Snin 2013-2024 - Basic Specialist Trainee Doctors – Ingaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31350 u 31598 u jgħid kemm tobba li huma ċittadini Maltin, ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea u oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors u kemm ġew irrifjutati, mill-2013 sal-aħħar tal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31957 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju li sar u li wassal għad-deċiżjoni sabiex is-sena d-dieħla jitnieda l-proċess għal proġett fuq skala kbira ta’ riklamazzjoni tal-art ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parliamentari 31902.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31958 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn ser issir ir-riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parliamentari 31902.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31959 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Project Plan li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija relatati mal-proġett ta’ riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parliamentari 31902.
Birżebbuġa – Promenade - Project Plan għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31960 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Project Plan, li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija u l-pjanti relatati max-xogħlijiet tal-promenade ta’ Birżebbuġa, li ser jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ippjanar meħtieġ għat-twettiq ta’ dan il-proġett, inkluż il-pjanti u t-timelines, qed jiġu rfinuti sabiex b’hekk ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fl-2026. Dan kien meħtieġ wara diskussjonijiet ma’ xi stakeholders.
Skejjel tal-Gvern - Tfal li għandhom ‘Statement of Needs’
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31765 u jgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel tal-Gvern, kemm fil-livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju, li għandhom ‘Statement of Needs’ għal full-time, shared fl-istess klassi jew shared li għadhom mingħajr LSE? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal għadhom id-dar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wiħed kontinwu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31764 u jgħid kemm hemm skejjel li għandhom nuqqas ta’ skrivani, u jindika minn liema sena ilu hemm dan in-nuqqas?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31863 u jagħti l-lista sħiħa ta’ kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li sal-lum huma dovuti flus għax-xogħol li sar fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ, flimkien mal-bilanċ ta’ dak li hu dovut lilhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31860 u jgħid x’inhu t-total ta’ kontijiet dovuti lill-kuntratturi impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, relatati mal-proġett ta’ Ħal Farruġ, li bħalissa huma pendenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31981 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji kollha relatati mat-tisqif tal-mini ta’ Triq Reġjonali, f’Santa Venera?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-Proġett tal-Mina ta’ Santa Venera saru diversi konsultazzjonijiet u ġew ippreżentati Investigazzjonijiet Ġeotekniċi (Geotechnical Investigations) li kkonfermaw l-approċċ strutturali li għandu jiġi adottat. Qed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra. Wara dawn l-investigazzjonijiet, id-disinn tal-proġett ġie rfinut biex jottimizza kemm l-ispazji pubbliċi fil-wiċċ kif ukoll ta’ taħt il-ġnien.
Saru konsultazzjonijiet estensivi ma’ Transport Malta, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), u Infrastructure Malta, li wasslu għal reviżjonijiet kontinwi u ftehim dwar l-aħjar approċċ li għandu jittieħed. Minħabba li t-triq fejn se jsir il-proġett hija arterja prinċipali li tifforma parti min-Netwerk TEN-T u d-disinn jinvolvi mina, hija meħtieġa l-kompetenza ta’ espert fl-Inġinerija tal-Mini. Proposta teknika biex dan l-espert jiġi ngaġġat ġiet approvata minn Infrastructure Malta u li issa qed jiġi evalwat il-mod tal-ingaġġar. Il-ħtiġijiet tal-ippjanar ġew identifikati, bi Transport Malta tissuġġerixxi l-bżonn ta’ Valutazzjoni tal-Impatt tat-Traffiku (Traffic Impact Assessment) flimkien ma’ studji potenzjali oħra. Dawn jinkludu, studji tal-ġestjoni tat-traffiku u tal-junctions prinċipali, analiżi tal-ilma tax-xita, studji tal-kwalità tal-arja u tal-istorbju. Kif ukoll, rapporti relatati mal-mina, bħal rapport dwar is-sigurtà tan-nar, valutazzjonijiet tad-dawl u l-ventilazzjoni, strateġiji ta’ kontroll tat-traffiku, u pjan ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà. It-termini finali li fuqhom se jiġu kummissjonati dawn l-istudji jiddependu mid-direttivi li għad iridu jingħataw minn Transport Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid, meta u kemm-il darba intuża l-impjant ta’ emerġenza f’Delimara minn meta ġie installat? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika d-dati u l-ħin meta dan l-impjant intuża, u f’kull każ tagħti r-raġuni għaliex kellu jintuża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Enemalta topera bil-prinċipju N-1, biex tiżgura li s-sistemi tal-enerġija jkunu kapaċi jservu d-domanda, inkluż matul is-sigħat ta’ domanda għolja, inkluż f’każ fejn l-akbar sors ta’ ġenerazzjoni ma jkunx disponibbli.
