Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31355 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hemm persuni mniżżla fuq is-Sex Offenders Register? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura biex jiġi mħares li dawn il-persuni ma jerġgħux jagħmlu reat simili?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reġistru ta’ persuni mixlija b’reati ta’ natura sesswali, kif ukoll persuni oħra kkundannati li jkunu wettqu reati ta’ vjolenza gravi, ġie stabilit permezz ta’ Att Nru XXIII tal-2011. Dan l-Att, inter alia, jiddetermina li r-responsabbiltà għaż-żamma tar-reġistru hija tal-Reġistratur tal-Qorti. Sal-ġurnata tal-lum, hemm 145 persuna mniżżla fuq dan ir-reġistru.
Akkomodazzjoni soċjali - Lista ta’ stennija għall-ġenituri li għandhom tfal b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tingħatax attenzjoni partikolari lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal b’diżabilità, li jkunu fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanti kollha jsirilhom Initial Assessment, kif ukoll fejn hu possibbli ssir follow-up visit minn fejn saret l-applikazzjoni biex l-Awtorità jkollha l-informazzjoni adekwata li twassal il-Bord tal-Allokazzjoni jara l-bżonnijiet kollha tal-familja, speċjalment għall-familji fejn hemm individwi b’diżabilità.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31030 u 31407 fl-intier tagħhom u jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq l-Emigranti, fin-Nadur? Jista’ jgħid ukoll kemm fiha tul din it-triq, meta ser jitlesta minn kollox (xahar u sena) ix-xogħol f’din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill Onor interpellant li x-xogħol se jitkompla mill-kuntrattur inkarigat fil-gimgħat li ġejjin wara li WSC lestew x-xogħlijiet tagħhom.
CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry For Gozo
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26919 u ċjoè: B’referenza għas-sejħa CT2361/2022 – Framework Agreement for the Provision of General Road Works including the Laying of Asphalt for the Ministry for Gozo, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru mill-1 ta’ Novembru 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, liema xogħlijiet tlestew minn kollox, fejn saru permezz ta’ din is-sejħa u kemm ġiet tiswa kull biċċa xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
CT3003/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF ULYSSES GROVE IN XEWKIJA, GOZO WITH A REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT – Proċess ta’ aġġudikazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa “CT3003/2025 TENDER FOR THE UPGRADING OF ULYSSES GROVE IN XEWKIJA, GOZO WITH A REDUCED ENVIRONMENTAL IMPACT” li għalqet fit-12 ta’ Ġunju 2025, u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni u meta hu maħsub li jiġi konkluż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender li qed issir referenza għalih, bħalissa jinsab fi stadju ta’ aġġudikazzjoni.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Sejħa għal Labourers f’Għawdex
Question
B’referenza għall-aħħar sejħa esterna (minn barra) mill-Ministeru tiegħu sabiex jiġu ingaġġati labourers f’Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati, kemm damu miftuħa u x’tip ta’ kwalifiki u esperjenza ried ikollu min japplika? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li applikaw għal din is-sejħa, kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa, u kemm minnhom għaddew mill-Interview?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma saret l-ebda sejħa esterna għall-ingaġġ ta’ labourers f’Għawdex. Is-sejħa li kien hemm dan l-aħħar kienet għal-labourers biex jimtlew vaganzi fis-servizz kollu tas-saħħa. Is-sejħa saret skond il-ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Unionijiet relevanti li jirrigwardaw il-Klassi Industrijali. Din is-sejħa ġiet maħruġa permezz ta’ Jobsplus u ppubblikata fuq il-midja soċjali fit-30 ta’ April 2025. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-avviż kif ġie ppubblikat.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħata mill-Ministeru tiegħu fuq ix-xogħol tar-riġenerazzjoni tat-Terminal taċ-Ċirkewwa u għal kull każ, lil min ingħata, x’kien l-ammont u liema xogħol kien ikopri?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppublikata perjodikament fuq il-Gazzetta tal-Gvern.
In-Nadur - Triq l-Emigranti - Xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ xogħlijiet kienu qed jagħmlu / għamlu l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) f’dawn l-aħħar ġranet u ġimgħat, u fil-preżent, fi Triq l-Emigranti fin-Nadur, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll liema xogħlijiet oħra huma ppjanati li jsiru minn dawn il-ħaddiema f’din it-triq fil-ġranet u fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 31408, ninsab infurmata li x-xogħlijiet min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huma lesti.
