Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31397 fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice u s-Summary Responsibility Form relatati max-xogħlijiet ta’ tindif fil-Wied ta’ Marsalforn, fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Kittina, li nbeda f’dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-Commencement Notice u s-siteplan ta’ fejn saru ix-xogħlijiet. Is-
summary responsibility form
hija
online form
li timtela fuq il-portal tal-BCA.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSEs u għalliema tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja li fis-sena skolastika 2024-2025 kienu jaħdmu Malta u f’din is-sena skolastika 2025-2026 bdew jaħdmu f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll f’liema skola dawn qed jaħdmu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
School
Seniority
Medical / confinement
Total
TEACHER
LSE
TEACHER
KGE
LSE
Gozo College
5
4
5
4
1
19
Għajnsielem Primary
1
1
MAVC Gozo VPA
1
1
2
Qala Primary
1
1
Sannat Special Unit
1
1
Victoria MS
2
3
2
7
Victoria Sec
3
3
Total
8
7
11
4
4
34
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni preċiża dwar meta ser tinfetaħ it-triq tant meħtieġa fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far fejn hemm spazji diġà allokati lill-imprendituri mill-INDIS Malta Limited?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob l-Onor. Interpellant jippriċiża għall-liema triq qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk apparti l-proġett ta’ reklamazzjoni tal-art fiż-żona tal-Freeport li ssemma fid-diskors tal-Baġit mill-Ministru għall-Finanzi, xi proġetti għandu l-Gvern biex fix-xhur li ġejjin ivara proġetti ta’ ‘land reclamation’ f’pajjiżna li dwarhom diġà sar ħafna xogħol?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Kif ġie mħabbar fil-baġit fix xhur li ġejjin ħa jitniegħda process ta konsultazzjoni ghal Progett tal land reclamation lil hinn mill-Freeport. Ninforma lil Onor interpellant li bħalissa diġà ghaddej progett ta land reclamation ġewwa l Freeport.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk jikkonsidrax li jkun hawn ‘Special Designated Areas’ f’Malta u Għawdex li fihom biss tista’ ssir akkomodazzjoni turistika tat-tip Airbnb?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-liġi tal-akkommodazzjoni li qed tiġi proposta u li ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika, hemm proposta li tħalli lill-Gvern li jkun jista’ joħloq kundizzjonijiet partikolari f’zoni jew lokalitajiet speċifiċi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li b’xi mod wieħed jirregola l-akkomodazzjoni tat-tip Airbnb f’pajjiżna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadha kemm ġiet ippubblikata proposta ta’ liġi sabiex tirregola l-akkomodazzjoni ta’ kull tip, kemm dik kollettiva kif ukoll dik privata. Din il-proposta ta’ liġi tinkludi regolamenti speċifiċi li jindirizzaw din it-tipoloġija ta’ akkomodazzjoni privata. F’dan l-istadju, il-liġi proposta ġiet ippubblikata u tinsab għal konsultazzjoni pubblika.
Il-Ministeru mhux biss ippropona liġi u regolamenti ġodda, iżda qed iħejji wkoll sabiex jiġu implimentati żewġ proġetti pilota f’żewġ lokalitajiet speċifiċi, sabiex ikunu jistgħu jiġu ndirizzati uħud mill-effetti li jħallu dawn it-tipi ta’ akkomodazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm mit-turisti ‘inbound’ qed joqogħdu f’akkomodazzjoni tat-tip ‘Airbnb’ mis-sena 2021 'il quddiem?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu tal-akkomodazzjoni jiġi klassifikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Għandu jiġi nnutat li ‘Airbnb’ mhix tip ta’ akkomodazzjoni, iżda pjattaforma li permezz tagħha t-turisti jistgħu jagħżlu l-akkomodazzjoni tagħhom, li ġeneralment taqa’ fil-kategorija ta’ ‘other rented’ kif muri fit-tabella.
Fl-2024, tletin fil-mija (30%) tat-turisti għażlu din it-tip ta’ akkomodazzjoni, u tendenzi riċenti juru li dan il-perċentwal qed jiżdied.
Inbound Tourists by Type of Accommodation
2021
2022
2023
2024
Rented accommodation
824,270
2,017,112
2,667,173
3,245,037
Collective
623,186
1,452,452
1,867,997
2,174,146
Other rented
201,084
564,660
799,176
1,070,892
Non-rented accommodation
143,866
269,485
314,303
318,581
Total
968,136
2,286,597
2,981,476
3,563,618
Share of tourists staying in 'other rented accommodation'
20.8%
24.7%
26.8%
30.1%
Source: NSO
Note:
Other rented accommodation comprises holiday furnished premises (farmhouses, flats and villas), host families, marinas, paid-convents, rented yachts and student dormitories.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kienet il-‘length of stay’ tat-turisti mis-sena 2015 sas-sena 2024, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella ta’ hawn taħt. Din turi l-medja ta’ ljieli tat-turisti li żaru Malta bejn is-sena 2015 u s-sena 2024. Wieħed jinnota li matul dan il-perjodu, il-medja ta’ ljieli naqset b’mod gradwali, minn 7.9 iljieli fl-2015 għal 6.4 iljieli fl-2024.