Enemalta ikkummissjonat l-impjant ta’ ġenerazzjoni temporanju biex jitħaddem f’każijiet ta’ emerġenza jekk tinqala’ ħsara f’wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ ġenerazzjoni, matul perjodi fejn id-domanda tkun l-aktar għolja. Dan l-impjant kapaċi jiġġenera 60MW u qiegħed hemm biex jiżgura provvista mingħajr interruzzjoni f’każ li wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ ġenerazzjoni ma jkunx disponibbli.
Għalkemm Enemalta din is-sena laħqet peak demand ta’ kwazi 650MW, dan l-impjant ma ntużax. Dan l-impjant ser ikun qed jassigura l-prinċipju ta’ N-1 sakemm jiġi ikkummisjonat it-tieni interconnector.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31929 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid kemm ammontaw l-ispejjeż legali tal-Gvern għall-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jagħti rendikont ta’ lil min tħallsu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nr 31980.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kemm radiographers jaħdmu f'SAMOC? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma ‘CPCM registration approved’ mill-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina, u kemm le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-SAMOC hemm jaħdmu 33 Radiographer li kollha huma ‘CPCM registration approved’.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex bħalissa hemm waiting time biex isir port-a-cath lil pazjenti li ġew dijanjostikati b'kanċer fis-SAMOC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sal-ġimgħa l-oħra, kien hemm 15-il pazjent jistennew port-a-cath insertion.
Dan ifisser bejn wieħed u ieħor tliet ġimgħat mir-referral.
Servizzi ta’ podjatrija, fiżjoterapija u speech therapy – Perjodu ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu twil il-perjodu ta' stennija bejn appuntament u ieħor f'kull ċentru tas-saħħa/berġa/ċentru tal-komunità għal servizzi ta’ podjatrija, fiżjoterapija u speech therapy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, listi tal-perjodu ta’ stennija għall-servizzi ta’ podjatrija u fiżjoterapija fiċ-ċentri tas-saħħa u bereġ.
Infurmat li għar-rigward tal-follow ups, dan hu fid-deskrizzjoni tal-professjonist/a, skond il-kundizzjoni jew il-ħtieġa tal-pazjent. Każijiet urġenti dejjem jingħataw priorità.
Infurmat ukoll li għar-rigward ta’ speech therapy, mhemmx waiting list. B’mod ġenerali, persuni li jeħtieġu dan is-servizz jinqdew fi żmien ġimgħatejn. Il-frekwenza tal-intervent ivarja skont il-ħtieġa tal-persuna u dan jiġi determinat mill-professjonist/a.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Managers impjegati mar-Reġjun Nofsinhar fis-snin 2023, 2024 u 2025? Kemm kienet in-nefqa fuq il-pagi ta’ dawn il-Managers fis-snin 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun in-nefqa ppjanata għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mir-Reġjun Nofsinhar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31375, 31538, 31803 u 31972 u jgħid kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin?
Response (BONETT, CHRIS)
L-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella t’hawn taħt:
Katergorija
2021
2022
2023
2024
2025
A
884
720
682
993
775
B
7634
6067
6340
6527
5086
C
746
595
683
821
636
D
325
196
429
614
355
Cittadini Maltin
2021
2022
2023
2024
2025
Kategorija A
548
480
432
547
459
Kategorija B
4975
3541
3132
2892
2539
Katergorija C
498
326
326
369
326
Kategorija D
108
69
103
80
49
(2025 - Sa Ottubru)
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31750 u 31971 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31387, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet tal-Gvern li jservu bħala uffiċini għal skopijiet ta’ amministrazzjoni b’kollox u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.