Mellieħa – Ċimiterju Omm il-Ħniena – Xogħol ta’ estensjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta ser titkompla u titlesta l-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li il-kuntrattur li kien rebaħ l-offerta abbanduna l-proġett wara li kien lesta biss l-iskavar. Għaldaqstant ġew imqabda l-FMS (Foundation for Medical Services) biex jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni ta’din l-estensjoni f’dan iċ-Ċimiterju tal-Gvern, waqt illi ittieħdu l-passi sabiex il-kuntrattur oriġinali jeħel il-multa skont kif indikat mid-dipartiment tal-kuntratti.
Preżentament qegħdin isiru laqgħat regolari bejn l-uffiċċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u l- FMS biex isir it-tibdil neċessarju dwar kostruzzjoni, dawl, sistema ta’CCTV, provvista tal-elettriku eċċ. Dan qabel terġa tinħareġ offerta biex ikun jista` jiġi evalwat u aġġudikat kuntrattur ġdid biex ikompli tali xogħol u finalment titlesta l-estensjoni fl-iqsar żmien possibbli.
Proġett tal-Bini tal-Inċineratur – Studju relatati mal-impatt ambjentali
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-impatt ambjentali li l-proġett tal-bini tal-Inċineratur ser ikollu u anke tindika fiex wasal il-proċess tal-għoti tat-tender relatat mal-istess proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex, dwar l-istudji relatati mal-impatt ambjentali tal-proġett tal-Waste to Energy, jirreferi għad-diversi tweġibiet li ngħataw fil-leġislatura li għaddiet. Fost dawn nista’ nsemmi t-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 21156, 21157, 21310, 21600 u 24528. Fir-rigward tal-proċess tal-għoti tat-tender, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa jinsab miftuħ il-Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) fejn offerenti interessati għandhom sal-aħħar ta’ Mejju biex jipprovdu informazzjoni dwar il-qagħda finanzjarja u ekonomika tagħhom, kif ukoll l-esperjenza u l-kompetenza għad-disinn, il-bini u l-operat tal-faċilità.
Tista’ l-Ministru tindika jekk fuq iż-żoni ta’ Selmun u l-Imġiebaħ il-Gvern hux ser jimxi fuq il-proposta tal-Oppożizzjoni li dawn isiru Park Nazzjonali bit-tliet binjiet ewlenin fl-istess żona (il-Lukanda u l-Palazz ta’ Selmun flimkien mal-Forti Campbell) jingħataw lura lill-poplu Malti fl-interess tal-ġid komuni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern hu mpenjat li jrodd lill-poplu l-akbar proġett ta’ spazji miftuħin, bħala parti mill-manifest elettorali, li għadu kemm ingħata fiduċja assoluta mill-poplu. Dwar il-proġetti speċifiċi msemmijin, nitolbu jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 109 ta’ din l-istess seduta u għad-diskors tal-Prim Ministru fis-seduta tal-11 ta’ Mejju li għadda.
Tista’ l-Ministru tindika fiex wasal il-proċess tal-appell quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjoni PA 2427/21 li jittratta proġett fiż-żona ta’ ħdejn it-Trade Fair Grounds fin-Naxxar u jekk effettivament hemmx data meta ser jinstema’ l-istess appell?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika fiex wasal il-proċess tal-appell quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjoni PA 2427/21 li jittratta proġett fiż-żona ta’ ħdejn it-Trade Fair Grounds fin-Naxxar u jekk effettivament hemmx data meta ser jinstema’ l-istess appell?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-appell dwar l-applikazzjoni msemmija jinsab diferit u se jkun qed jiġi trattat fil-jiem li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 24308 u 24554 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’irriżulta mill-istudju għall-użu permissibbli tal-binja tal-lukanda ta’ Selmun fil-Mellieħa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq ir-Request for Proposals (RfP) għas-sit tal-lukanda ta’ Selmun għadu għaddej.
Awtorità tal-Artijiet – applikazzjonijiet għal Fort Campbell
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fiex waslu ż-żewġ applikazzjonijiet li fi Frar 2022 kienu qegħdin jiġu evalwati mill-Awtorità tal-Artijiet għal Fort Campbell (Fortizza ta’ Campbell, Selmun, Mellieħa), sabiex din ma tibqax titfarrak u titpoġġa għal xi użu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ vandaliżmu fuq vetturi ġew irrapurtati, xahar b’xahar, matul l-aħħar sena? F’liema lokalità ġew irrapurtati dawn il-każijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ammont ta’ każijiet ta’ ħsara volontarja fuq vetturi, li ġew irreġistrati mill-pulizija, fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju 2021 u t-30 ta’ April 2022, u cioè fl-aħħar 12-il xahar, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt, u li tinkludi wkoll in-numru li kien rrapurtat f’kull lokalità.
