Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pitkalija - Investimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investimenti saru fil-Pitkalija f’Malta matul l-aħħar ħdax-il sena, maqsuma sena b’sena, fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar u kemm sewa? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema kull sena u x’tip ta’ xogħol kienu qed jagħmlu u qed jagħmlu issa?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li għal dawn l-aħħar snin minn meta ġiet imwaqqfa l-Malta Food Agency, saru diversi titjib fosthom tiswijiet f’infrastruttura u l-facilitajiet eżistenti. Minħabba domanda għolja ta’ prodotti, inxtraw iktar kaxxi uffiċjali tal-Pitkalija. Saru wkoll investimenti mmirati lejn l-aġġornamenti tas-sistemi ta’ sorveljanza, kontrolli tal-aċċess u s-sigurta’ ġenerali tal-post. Ngħarraf ukoll li preżentament hemm jaħdmu 84 il-ħaddiem.

San Pawl il-Baħar - Manutenzjoni ta’ faċilitajiet għal-logħob tat-tfal

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29466 dwar manutenzjoni ta’ faċilitajiet għal-logħob tat-tfal fil-parti ta’ fuq tal-Park tas-Salina kif ukoll fil-parti t’isfel magħrufa aħjar bħala Kennedy Grove, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 32059.

Salina, San Pawl il-Baħar - Bdil tat-turf

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jinbidel it-turf fiż-żona tas-Salina, f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol? Jekk le, tista’ l-Ministru taċċerta li ssir spezzjoni sabiex jiġi żgurat li ma hemmx postijiet fejn it-turf hemm bżonn li jinbidel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet li tajtha għall-mistoqsijiet parlamentari 26547 u 32059.

Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Kuntratti ta’ Kera

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21944, 22497 u 24080 u jgħid kemm-il kuntratt ta’ kera għandu l-Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jagħti n-nefqa annwali fuq kera għas-snin 2023, 2024 u 2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Eco Contribution

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31825 u jgħid kemm inġabret eco contribution fis-sena 2024 u minn Jannar sa Settembru 2025?  Jista’ jidentifika kemm mill-eco contribution inġabret minn collective accommodation u kemm inġabret minn non-collective accommodation?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Tip ta’ Liċenzja Ammont mħallas fl-2024 Ammont mħallas fl-2025 (sa Settembru) HOTEL 2,817,020 1,984,879 Various 1,126,162 767,444 Holiday Premises 733,308 603,593 GUEST HOUSE 216,229 154,403 Host Family 120,441 89,856 HOSTEL 115,278 65,196 TOTAL 5,128,438 3,665,371

Operaturi ta’ ristoranti - Income tax/corporate tax miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31827 u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax fis-snin 2023 u 2024 minn operaturi ta’ ristoranti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.

Operaturi ta’ Lukandi - Income tax/corporate tax miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31828 u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax minn operaturi ta’ lukandi fis-snin 2023 u 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.

Operaturi ta’ proprjetajiet liċenzjati mill-MTA - Taxxa miġbura għal short-term rentals

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31829 u jindika kemm inġabret taxxa minn operaturi ta’ proprjetajiet liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short-term rentals fis-snin 2023 u 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2023 operaturi li kellhom liċenzja mill-Awtorità tat-Turiżmu ħallsu €9,686,322 f'kont tat-taxxa tal-proċedura TA24, fejn il-kontribwent jagħżel li jiġi ntaxxat bir-rata fissa ta' 15%. Dan l-ammont ma jinkludix it-taxxi miġbura fuq id-dħul mill-kera kif iddikjarat fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u ntaxxat bir-rati normali, peress li f'dan il-każ id-dħul mill-kera jiżdied mal-bqija tad-dħul (anke tal-konjuġi fil-każ ta' koppja miżżewġa) u għalhekk mhux possibbli li jiġi ddeterminat. Għas-sena 2024 dan l-ammont kien ta' €11,858,560

Operaturi ta’ proprjetajiet - Taxxa miġbura għal long-term rentals

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31830 u jindika kemm inġabret taxxa minn operaturi ta’ proprjetajiet li jinkrew long-term fis-snin 2023 u 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul l-2023 operaturi li m’għandhomx liċenzja mill-Awtorità għat-Turiżmu ħallsu €83,535,050 f’taxxa skont il-proċedura TA24, fejn it- taxpayer jagħżel li jkun intaxxat bir-rata fissa ta’ 15%. Dan l-ammont ma jinkludix taxxi miġbura fuq dħul minn kirjiet kif dikjarat fit- tax returns u ntaxxat bir-rati normali, peress li f’dan il-każ id-dħul mill-kirjiet jiżdied mal-kumplament tal-dħul (anke tal-konjuġi f’każ ta’ koppja miżżewġa) u għalhekk ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat. Għas-sena 2024 dan l-ammont kien €98,861,192.

Programm ISEP – Studenti mibgħuta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għall-programm ISEP (International Exchange Programme) u kemm minn dawn lis-studenti ġew magħżula f’dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Programmi għaż-Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ programmi li ż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minnhom pereżempju dawk relatati mal-edukazzjoni, max-xogħol u l-kultura barra minn Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area – Bandli - Tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx tender biex il-bandli ta’ St Peter’s f’Ħaż-Żabbar isir mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll skont liema standards ġie ordnat l-apparat biex isir il-bandli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li s-sejħa għal-offerti ħarġet mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar bit-titlu Embellishment of Ġnien il-Mistrieħ, Ħaż-Żabbar, including the installation of playing equipment, planters and street furniture ( ZLC 3/2024 u ZLC 3/2024R).  Din l-offerta tinkludi xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u installazzjoni ta’ apparat ġdid għall-logħob tat-tfal, u tesiġi li l-apparat ikun konformi ma’ standards Ewropej ta’ sigurtà BS EN 1176 – 2008 u BS EN 1177 – 2008.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area – Bandli - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bandli ta’ St Peter’s f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li mhux f’pożizzjoni li jindika data eżatta ta’ meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq il-bandli ta’ St Peter. Dan għaliex il-Kunsill qed jistenna l-approvazzjoni formali tal-Awtorità tal-Ippjanar wara li ssir il-laqgħa li hija diġà skedata, mal-MCCAA, kif mitlub mill-istess Awtorità.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area – Bandli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31807 fl-intier tagħha u jgħid meta nqalgħu l-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż- Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-bandli nqalgħu bejn Ġunju u Settembru  tas-sena 2023.

Bormla – Ground tal-football – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fil-ground tal-football ta’ Bormla tlestewx kompletament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħlijiet fil-Ground Peppi Delceppo għadhom ma tlestewx għal kollox u waslu fl-aħħar stadji. Jonqos li jsir xogħol ta’ rinnovar taċ-changing rooms u l-bar area. It-tender ħareġ u jinsab fl-istadju ta’ evalwazzjoni.

Ministeru għall-Finanzi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Intepellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.