Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31747 u 31970 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi rispettivament u jgħid jekk ittieħditx azzjoni biex il-periklu (ħsara strutturali) f’Fort Campbell jiġi indirizzat? Jekk iva, x’azzjoni ttieħdet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u tindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dettaljatament liema rakkomandazzjonijiet kif kontenuti fil-paragrafu tmienja tal-Fact-Finding Report li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġew implimentati, u liema għadhom ma ġewx implimentati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Civil Aviation Policy 2023–2030 – Progress Report u miżuri
Question
B’referenza għas-Civil Aviation Policy 2023–2030, li jirrikjedi li l-ewwel Progress Report jiġi sottomess sal-31 ta’ Diċembru 2024, jista’ l-Ministru:
i. jikkonferma jekk dan ir-rapport sarx u meta ntbagħat lill-Gvern;
ii. jipprovdi kopja sħiħa tar-rapport u l-KPIs għal kull pilastru; u
iii. jindika x’miżuri ġew implimentati mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’miżuri jmiss li jiġu implimentati?
Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kull multa li ta l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li ġiet appellata fil-Qorti u ngħatat sentenza? Jista’ jgħid ukoll, kemm kienet kull multa li ħareġ l-FIAU oriġinarjament, meta ħarġet u lil min, meta l-każ ġie deċiż mill-Qrati u kemm iddeċidiet li għandha tkun il-multa l-Qorti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qiegħed jiġi rilevat li t-tali informazzjoni dwar il-multi maħruġa mill-FIAU jiġi ikkomunikat fuq il-website tal-Korp skont il-‘Publication of AML/CFT Administrative Penalties and Measures Policies and Procedures’.
Għaldaqstant, il-multi/deċiżjionijiet kollha li jinħarġu fil-konfront tal-persuni suġġetti, kif ukoll jekk l-istess multa ġietx appellata quddiem il-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) flimkien mal-eżitu tal-istess appell (meta jkun hemm sentenza finali) jiġu kollha ippublikati fuq l-imsemmija website. Multi li jeċċedu l-ħamsin elf ewro (€50,000) jinkludu ukoll l-isem tal-persuna suġġetta kkonċernata. In oltre’, informazzjoni, principarjament l-okkju, dwar il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) jinstabu ukoll fuq is-sistema digitali tal-Qorti ‘eCourts’.
Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders kollha li tat Project Green minn meta bdiet tiffunzjona sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll meta ngħata d-direct order, lil min, kemm kien l-ammont, għal liema skop ingħata u għaliex ingħata bħala direct order?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilogramma ta’ droga li nsterqet minn ġewwa l-barracks tal-Forzi Armata ta’ Malta, fil-lejl tat-23 ta’ Frar 2025, instabu u kemm għadhom ma nstabux? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir sabiex id-droga li ma nstabitx, tinstab?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 26482.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31961 u jgħid f’liema data twaqqfet il-"Marsa Sports Village Foundation", min huma l-membri tal-bord u x’funzjoni għandu? Meta u kemm-il darba iltaqa’ dan il-bord mit-twaqqif tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-baġit iddedikat għal din il-fondazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – Persuni maħruba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li fl-1 ta’ Jannar 2025 ħarbu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, instabux kollha? Jista’ jgħid ukoll fejn instabu? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari numru 12639.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 6217 li ngħatat fis-seduta 407 tas-17 ta’ Novembru 2025)
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31965 u jgħid kemm tħallsu flus f’konsulenzi minn meta l-Air Malta waqqfet il-flight operations fit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u lil min tħallsu? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallset pagamenti finanzjarji l-Air Malta mit-30 ta’ Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u lil min?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
KONSULENT
AMMONT
RSM
€396,834.00
Camilleri Preziosi
€220,802.28
Borg & Associates
€98,077.70
TOTAL
€715,713.98
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex preżentement rappreżentanta ta’ Malta fuq l-iSteering Committee for Education (CDEDU) fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll jekk hijiex rappreżentanta f’isem l-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u jekk hemmx remunerazzjoni finanzjarja marbuta ma’ tali pożizzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-kariga li qed tokkupa fi ħdan l-MCAST il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, meta ġiet ingaġġata, x’salarju ser ikollha l-kariga u kif ġiet magħżula din il-persuna sabiex tokkupa tali kariga?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Malta u Għawdex – Vetturi elettriċi u vetturi Hybrid reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ vetturi elettriċi li huma reġistrati f’Malta u Għawdex? Kemm hu n-numru ta’ vetturi hybrid li huma reġistrati f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kif inhuma maqsuma dawn l-istess vetturi, lokalità b’lokalità?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn adulti li huma dijanjostikati bil-kundizzjoni tal-ADHD u x’tip ta’ mediċina qed jieħdu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fuq is-sistema tal-POYC hemm reġistrati 1,783 pazjent li huma ntitolati għal Methylphenidate u li huma minn 18-il sena ’l fuq. Dan ma jfissirx li bilfors kollha ġew dijanostikati bil-kundizzjoni tal-ADHD.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett għall-akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Luqa għadux immexxi mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk dan il-proġett waqaf, jista’ jgħid għaliex?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.