Ħsara volontarja fuq vetturi
Lokalità
Total
ATTARD
14
BALZAN
4
BIRGU
2
BIRKIRKARA
33
BIRZEBBUGIA
18
BORMLA
7
FGURA
14
FLORIANA
13
GHAJNSIELEM - GHAWDEX
8
GHARB - GHAWDEX
1
GHARGHUR
9
GHAXAQ
2
GUDJA
5
GZIRA
64
HAMRUN
23
IKLIN
2
ISLA
3
KALKARA
2
KERCEM - GHAWDEX
4
KIRKOP
1
LIJA
4
LUQA
2
MARSA
31
MARSASKALA
18
MARSAXLOKK
8
MDINA
3
MELLIEHA
17
MGARR
7
MOSTA
24
MQABBA
3
MSIDA
49
MTARFA
1
MUNXAR - GHAWDEX
5
NADUR - GHAWDEX
8
NAXXAR
12
PAOLA
18
PEMBROKE
5
PIETA'
13
QALA - GHAWDEX
1
QORMI
21
QRENDI
2
RABAT
23
RABAT - GHAWDEX
10
SAFI
1
SAN GILJAN
26
SAN GWANN
14
SAN PAWL IL-BAHAR
123
SANTA LUCIJA
2
SANTA VENERA
4
SIGGIEWI
4
SLIEMA
42
SWIEQI
6
TA' XBIEX
3
TARXIEN
11
VALLETTA
16
XAGHRA - GHAWDEX
7
XEWKIJA - GHAWDEX
6
XGHAJRA
5
ZABBAR
23
ZEBBUG
8
ZEBBUG - GHAWDEX
6
ZEJTUN
8
ZURRIEQ
7
Grand Total
836
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24311 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk hemmx pjan li dan il-parkeġġ jinfetaħ sal-aħħar ta’ Mejju, 2022? Jekk iva, meta hi d-data li hemm il-ħsieb li fiha dan il-parkeġġ jinfetaħ? Jekk le, meta hi d-data li hemm il-ħsieb li fiha dan il-parkeġġ jinfetaħ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
L-informazzjoni mitluba ser tkun qed tingħata f'seduta oħra
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24681 tat-13-il Leġiżlatura, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex li għandhom għassa? Minn dawn, jista’ jgħid liema huma dawk l-għases li huma miftuħa? F’kull każ, jekk l-għassa tinsab magħluqa, x’inhi r-raġuni għala din tinsab magħluqa, u jekk din ser terġa tinfetaħ meta hu ppjanat li dan isir?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-istrateġija u l-viżjoni tal-Pulizija li giet ippublikata u komunikata, hija li l-Pulizija tkun aktar viċin in-nies, fil-qalba tal-komunitajiet madwar Malta u Għawdex.
Għal dan il-għan nidejna l-proġett ta’ Pulizija fil-komunità, liema proġett se jibqa’ jiġi estiż madwar Malta u Għawdex, ħalli jkun hemm dejjem aktar preżenza ta’ Pulizija fit-toroq b’ħidma f’kollaborazzjoni mal-komunità.
Lil hinn mill-Community Policing, tajna u qed nagħtu fakultajiet differenti sabiex kull għassa f’Malta u Għawdex tkun aċċessibli f’kull ħin tul il-ġurnata permezz ta’ apparat diġitali u mezzi ta’ komunikazzjoni, iżda lil hinn minn dan qed nassiguraw li f’diversi ħinijiet tal-ġurnata jkunu miftuħa l-uffiċċji tal-komunità fil-lokalitajiet.
Minkejja l-istrateġija ta’ aktar preżenza tal-Pulizija fit-toroq, minkejja l-ftuħ tal-uffiċċji tal-komunità, ħassejna li għandu jkun hemm l-għases ewlenin, li jkopru d-distretti kollha, miftuħa kull jum. Dawn huma l-għases ta’: l-Ajruport – il-Belt Valletta – Ħal-Qormi – Ħaż-Żebbug – Raħal Gdid – Fgura – Luqa – Bormla – Ħaż-Żabbar – Marsaskala – Żejtun – Birżebbuġia – Żurrieq – Sliema - Msida – San Ġiljan - Ħamrun – Marsa - Rabat – Birkirkara – Naxxar – Mosta - Qawra - Ċirkewwa - Victoria – Marsalforn u Mġarr. Hemm ukoll għases oħrajn, illi bit-tibdil fl-istrateġija tal-korp biex itejjeb il-kunċett ta’ Pulizija tal-Komunità, qed jintużaw minnhom. B’hekk qed jiġu wżati aħjar ir-riżorsi tal-korp, filwaqt illi is-sigurtà, it-tnaqqis u l-prevenżjoni fil-kriminalità jibqgħu l-prijoritajiet u se jkomplu jitjiebu. Dawn huma l-għases fil-Mellieħa – Furjana – Marsaxlokk – Mtarfa – Santa Venera – Swieqi - Balzan – San Pawl il-Baħar – Għajnsielem – Marsalforn u San Ġwann.
