Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Korp tal-Pulizija – Annimali li jagħtu servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma u f’liema units iservu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġibiet parlamentari 31335, 31336 u 31337.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - priġunieri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28862 dwar kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bħalissa, jista’ l-Ministru jagħti l-kwantità u l-ġeneru skont il-pajjiżi msemmija fl-istess tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fl-1 ta’ Novembru 2025 kien hemm 733 -il persuna fil- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. In-nazzjonalità u l-ġeneru tagħhom huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Nationality Male Female ALBANIAN 8 ALGERIAN 3 BANGLADESHI 1 BELGIAN 1 BOSNIAK 1 BRAZILIAN 2 1 BRITISH 7 BULGARIAN 3 BURKINABE 1 CANADIAN 1 CAPE VERDEAN 1 CHADIAN 2 CHILEAN 1 CHINESE 2 COLOMBIAN 8 3 CONGOLESE 1 CROATIAN 3 DANE 1 DOMINICAN 1 2 DUTCH 6 1 ECUADORIAN 3 1 EGYPTIAN 3 ERITREAN 6 ETHIOPIAN 3 FILIPINO 1 1 FRENCH 5 GAMBIAN 9 GEORGIAN 5 GERMAN 6 GHANAIAN 3 GREEK 2 1 GUINEA-BISSAU NATIONAL 1 1 HUNGARIAN 3 1 INDIAN 8 IRAQI 1 IRISH 2 ITALIAN 21 IVOIRIAN 3 JAPANESE 1 KUWAITI 1 LIBYAN 30 MACEDONIAN 6 MALAYSIAN 4 MALIAN 2 MALTESE 320 37 MOLDOVAN 1 MONTENEGRIN 1 MOROCCAN 9 1 NEPALESE 1 NIGERIAN 18 NIGERIEN 2 NORWEGIAN 1 PAKISTANI 5 PALESTINIAN 1 PANAMANIAN 1 1 PERUVIAN 2 2 POLISH 2 PORTUGUESE 4 1 ROMANIAN 19 1 SENEGALESE 2 SERB 12 1 SEYCHELLOIS 1 SLOVAK 2 SLOVENE 2 SOMALI 43 2 SPANIARD 2 1 SUDANESE 11 SURINAMESE 1 SWEDE 1 SYRIAN 13 1 TOGOLESE 1 TUNISIAN 4 TURK 2 UKRAINIAN 2 1 VENEZUELAN 1 2

Tfal imwielda Malta minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27303 u 29013 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid kemm hawn tfal minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi li twieldu f’Malta?  Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi terzi ġejjin dawn it-tfal u li bħalissa qegħdin hawn Malta u jaqsam din l-informazzjoni b’numri u persentaġġi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tax credits – Persuni li jġibu l-PhD

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29897, dwar ir-“Regoli dwar il-Kreditu tat-Taxxa (Kwalifiki ta' Edukazzjoni Ogħla)”, peress li l-imsemmija klawsola tgħid li din “tingħata lil individwu li għadu ma laħaqx l-età ta' erbgħin sena fid-data li fiha beda l-kors jew il-programm ta' studju inkwistjoni”, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx konsiderazzjoni li din titwessa' għal persuni ta’ 'l fuq minn 40 sena, partikolarment meta qegħdin inħeġġu l-“lifelong learning”?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li dan is-suġġeriment jista’ jiġi kkunsidrat.

Lift fi blokka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex jiġi installat lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu t-timeframe biex jiġi installat dan il-lift, fid-dawl li hemm diversi residenti anzjani li għandhom diffikultajiet ta’ mobilità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m’hemmx applikazzjoni attiva għall-installazzjoni ta’ lift fil-Blokka li saret referenza għaliha separatament. Infurmat li l-applikazzjoni li kien hemm ġiet irtirata peress li m’hemmx spazju biżżejjed fit-tromba tal-komun.

Lift fi blokka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex jiġi installat lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu t-timeframe biex jiġi installat dan il-lift, fid-dawl li hemm diversi residenti anzjani li għandhom diffikultajiet ta’ mobilità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent m’hemmx applikazzjoni attiva għall-installazzjoni ta’ lift fil-Blokka li saret referenza għaliha separatament. Infurmat li l-applikazzjoni li kien hemm ġiet irtirata peress li m’hemmx spazju biżżejjed fit-tromba komun.

