Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32060 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27998, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-sehem finanzjarju li ħallas il-Gvern lill-Kumitat Olimpiku Malti għal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023, peress li fit-tweġiba kont mitluba li nagħmel il-mistoqsija lill-Kumitat Olimpiku Malti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-fondi li ngħataw kenux biżżejjed biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha li kienu meħtieġa? Jekk le, liema fondi għad iridu jgħaddu għand dan il-Kumitat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31994 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Pietà u l-Ħamrun - Triq Oscar Zammit, Triq il-Franġiskani u Triq Roger Debattista - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31993 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm ilhom għaddejjin ix-xogħlijiet fit-toroq Triq Oscar Zammit, il-Pietà, Triq il-Franġiskani u Triq Roger Debattista, il-Ħamrun? Jista’ jagħti r-raġuni għal dan id-dewmien?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31992 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-timeframe tal-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Marsa li tħabbar f’Awwissu 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm se jiġi jiswa u meta se jkun lest?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellhom hours of practice l-plaster technicians qabel dawn bdew jagħtu s-servizz ta’ ‘plastering’ fuq pazjenti fiċ-ċentri tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-PQ 32175.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien twil il-kors li ħadu l-plaster technicians li qed jagħmlu l-ġibs fiċ-ċentri tas-saħħa fuq pazjenti meta jkollhom każijiet ta’ ksur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fiċ-Ċentri tas-Saħħa mhemmx plaster technicians.
Għases tal-Pulizija li huma proprjetà tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31988 u jipprovdi lista tal-għases li huma proprjetà tal-Korp tal-Pulizija, u jipprovdi lista separata li turi kemm minnhom huma miftuħa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt daqs llum ma’ l-korp kellu propjetajiet miftuħa u kien preżenti fil-komunitajiet, u dan hekk kif is-servizz tal-Pulizija tal-komunità huwa estiż mal-pajjiż kollu. Din il-politika ta' prevenzjoni wasslet biex Malta tkun klassifikata mat-12-il pajjiż l-aktar sigur fid-dinja u naqset ir-rata ta kriminalità minn 46 għal 1000 persuna fis-sena 2004 għal 30 fis-sena 2024.
Infurmat li meta qegħdin nitkellmu dwar proprjetà tal-Korp tal-Pulizija: Balzan Police Station qed tiġi rinnovata u se tintuża mill-Pulizija tal-Komunità, li Birgu Police Station tinfetaħ u tintuża mill-Pulizija tal-Komunità, li Birżebbuġa Police Station miftuħa kontinwament, li Bormla (Cospicua) Police Station miftuħa kontinwament, li Ċirkewwa Police Station miftuħa kontinwament, li Floriana Police Station tinfetaħ u tintuża mill-Pulizija tal-Komunità, li Għadira Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu, li Għaxaq Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor, li Ħamrun Police Station miftuħa kontinwament u bħalissa taħt manutenzjoni estensiva – faċilità alternattiva qed tintuża quddiem l-istess għassa kontinwament, li Isla (Senglea) Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor, li Marsaskala Police Station miftuħa kontinwament, li Marsaxlokk Police Station miftuħa mill-Pulizija tal-Komunità, li Mdina Police Station qed tiġi rinnovata u tintuża mill-Pulizija tal-Komunità, li Mellieħa Police Station miftuħa mill-Pulizija tal-Komunità, li Mġarr Police Station (Malta) tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor, li Mosta Police Station miftuħa kontinwament, li Msida Police Station għaddejja b’manutenzjoni estensiva, li Mtarfa Police Station qed tiġi rinnovata f’hub ieħor ta’ vjolenza domestika, li Naxxar Police Station miftuħa kontinwament, li Paola Police Station miftuħa kontinwament, li Pietà Police Station preżentament miftuħa waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju, li Qawra Police Station miftuħa kontinwament, li Qormi Police Station miftuħa kontinwament, li Qrendi Police Station tinfetaħ mill-Pulizija tal-Komunità, li Rabat Police Station miftuħa kontinwament, li San Lawrenz Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor, li Santa Luċija Police Station miftuħa kontinwament, tintuża mill-Pulizija tal-Komunità u taqdi bħala hub ta’ vjolenza domestika, li Santa Venera Police Station tinfetaħ u tintuża mill-Pulizija tal-Komunità, li Siġġiewi Police Station miftuħa kontinwament, li Sliema Police Station miftuħa kontinwament, li Swieqi Police Station tinfetaħ u tintuża mill-Pulizija tal-Komunità, li Tarxien Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor u li Żabbar Police Station miftuħa kontinwament, u li Żejtun Police Station miftuħa kontinwament.