Fil-futur għases oħra li ser jintużaw biex il-kunċett tal-Pulizija tal-Komunità jkompli jiġi implimentat, ser jinkludu l-għases ta’ Santa Lucia – Xgħajra u l-Birgu li bħalissa qed issirilhom manutenzjoni. Dan filwaqt illi f’ċerti lokalitajiet fejn hemm għases li huma miftuħa, u cioè Ħal-Luqa – Żejtun – Marsa – Mosta u Marsalforn, ukoll għandhom jew ser ikollhom joperaw minnhom il-Pulizija tal-Komunità.
Telgħa tal-Imbordin – tindif regolari taħt it-triq
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir it-tindif b’mod regolari taħt it-triq fin-naħa ta’ isfel fit-Telgħa tal-Imbordin, li jservi sabiex l-ilma tax-xita jkun jista’ jgħaddi minn naħa għal oħra tat-triq u b’hekk jiġi evitat li ssir ħsara fl-għelieqi tal-madwar hekk kif ġara matul din ix-xitwa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li preżentament għandu kwotazzjoni miftuħa u l-Kunsill Lokali flimkien mal-Contracts Manager jagħmlu spezjonijiet regolari u tinġibed l-attenzjoni meta jkun hemm bżonn sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa.
Intant il-Kunsill Lokali se jkun qed jagħmel spezzjoni f’din l-area partikolari.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct orders lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52463 għall-ammont ta’ €10,010.77 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli li dak li qed jirreferi għalih f’din il-mistoqsija parlamentari u mistoqsijiet parlamentari 123, 124, 125, 126 u 127 kienu parti mis-servizzi meħtieġa fuq perjodu ta’ ħmistax -il ġurnata fejn kienu prezentanti l-istudji b’rabta mal-proposta tal-metro għall-pajjizna. Dak li kien qed jittella fi Pjazza Tritoni zaruh eluf ta’ persuni li mhux biss setgħu jaraw ir-rizultati tal-istudji, izda setgħu jipparteċipaw ukoll f’sessjonijiet virtwali li bihom wieħed seta’ jifhem aħjar dak li qed ikun propost qabel imbagħad ikun f’pozizzjoni li jagħti l-opinjoni tiegħu.
L-avviz li qed jirreferi għalih l-onorevoli interpellant fil-gazzetta tal-gvern kien ikopri s-servizzi li ntalbu skont iċ-ċirkostanzi partikolari li kienu meħtieġa għal dan il-kaz.
Fost is-servizzi offruti kien hemm dawk ta’ tinda kbira li fiha saret l-esebizzjoni għal ħmistax -il jum sħaħ u t-tnedija tal-proposta fost oħrajn li għaliha kienu anke mistiedna diversi stakeholders. Kienet tinkludi wkoll l-għamara meħtieġa għal din it-tinda, diversi screens ta’ tipi u għal skop differenti, strutturi, sistemi ta’ arja kundizzjonata, generators, dwal u sistemi ta’ audio, printjar ta’ materjal informattiv, tindif, trasport, tapiti u zona ta’ esebizzjoni.
Transport Malta kkummisjonat dawn ix-xogħlijiet skont l-esiġenza u ċ-ċirkostanzi partikolari li kienu meħtieġa għal dan il-kaz.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52464 għall-ammont ta’ €20,027.11 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52465 għall-ammont ta’ €20,286.72 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52466 għall-ammont ta’ €7,510.17 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52467 għall-ammont ta’ €30,226.98 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52468 għall-ammont ta’ €17,393.92 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Ftehim ta’ Koordinazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippubblika u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Ftehim ta’ Koordinazzjoni li ġie rapportat li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-4 ta’ Marzu, 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-ftehim imsemmi minnu.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ix-xogħol fi Triq il-Missjoni Taljana, il-Kalkara, ilu wieqaf għal dawn l-aħħar sentejn? Jista’ jispjega wkoll għaliex saru tliet points tal-ilma ġodda tul it-triq, li mill-20 ta’ Mejju, 2020 s’issa, jidher li m’huma konnessi ma mkien u x’inhu l-iskop li għalih saru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari 152, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-iskema ta’ parkeġġ residenzjali li ilha ffriżata biex tiġi evalwata mill-2012? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm hemm Kunsilli Lokali li minn dakinhar ‘l hawn applikaw għal din l-iskema u għadhom bl-applikazzjoni tagħhom pendenti u liema huma?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li, b’rabta mal-iskema msemmija, fl-aħħar snin Transport Malta rċeviet applikazzjonijiet mingħand il-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Mosta, Tas-Sliema, l-Iklin, San Pawl il-Baħar, il-Gudja, Ħal Għaxaq u Ħaz-Zebbuġ, qegħdin isiru t-taħditiet neċessarji dwar it-triq ’il quddiem.