Rimi ta’ skart

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29465, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’tip ta’ kollaborazzjoni hemm bejn il-Ministeru tiegħu, jew minn xi awtorità li taqa’ taħtu, flimkien mal-awtorità li hi responsabbli mill-aċċertamenti operattivi ta’ kif jintrema l-iskart, li qed issir referenza għalihom fl-istess tweġiba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nenfazizza l-fatt li aċċertamenti operattivi relatati ma’ skart ma jaqgħux taħt ir-responsabbilita’ tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, madankollu ma jfissirx li ma jkunx hemm kuntatti u kollaborazzjoni ma’ Awtoritajiet ohra, kunsilli lokali, reġjuni u dipartimenti oħra tal-Gvern.

San Pawl il-Baħar - Il-Bajja Tax-Xama’ - Xogħlijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex waslu l-preparamenti biex il-Bajja Tax-Xama’, ħdejn l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, tiġi rranġata qabel is-sajf li ġej, peress li din il-bajja kellha tiġi rranġata sa mill-2021? Jista’ jgħid ukoll liema xogħlijiet huma mistennija li jitlestew sas-sajf li ġej fil-bajja u madwar il-bajja fil-ponta tal-Qawra? Liema xogħlijiet oħra huma mistennija li jsiru fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, l-Imġarr (Malta) u l-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-ponta tal-Qawra, l-MTA qed tagħmel eżerċizzju sabiex tivverifika jekk hemmx bżonn li jsir xogħol ta’ manutenzjoni qabel is-Sajf li ġej. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant, li l-MTA hija nvoluta fir-riġenerazzjoni tal-pjazza prinċipali ta’ Buġibba u l-inħawi tal-madwar. Fir-rigward tal-Bajja tax-Xama’, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Appartamenti ‘short lets’ - Permessi mill-MTA

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid preżentement kemm hu n-numru ta’ appartamenti ‘short lets’ bil-permessi mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) madwar Malta u Għawdex, maqsuma lokalità b'lokalità? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġi assigurat li dawn l-appartamenti jiddisponu mill-iskart tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ propjetajiet magħrufa bħala Holiday Furnished Premises (HFP) huwa ta’ 7,616 u li dawn huma maqsumin fil-lokalitajiet skond it-tabella ta’ hawn taħt. Fir-rigward tad-disposizzjoni tal-iskart għandu jiġi ċċarat li l-verifika operattiva dwar kif jintrema l-iskart minn dawn il-propjetajiet ma taqax taħt ir-responsabbilita’ esklussiva tal-MTA. Madankollu, dejjem jiġi enfasizzat li l-iskedi tal-ġbir tal-iskart li tindika x’tip ta’ skart jinġabar u meta, għandha titwaħħal b’mod viżibbli. HFP Malta by Locality Attard 7 Bahar ic-Caghaq 3 Bahrija 1 Balzan 6 Birkirkara 24 Birzebbugia 65 Bugibba 68 Burmarrad 2 Cospicua 88 Dingli 7 Fgura 12 Floriana 106 Gharghur 6 Ghaxaq 30 Gudja 9 G Mangia 2 Gzira 358 Hamrun 45 Ibrag 3 Iklin 7 Kalkara 35 Kappara 1 Kirkop 5 Lija 2 Luqa 14 Madliena 1 Marsaskala 268 Marsaxlokk 98 Mdina 11 Mellieha 395 Mgarr 34 Mosta 32 Mqabba 5 Msida 162 Mtarfa 1 Naxxar 40 Paola 10 Pembroke 15 Pieta 73 Qawra 81 Qormi 6 Qrendi 8 Rabat 53 Safi 5 San Gwann 51 Senglea 80 Siggiewi 13 Sliema 873 St Julians 885 St Pauls Bay 839 St Venera 13 Swieqi 378 Ta Xbiex 29 Tarxien 13 Valletta 505 Vittoriosa 80 Xemxija 22 Xghajra 11 Zabbar 28 Zebbug 20 Zejtun 31 Zurrieq 19 HFP Gozo by locality Fontana 13 Ghajnsielem 88 Gharb 154 Ghasri 110 Kercem 58 Marsalforn 183 Mgarr 3 Munxar 27 Nadur 77 Qala 103 Rabat 97 San Lawrenz 40 Sannat 50 Sta Lucia 1 Xaghra 224 Xewkija 38 Xlendi 124 Zebbug 132

Ix-Xgħajra - Fortizza tal-Grazzja - Tiswija tal-bieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Kunsill Lokali tax-Xgħajra sabiex jiġi rranġat il-bieb li hu tant perikoluż tal-Fortizza tal-Grazzja f’din l-istess lokalità?   Jista’ jgħid ukoll x’rapport ħejja u/jew ippreżenta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li propju nhar it-Tlieta 4 ta' Novembru 2025, il-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja inqala biex jiġi restawrat.