Average Length of Stay
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
2024
January
8.1
7.7
7.1
6.8
7.1
6.3
13.8
9.7
7.6
5.9
February
7.1
7.2
6.5
6.1
6.2
5.8
12.4
8.0
6.2
6.0
March
7.1
6.9
6.1
6.5
6.4
5.9
14.9
6.7
6.1
5.8
April
6.7
6.6
6.3
6.3
6.2
n/a
17.2
6.2
6.1
5.5
May
6.8
6.6
6.6
6.6
6.3
n/a
10.9
6.1
5.9
5.8
June
7.4
7.5
7.0
7.1
6.9
n/a
9.1
6.5
6.6
6.6
July
9.0
8.6
8.4
8.2
7.9
12.2
9.2
8.3
7.8
7.2
August
9.6
9.4
9.0
8.7
8.6
9.4
8.6
8.2
7.8
7.4
September
8.4
7.9
7.8
7.5
7.3
9.3
7.9
8.0
7.2
6.9
October
7.6
7.2
6.8
6.7
6.7
8.6
7.6
6.6
6.6
6.2
November
7.4
6.8
6.3
6.3
6.3
14.3
6.9
6.9
6.4
6.5
December
8.4
7.1
7.2
7.2
6.9
17.6
10.2
7.1
6.7
6.3
Total
7.9
7.6
7.3
7.1
7.0
7.9
8.7
7.3
6.8
6.4
Source:NSO
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il safra għamel il-Kummissarju tal-Films fl-2024 u 2025? Jista’ jgħid ukoll għal kemm żmien damet kull safra u kemm ġiet tiswa?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna fl-Awstralja matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma
li saret mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fl-Awstralja matul l-2024 u l-2025.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-High Commission ta’ pajjiżna fil-Kanada matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fil-Kanada matul l-2024 u l-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Wied il-Għajn li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025 u kemm ġie mħallas komplessivament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar, matul is-snin 2024 u 2025, kellha 336 familja residenti f’Wied il-Għajn li bbenefikaw minn sussidji fil-kera, b’nefqa ta’ €1,536,292.36.
CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31278 rigward is-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema Ministeru huma assenjati d-991 ħaddiem ġewwa Għawdex u Malta?
Birkirkara - Villa Lauri - Proġett
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proġett ta’ Villa Lauri f’Birkirkara? Jista’ jgħid ukoll:
i. Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu fuq din il-binja biex tibda tintuża?
ii. Kemm kien il-fond allokat għal din il-binja fil-baġit għas-sena 2025 u kemm intefqu minnhom sa issa?
iii. Kemm hi stmata li se tkun l-ispiża globali fuq din il-binja biex tibda tintuża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-binja Villa Lauri tlesta u fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi installata l-għamara. Id-dettalji dwar l-ispiża globali jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Dawn l-ispejjeż – hekk kif indikdati – jkopru t-tenders segwenti:
Civil Works tender - CT2253/2019, Finishing Works tender - CT2205/2021 u Kitchen, Kitchenettes and Laundry tender - SPD3/2023/003.
Għawdex - Skejjel tal-Gvern - Livell primarju u kindergarten
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ tfal li bħalissa qed jattendu l-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju u kindergarten f’Għawdex, maqsuma skola skola, u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika u kemm minnhom huma barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel imsemmija t’Għawdex hemm total ta’ 1,855 student.
Għawdex - Għalliema u LSEs tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31031, jista’ l-Ministru jgħid kemm mis-724 għalliema u LSEs tal-Kindergarten, tal-Primarja u tas-Sekondarja bdew jaħdmu f’Għawdex fis-sena skolastika 2025-2026 u jaqsam din l-informazzjoni skola skola u skont il-kategoriji rispettivi tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sigurta u l-privatezza tal-individwi m’għandix xi nżid ma dak li diġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari 31031.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – Annimali li jagħtu servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma u f’liema units iservu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa hemm seba’ (7) klieb li joperaw fit-taqsima tal-
Arson Investigation
, responsabbli mill-identifikazzjoni ta’ fjuwil, u fit-taqsima tal-USAR fejn il-klieb jitħarrġu fit-tiftix ta’ vittmi qalb it-tifrik.
Il-Forzi Armati ta’ Malta – Annimali li jagħtu servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma u f’liema units iservu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mhemmx annimali jagħtu s-servizz tagħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta.