638
Holiday Furnished Premises
1522
4070
8160
Host Families
182
422
633
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30452, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk f’dan l-istadju ġietx diskussa l-kompożizzjoni tal-Ġudikanti tat-Tribunal Speċjali għall-Ukraina u l-metodu ta’ kif dawn ser jinħatru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tribunal ser ikunu magħmul minn 3 Kmamar b’formazzjonijiet differenti:
(a) Imħallef wieħed bħala l-Imħallef ta' Qabel il-Proċess (Pre-Trial Judge);
(b) tliet Imħallfin f'Kamra tal-Proċess (Trial Chamber);
(c) ħames Imħallfin f'Kamra tal-Appell (Appeals Chamber).
Il-Membri u l-Membri Assoċjati tal-Management Committee tal-Enlarged Partial Agreement ser ikunu jistgħu jipproponu kandidati għar-roster tal-Imħallfin, liema roster se tkun magħmula minn 15-il Imħallef. Se jkun hemm Bord konsultattiv indipendenti li ser jirrakkomanda lill-Management Committee l-aktar kandidati adattati għal din ir-roster. Sussegwentement, il-Management Committee ser teleġġi l-Imħallfin li ser jitqiegħdu fuq ir-roster b'vot sigriet, b'maġġoranza assoluta u għal perjodu ta' disa' snin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx avukati impjegati full-time mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jekk huwa l-każ, jagħti lista ta’ min huma?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandha żewġ impjegati full-time li huma avukati. Dawn huma Marc Sant impjegat bħala Senior Manager Legal u David Mifsud li huwa Direttur.