L-Università ta’ Malta – Master of Social Work – Stipendju
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26180 dwar l-istipendju tal-istudenti f’korsijiet tas-social work, li fiha ntqal li “wara studju li sar dan il-kors qed jiġi elevat għal klassifikazzjoni ta’ stipendju ‘High Priority’ b’kuntratt ta’ ‘Working Placement’ ta’ tliet (3) snin.”, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar dawn il-miżuri?
Jista’ jgħid ukoll xi promozzjoni saret mill-Università ta’ Malta sabiex il-miżuri tajbin imsemmija fit-tweġiba, jitħabbru b’mod effettiv sabiex jattiraw iktar studenti lejn is-social work?
Jista’ jagħti d-data tal-istqarrija pubblika jew tal-press conference li fiha tħabbru dawn il-miżuri u jippreżenta kopja ta’ din l-istqarrija pubblika?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li nżammu żewġ press conferences rigward dawn il- miżuri, kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29924 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm irreżenjaw avukati mil-Legal Aid fis-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul is-sena 2023 kien hemm appuntati 26 avukat għall-għajnuna legali f’Malta u 3 avukati għall-għajnuna legali f’Għawdex. Matul is-sena 2023 irreżenjaw 5 avukati għall-għajnuna legali f’Malta li ġew sostitwiti b’avukati oħra.
Jista’ l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29923 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm irreżenjaw avukati mil-Legal Aid fis-sena 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul is-sena 2024 kien hemm appuntati 59 avukat għall-għajnuna legali f’Malta u 8 avukati għall-għajnuna legali f’Għawdex, fuq diversi panels speċjalizzati. Matul is-sena 2024 irreżenjaw 3 avukati w kien hemm 1 avukat deċedut għall-għajnuna legali f’Malta li ġew sostitwiti b’avukati oħra.
Jista’ l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29922 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm irreżenjaw avukati mil-Legal Aid fis-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul is-sena 2025 kien hemm appuntati 51 avukat għall-għajnuna legali f’Malta u 8 avukati għall-għajnuna legali f’Għawdex, fuq diversi panels speċjalizzati. Matul is-sena 2025 irreżenjaw 3 avukati u kien hemm avukat deċedut għall-għajnuna legali f’Malta, li ġew sostitwiti b’avukati oħra.
Awtorità indipendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29921 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid x’sar minnhom il-pjanijiet biex ikun hemm awtorità indipendenti u b’qafas kostituzzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li dan il-gvern wettaq riformi bla preċedent biex issaħħaħ l-ugwaljanza u r-rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-bniedem. Infakkar li kien dan il-gvern li waqqaf id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem fejn l-irwol ta’ dan id-Direttorat huwa li jaħdem fuq policies li jsaħħu l-ugwaljanza f’pajjiżna. Għaldaqstant, kif imwiegħed fil-manifest elettorali Malta Flimkien, il-gvern se jkompli jaħdem biex titwaqqaf awtorita indipendenti li tiffoka biss fuq il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. Sal-lum, dan l-irwol importanti huwa provdut mill-Qorti Kostituzzjonali li hija organu awtonomu u indipendenti, hekk kif f’diversi okkażjonijiet ipprovdiet rimedju f’każijiet bħal dawn.
Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta - Servizz mogħti lill-persuni ta’ San Pawl il-Baħar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29464, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni minn San Pawl il-Baħar li nqdew miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul din is-sena, maqsuma xahar b’xahar? Fid-dawl li llum San Pawl il-Baħar sar l-ikbar lokalità ta’ Malta, b’madwar 10% tal-popolazzjoni ta’ Malta, jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-ħsibijiet tal-Gvern biex ir-residenti ta’ dawn l-inħawi jkunu jistgħu jiġu indirizzati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma li l-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Ottubru, kien hemm 21,873 żjara fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta minn pazjenti li uffiċjalment huma residenti f’San Pawl il-Baħar. Mhux eskluż li kien hemm pazjenti li marru aktar minn darba.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29463, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-ftuħ tal-berġa tal-Gvern fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba nħarġet is-sejħa għal din il-berġa, u x’kienu r-risposti għall-istess sejħiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li meta jkun hemm żviluppi dawn jitħabbru fil-ħin propizju.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.