Infurmat ukoll li l-Korp għandu proprjetajiet oħra li mhumiex tiegħu jew tal-Gvern, u minnhom joffri servizz, fosthom Birkirkara Police Station miftuħa kontinwament, Fgura Police Station ġeneralment miftuħa skont l-esiġenzi tas-servizz, Gżira Police Station miftuħa kontinwament, Luqa Police Station ġeneralment miftuħa skont l-esiġenzi tas-servizz, Marsa Police Station miftuħa kontinwament, Malta International Airport Police Station miftuħa kontinwament, San Ġwann Police Station tinfetaħ u tintuża mill-Pulizija tal-Komunità, St Julian’s Police Station miftuħa kontinwament, Valletta Police Station miftuħa kontinwament, u Żurrieq Police Station miftuħa kontinwament.
Dwar Għawdex infurmat, li Għajnsielem Police Station tinfetaħ okkażjonalment mill-Pulizija tal-Komunità għal appuntamenti speċifiċi, li Għarb Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor, li Għasri Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor,li Kerċem Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor, li Marsalforn Police Station ġeneralment miftuħa kontinwament u l-ewwel sular jintuża mill-Pulizija tal-Komunità, li Mġarr Police Station (Għawdex) miftuħa ġeneralment, li Qala Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor, li Sannat Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor, li Victoria Police Station miftuħa kontinwament, li Xagħra Police Station tinfetaħ meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu u s-servizz tal-Pulizija tal-Komunità jiġi offrut minn post ieħor u li Xlendi Police Station ġeneralment miftuħa. Comino Police Station miftuħa fl-istaġun sajfi.
Ħidma li magħha jsiru rondi kontinwi, mhux biss mill-Pulizija tad-Distrett u mir-Rapid Intervention Unit, imma anke mill-Pulizja tal-Komunità u mill-Police Patrol and Community Support Officers li introduċa għall-ewwel darba dan il-Gvern. Filwaqt li l-pubbliku, għall-ewwel darba wkoll, jista’ jagħmel rapport remotely.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31872 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31871 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31866 u jgħid meta se jitħallsu l-kuntratturi, impjegati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Ħal Farruġ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31834 u jagħti rendikont tan-nefqa tal-marketing tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u tal-benefiċjarji ta’ din in-nefqa, matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-2025, l-MTA allokat €21 miljun għall-marketing u l-promozzjoni tad-destinazzjoni. B’dan il-baġit inżommu l-preżenza tal-MTA fis-swieq internazzjonali ewlenin permezz tal-uffiċċji u r-rappreżentanti tagħha madwar id-dinja. Ikopri wkoll firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ promozzjoni, inkluż l-ospitar ta’ żjarat ta’ aġenti u operaturi turistiċi, ġurnalisti u influencers, marketing konġunt ma’ sħab kummerċjali, reklamar f’pubblikazzjonijiet, kif ukoll fuq pjattaformi diġitali u midja soċjali, televiżjoni, radju u azzjonijiet ‘Out-Of-Home’, kif ukoll inizjattivi ta’ PR u parteċipazzjoni fil-fieri internazzjonali, seminars u workshops barra minn Malta.