Il-Fgura - Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31371 u 31749 rigward ix-xogħlijiet li għaddejjin biex tiġi rranġata Triq il-Karmnu, l-Fgura, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awtorità kkonċernata hijiex qed tieħu ħsieb li tara li jkun hemm qlib tal-ilma tajjeb għal ġol-culverts, peress li bħalissa l-ilma qed jieqaf f’nofs tat-triq ftit qabel il-grada tal-iskola, u dan fid-dawl tal-fatt li f’partijiet tat-triq, speċjalment bejn Triq Buqexrem u Triq l-Iskola, il-qlib tat-triq qiegħed għan-nofs, meta ovvjament il-culverts qegħdin fil-ġenb?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin jiġu assessjati alternattivi oltre biex inkomplu ntaffu din il-problema.

KM Malta Airlines - Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-impjegati tal-KM Malta Airlines matul l-2025 huma eks impjegati tal-Air Malta, u kemm minnhom huma impjegati ġodda?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 21949.

KM Malta Airlines - Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tal-KM Malta Airlines u tal-Ministeru fuq il-KM Malta Airlines u fuq l-avjazzjoni għas-sena 2024 u 2025, u jagħti rendikont tal-ispiża tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 25132.

KM Malta Airlines - Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġu ppubblikati l-accounts tal-KM Malta Airlines, issa li ilha topera mill-31 ta’ Marzu 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 26542.

Kemmuna - Blue Lagoon - Booking system - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’miżuri ta’ infurzar saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) sabiex jiżguraw li ħadd ma żar il-Blue Lagoon f’Kemmuna mingħajr ma kien applika bil-booking system tal-MTA? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna nqabdet li żaret il-Blue Lagoon mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm u għad hemm sistema ta` sorveljanza fuq żewġ stanzi minn uffiċjala tal-MTA u ta’ Transport Malta: 1.    Attendenza ma’ kull dgħajsa minn kull punt ta’ partenza f’Malta u Għawdex, sabiex jiġi aċċertat li kull persuna li tembarka fuq dgħajsa, jkollha il-QR Code u għalhekk ir-wrist band. 2.    Kien hemm u għad hemm operat ta’ patrolling li jiċċirkonda iz-zona tal-Blue Lagoon li tkopri influss minn max-xatt u naturalment minn wara fuq l-art; tali patrolling jieħu ħsieb biex jidħlu persuni li kellhom u li għandhom jew il-biljett fuq iċ-ċellulari, jew li kellhom brazzuletta mal-polz skond it-time slot.  Dan il-patrolling qiegħed hemm appuntu biex jikkontrolla d-dħul ta’ persuni mill-art ukoll. Kull min resaq kemm mill-art jew mill-baħar u ma kellux QR code [biljett diġitali jew mitbugħ] tlabnieh biex jipprenota minn fuq iċ-ċellulari dak il-ħin u ingħata brazzulletta skond it-time slot.

Kemmuna - Blue Lagoon - Numru ta’ viżitaturi

Question

Fid-dawl li f’Settembru tas-sena 2025 l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) stqarret li n-numru ta’ viżitaturi għall-Blue Lagoon f’Kemmuna niżel minn 12,000 għal 3,830 fit-22 ta’Awwissu 2025, figura li skont l-MTA kienet l-aktar ġurnata li kien hemm viżitaturi, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-data kollha miġbura ta’ viżitaturi, sa minn meta bdiet tiġi operata s-sistema ta’ booking u capping, u jaqsam din l-informazzjoni ġurnata b’ġurnata, u shift b’shift?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figuri ta’ 12,000 u 3,830 mhumiex figuri ta’ ġurnata sħiħa imma ta’ slot partikolari matul ġurnata. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-data relatata, kif ukoll Press Release li kienet ħarġet l-MTA f’dan ir-rigward.

Kemmuna - Blue Lagoon - Numru ta’ viżitaturi

Question

Fid-dawl li aktar kmieni din is-sena l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) stqarret li fis-sajf tal-2024 ’il fuq minn 12,000 turist kienu jżuru l-Blue Lagoon f’Kemmuna f’ħin wieħed fl-eqqel tas-sajf, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u d-data kollha miġbura mill-MTA ta’ kif waslet għal din il-figura ta’ 12,000 viżitatur f’ħin wieħed?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni li toħroġ minn rapport li sar minn kumpanija ewlenija tat-telekomunikazzjoni Maltija.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall- Politika Soċjali u D- Drittijiet tat-Tfal, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.