Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Santa Lucija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tejbet l-aċċessi ewlenin għal din il-lokalità bil-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, bil-proġett taż-żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija u anke bniet mill-ġdid il-mina għall-mixi u r-roti (subway) ta’ Triq tal-Barrani, l-aġenzija kkollaborat mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija biex tibni mill-ġdid diversi toroq f’din il-lokalità. Ix-xogħlijiet prinċipali tal-proġett jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ tliet toroq residenzjali twal li jmissu ma’ xulxin - Dawret it-Torri, Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale - li jestendu kważi żewġ kilometri mal-ġenb tal-Wied Ta’ Garnaw.
Filwaqt li x-xogħlijiet fi Triq il-Prinjoli u Triq Katerina Vitale huma lesti, bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħlijiet tat-tieni fażi f’Dawret it-Torri li għandha titlesta sa tmiem dan ix-xahar. F’dawn it-toroq, Infrastructure Malta għaddiet minn taħt l-art pajpijiet ġodda tal-provvista tal-ilma, katusi tad-drenaġġ u oħrajn għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita, kif ukoll pajpijiet għall-cables tal-Internet u telekomunikazzjonijiet oħra.
Fejn kien meħtieġ, issaħħew ukoll il-pedamenti tat-toroq u nbnew bankini ġodda, qabel ma sarilhom wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Saret ukoll mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti u se jsiru xogħlijiet ta’ tisbiħ ieħor fl-istess inħawi bit-tħawwil t’aktar siġar indiġeni u arbuxelli wara li fl-2020, l-aġenzija kienet diġà ħawlet bosta siġar maturi f’partijiet differenti ta’ din iż-żona.
Permezz tal-istess proġett, Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid ukoll toroq oħrajn fil-viċin, fosthom Triq Klematis, Trejqet Garnaw u Triq Dun M. Mifsud li diġà tlestew, kif ukoll Triq il-Ġjaċinti, Triq Stella Maris, Triq it-Tulipan u Triq iċ-Ċikwejra, Triq l-Istefanotis u Triq il-Frezja li x-xogħlijiet fihom mistennija jibdew fiz-zmien li ġej. Fl-aħħar snin, l-aġenzija bniet mill-ġdid toroq oħrajn f’din il-lokalità, bħalma huma Triq Bruka, Triq il-Ġizimin, Triq Żnuber u Triq Gardenja.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Raħal Ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġuzeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat. L-aġenzija bniet ukoll pont ġdid għall-mixi u r-roti li jaqsam minn fuq Triq Dom Mintoff, li jgħaqqad Kordin u l-Kampus tal-MCAST mal-qalba ta’ Raħal Ġdid.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq Karl Chircop u Triq Bormla, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq l-Isqof Buhagiar, Triq il-Baċir, Triq Ħal Tarxien, Triq Ħal Luqa, Vjal Kristu Re, Triq Ħaz-Zabbar, Triq Britannja, Triq Sant’Ubaldesca, Triq It-Tramuntana, Triq il-Kurvetti, Triq is-Sultana.
Projects Plus Limited qed taħdem ukoll fuq il-proġett tal-kumpless sportiv tal-football u Rugby li ser isir f’Kordin, limiti ta’ Raħal Ġdid.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħolijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Ħaż Żabbar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġuzepp, Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq ix-Xgħajra, Triq il-Fikus, Triq il-Ġizimina, Triq il-Luq, Triq Salvu Darmanin, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, Triq il-Madaffa, Triq ¯abrella, Triq il-Figel, Triq Renato Agius Muscat, Triq il-Qaqoċċ, Triq Corrado, Triq il-Baħrija, Triq id-Dliela, Triq il-Wer¿ieq, Triq iz-Zarzarell, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq Santa Klara, Triq il-Bajada, Triq in-Nissieġ u Triq is-Santwarju.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fil-Bypass l-antika li twassal għall-Wied il-Għajn, Triq Strickland, Trejqa San Ġorġ Preca, Triq l-Iskola, Triq il-Karmnu, Triq Santa Tereza, Triq San Felice, Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq San Leonardu u Triq iċ-Ċimiterju, waqt li diġà hemm ippjanati biex fi¿-¿mien li ġej jibda x-xogħol f’Misraħ San Ġakbu, Misraħ is-Sliem, Sqaq Nru 1 fi Triq ix-Xgħajra, Triq Spadaro, Triq Bormla, Triq Kapuċċini, Triq A Caligari, Triq il-Labour, Triq Ta’ Lanza u Triq il-Kunsill tal-Ewropa.