MTA - Kuntratti għal għajnuna għal marketing/sponsorship
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31835 u jgħid kemm hemm kuntratti viġenti bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u terzi għal għajnuna ta’ marketing jew sponsorship marbut mat-turiżmu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MTA għandha għaxar kuntratti viġenti ta’ marketing jew sponsorship.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31836 u jagħti lista tal-konsulenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Ministeru tiegħu relatati mat-turiżmu matul l-2025 u r-rata li biha jitħallsu u kemm tħallsu dawn il-konsulenti matul l-2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Baġit 2026 - Statement B Vot 13 - Bidla bejn l-estimu approvat u l-estimu rivedut
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31930 u ċjoè: B’referenza għal ‘Statement B Vot 13 Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu anness mad-Diskors tal-Baġit 2026’ fejn hemm indikat li hemm bidla ta’ €24,531,000 bejn l-Estimu Approvat u Estimu Rivedut bir-Rimarki “Spiża ogħla hija mistennija fil-kategorija tal-Personal Emoluments u fil-kategorija tal-Contribution to Government Entities (Malta Tourism Authority)”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hi mistennija li tkun l-ispiża ogħla għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u x’wassal għal din l-ispiża ogħla minn dik approvata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somma indikata f’dan l-istadju tirrapreżenta stima tal-vot rikurrenti kollu li jappartjeni lill-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.
Filwaqt li s’issa l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ġiet allokata fondi supplimentari biex tkopri route development u marketing services, l-ispiża attwali tkun magħrufa meta tagħlaq is-sena finanzjarja li ninsabu fiha.
MTA - Attivitajiet li bbenefikaw minn sponsorship jew reklamar
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31931 u jagħti rendikont tal-attivitajiet li bbenefikaw minn għotja ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kif ukoll l-ammont ta’ sponsorship jew għajnuna li ngħatat lilhom, matul is-snin 2024 u 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu (MTA) tassisti diversi attivitajiet, artisti, atleti, timijiet, gruppi u ndividwi f'diversi setturi. Din l-għajnuna tingħata sabiex l-attivitajiet varji jkun possibbli li jsiru u b'hekk jattiraw turiżmu lejn pajjiżna jew jelevaw l-esperjenza tat-turist f'pajjiżna kif ukoll fl-istess ħin igawdu minnhom il-Maltin u r-residenti f'pajjiżna li jkunu jistgħu jipparteċipaw jew jattendu f'attivitajiet ta' livell mondjali f'pajjiżna stess. Dan kollu qiegħed jgħolli l-profil ta' pajjiżna madwar id-dinja. L-MTA tassisti wkoll artisti, ndividwi, timijiet u atleti Maltin li b'sagrifiċċju jsiefru sabiex jikkompetu f'isem pajjiżna. Is-sapport li jingħata lil dawn ikun ta' reklam lil brand VisitMalta u lil pajjiżna. Iktar dettalji mhumiex jingħataw minħabba kunfidenzjalita’ u sensittivita’ kummerċjali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31932 u jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal għotjiet ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul is-snin 2024 u 2025 u jagħti rendikont ta’ dawn is-sejħiet pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li -Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fetħet tlett (3) support programs fis-sena 2025 fl-oqsma li ġejjin:
i) Conferences and Expos marketing support program
ii) Music Tourism marketing support program
iii) Sports Events marketing support program
Wieħed jista’ jsib iktar informazzjoni fuq dawn is-support programs billi jżur is-sit tal-MTA taħt is-sezzjoni News.
Matul is-sena 2024 kien hemm dawn l-iskemi hawn taħt imsemmija li kienu għadhom fis-seħħ minn żmien il-Covid:
1. Major Tourism Events Support Scheme
2. Inbound Tourism Events Support Scheme
3. Value added Tourism Events Support Scheme.
Awtorità tal-Artijiet – Proprjetajiet meħuda “by Public Tenure”
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31596 dwar jekk il-Gvern għandux ħsieb illi jħallas lis-sidien tal-proprjetajiet meħuda minn għandhom “by Public Tenure” bejn is-sena 1960 u s-sena 1970 u li għalihom qed jirċievu r-Recognition Rent mill-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern qed jippjana li jakkwista tali fondi ġaladarba dawn il-fondi ntużaw għal skop pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ għandha l-ħsieb illi ssegwi l-proviżjonijiet u t-termini kif stabbiliti fl-Artikolu 68 tal-Kap. 573, Att Dwar l-Artijiet tal-Gvern.