Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall- Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Finanzi - Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kama kopja tar-rapport tal-awditjar dwar il-105 deals li ġew analizzati mill-Awtorità tal-Artijiet li għamlet referenza għalihom iċ-Chief Auditor tal-istess Awtorità fir-rapport annwali tas-sena 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-awditjar dwar il-105 deals huma inklużi fl-Internal Audit Annual Reports 2024 tal-Awtorita’ tal-Ippjanar li kopja tiegħu diġà giet preżentata fil-Parlament.
Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri tieħu l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex jiġu evitati każijiet fejn jiġu imposti multi lil persuna żbaljata għal boroż/kaxxi/konenituri b’isem u/jew dettalji ta’ xi ħadd stampat fuqhom li jiġu mormija, deliberatament jew le, f’post pubbliku minn persuna terza?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għandhiex policy jew linji gwida uffiċjali li jgħidu li f’każ li tinsab borża ta’ skart b’indirizz jew dettalji oħra ta’ identifikazzjoni stampati fuqha f’post pubblika, din waħedha titqiesx bħala ‘sufficient evidence’ biex tinħareġ
Notice of Intent to Impose an Administrative Fine
? Jekk teżisti tali policy, tista’ l-Ministru tgħid meta ġiet approvata, fejn tinsab fuq is-sit elettroniku tal-awtorità? Jekk jirriżulta fin-negattiv, fuq liema bażi qed jinħarġu dawn il-multi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il multa amministrattiva nħarġet fl-2024, u mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-lum, mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) f’każijiet ta’ littering fejn l-unika evidenza kienet borża jew kontenitur bl-isem jew indirizz tal-allegat kontravenjent? F’dawn il-każijiet imsemmija, kemm minnhom wasslu biex tiġi imposta multa effettiva u f’kemm-il każ il-Bord aċċeda għall-petizzjonijiet sottomessi lilu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li kemm matul l-2024 u l-2025, kien hemm numru ta’ multi maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) abbażi ta’ dettalji personali ta’ individwi misjuba f’boroż tal-iskart li jkunu nħarġu fil-ġurnata jew ħin mhux skont l-Iskeda Nazzjonali għall-Ġbir tal-Iskart. Biss, filwaqt li jista’ jingħata t-total ta’ multi maħruġin fil-perjodu konċernat, tali klassifikazzjoni u livell ta’ dettall mitlub mill-Onor. Interpellanta ma jinżammx fis-sistema elettronika uffiċjali tal-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx ix-xogħlijiet li kellhom isiru fuq it-toilets pubbliċi tal-Buskett? Jekk jirriżulta fin-negattiv, jista’ l-Ministru jgħid ir-raġuni għalfejn ix-xogħol għadu ma bediex minkejja li l-permess għal tiswija ta’ ħsarat strutturali u rikostruzzjoni kien approvat is-sena li għaddiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31329 dwar x’xogħlijiet qed jsiru fi Triq Giuseppe Calì, Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm previst daqshekk dewmien sabiex jiġu eżegwiti x-xogħlijiet neċessarji u jindika jekk ix-xogħlijiet hux qed isiru ta’ kuljum?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31329, ninfurmah li dan huwa timeline realistiku meta jiġi kkunsidrat ix-xogħol li qiegħed isir.
FSWS - Passi li jittieħdu f’każijiet fejn koppji jgħixu f’postijiet dilapidati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jittieħdu ma’ dawk il-koppji li jkunu ser jittieħdulhom it-tfal mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) minħabba li jkunu jgħixu f’postijiet dilapidati?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza din id-domanda lill-Ministeru ikkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-miżuri li ttieħdu fir-rigward tas-saħħa mentali tal-ħaddiema, b’mod partikolari dawk il-ħaddiema b’diżabilità, bħalma kien sar f’pajjiżi oħra madwar id-dinja wara l-pandemija?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu għall-liema ħaddiema qed jirreferi.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħata mill-Ministeru tiegħu għal xogħol fit-Terminal ġewwa l-Port tal-Imġarr Għawdex, fil-Parkeġġ ta’ taħt l-art u fil-Marshalling Area, u għal kull każ jgħid lil min ingħataw, x’kien l-ammont u liema xogħol kien ikopri?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppublikata perjodikament fuq il-Gazzetta tal-Gvern.