Skejjel li jiftħu l-btieħi għall-parkeġġ għar-residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li qed jiftħu l-btieħi wara l-ħin tal-iskola biex jintużaw bħala parkeġġ għar-residenti? Jista’ jgħid x'qiegħed iżomm skejjel oħra li jagħmlu l-istess meta wieħed jifhem li f'kull raħal hawn problema ta' parkeġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tkun qed tingħata f’seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti barranin fl-Università ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu eżenti mill-ħlas għall-istudji tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tiġi mqegħda fuq il-mejda tal-kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn studenti barranin fl-Iskola Medika ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu eżenti mill-ħlas għall-istudji tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi mqegħda fuq il-mejda tal-kamra.
Attachments:PQ224_PAPERS LAID_Skola medika ta’ Malta – studenti barranin.pdf
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm qed jintefqu flus għall-kiri ta' ambulanzi privati? Jista’ jgħid kemm nefaq il-Gvern biex jinxtraw ambulanzi ġodda? Dawn l-ambulanzi ġodda, qegħdin kollha jintużaw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex Mater Dei ikun f’pożizzjoni li jmexxi s-servizz tal-ambulanzi b’mod effiċjenti, qed juża servizz ta’ kiri ta’ ambulanzi privati, li jinkudi żewġ ambulance respondents ma’ kull ambulanza. Dan qiegħed jiswa madwar €2,500 kuljum ekwivalenti għal-tliet ambulanzi u sitt ambulance respondents kuljum.
Il-kuntratt ta’ ambulanzi l-ġodda huwa bbażat fuq
leasing contract
.u dan il-kuntratt jiswa € 1,705,500 fis-sena u jkopri l-ispiża kompleta ta’ ħdax-il ambulanza fit-triq, f’kull mument
.
Dan il-kuntratt ingħata wara proċess kompettiv u dawn l-ambulanzi ġew disinjati speċifikament għall-ħtiġijiet tas-servizz tas-Saħħa Malti.
Dawn l-ambulanzi bdew jiġu introdotti fis-servizz tal-emerġenza b’mod gradwali. Parti mill-implementazzjoni tinkludi taħriġ estensiv li qed jingħata lill-Ambulance Respondents u n-nurses sabiex ikunu f’pożizzjoni li jużaw l-equipment kollu tal-ambulanzi.
Il-kuntrattur jista jeħel penali għal kull nuqqas minn naħa tiegħu li ma tissolviex f’qasir żmien.
Rabat – Triq Borg Olivier – zebra crossing jew traffic lights
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir zebra crossing jew traffic lights fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-triq imsemmija hemm approvazzjoni għall-zebra crossing ġdida, li l-informazzjoni dwarha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 226 - a New Zebra Crossing in Triq Gorg Borg Olivier, Rabat[1].pdf
Ħlas ta’ eko-kontribuzzjoni għal kull min iżur il-gżejjer Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-eko-kontribuzzjoni (50 ċenteżmu għal kull lejl għal kull min iżur il-gżejjer Maltin) li kienet ġiet introdotta numru ta' snin ilu, għadhiex titħallas? Minn mindu ddaħħal dan il-ħlas, kemm kienet is-somma totali li nġabret sena b’sena? Fiex intużaw il-flus li nġabru?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat, nirreferiha wkoll għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari 9573 (Leġiżlatura XIII). Ninfurmaha li permezz ta’ dawn il-fondi sar ukoll:
· restawr u tisbiħ tal-ġnien storiku magħruf bħala Ġnien tal-Kmand f’Ħal Safi;
· tisbiħ ta’ Ġnien Ġirolamo Cassar ġewwa Ħal Għaxaq fejn ġie nstallat wkoll “play equipment” ġdid u modern;
· il-bini ta’ parkeġġ għal madwar 300 karozza fl-Għadira; u
· ġiet imwaqqfa unit ta’ tindif u manutenzjoni speċifikament għaż-żoni ta’ San Pawl il-Baħar, Xemxija, Buġibba u l-Qawra sabiex ikun jista’ jsir aktar tindif frekwenti.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma dawk il-kunsill/i lokali li minn Jannar, 2021 sa April, 2022 urew interess sabiex jintroduċu Residents’ Parking Scheme fil-lokalità rispettiva tagħhom?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24688 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li l-Iskejjel tal-Knisja ma jingħatawx fondi apposta biex ikun hemm security mal-iskejjel, filwaqt li jidher li l-iskejjel tal-Gvern jingħataw fondi għal dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tkun qed tingħata f’seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk ġietx sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp tar-Regional Health Hub fit-Tramuntana ta’ Malta? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji dwar dan il-proġett? Jekk le, meta hemm ħsieb li din l-applikazzjoni tiġi sottomessa?
Response (FEARNE, CHRIS)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt li s-sit magħ¿ul għan-Northern Hub ġie assenjat mill-Lands Authority għal dan il-proġett, l-applikazzjoni għall-i¿vilupp tas-sit għadha mhix sottomessa lill-Awtorita tal-Ippjanar. Dana għax jonqos li jitlestew l-istudji kollha u li jiġu konklu¿i diskussjonijiet li hemm għaddejjin bħalissa mal-awtoritajiet ikkonċernati.
B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 24676 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jikkjarifika kif jiġu mniżżlin fis-sistema tal-pulizija każijiet ta’ cyber bullying? Taħt liema kategorija jitniżżlu każijiet bħal dawn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija, rapporti ta’ cyber bullying, jiġu mniżżla taħt il-kategorija ta’ “użu ħażin tal-kompjuter”. Peress li rapporti taħt din il-kategorija jista’ jkollhom ħafna forom ta’ reati, skont dawk li hemm fil-Kodiċi Kriminali li bihom hija mibnija s-sistema, u fejn cyber bullying mhux wieħed minnhom, dan jiġi nkluż ukoll taħt sub-kategorija, li tikkwalifka r-reat bħal blackmail, estorzjoni u oħrajn.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm hemm studenti fl-Università li qed isegwu l-kors tal-MTL sabiex isiru għalliema tal-Malti u jagħtu servizz fil-livell sekondarju?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa b’kollox hemm 25 student fl-Università li qed isegwu l-kors tal-MTL sabiex isiru għalliema tal-Malti u jagħtu servizz fil-livell sekondarju.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm hemm studenti fl-Università li qed isegwu l-kors tal-MTL sabiex isiru għalliema tal-Matematika u jagħtu servizz fil-livell sekondarju?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa b’kollox hemm 5 studenti fl-Università li qed isegwu l-kors tal-MTL sabiex isiru għalliema tal-Matematika u jagħtu servizz fil-livell sekondarju.
Skejjel primarji – Għalliema li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm hemm għalliema li se jkunu qed jirtiraw mill-professjoni minħabba l-età u li bħalissa jgħallmu fil-primarja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena, l-eta’ tal-irtirar żdiedet minn tlieta u sittin sena (63) għal erbgħa u sittin (64) sena. Dan ifisser li l-ebda impjegat m’hu applikabbli għall-irtirar. Mill-Primarja ukoll, ma kien hemm ħadd li għażel li jirtira.
Skejjel sekondarji – Għalliema li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm hemm għalliema li se jkunu qed jirtiraw mill-professjoni minħabba l-età u li bħalissa jgħallmu fis-sekondarja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi din is-sena, l-eta’ tal-irtirar żdiedet minn tlieta u sittin sena (63) għal erbgħa u sittin (64) sena. Dan ifisser li l-ebda impjegat m’hu applikabli għall-irtirar. Madanakollu, tmien (8) għalliema mis-sekondarja li kellhom bollol biżżejjed, għażlu li jirtiraw matul din is-sena.
Skejjel primarji u sekondarji — Għalliema li se jirtiraw bl-età
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm hemm għalliema li ser ikunu qed jirtiraw mill-professjoni minħabba l-età u li bħalissa jgħallmu fi skejjel tal-knisja primarja u sekondarja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm sebgħa (7) għalliema – tnejn (2) fil-Primarja u ħamsa (5) fis-Sekondarja - mill-iskejjel tal-Knisja li se jkunu qed jirtiraw mill-professjoni minħabba l-eta’ matul din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-politika tat-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija li kienet infetħet għall-konsultazzjoni lura għal Novembru tal-2019?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Politika għat-Tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija ġiet emendata wara li ttieħdu għadd ta’ suġġerimenti mill-konsultazzjoni pubblika.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 24313 u 24671 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk id-djar tal-anzjani li fihom hemm anzjan/i li bħalissa huma pożittivi għall-COVID-19? F’kull dar imsemmija kemm-il anzjan/a hemm? F’kull dar imsemmija kemm-il anzjan/a hemm li hu/hi pożittiv għall-COVID 19? Minn dawn il-persuni li nstabu pożittivi, kemm-il persuna hemm li ħadet l-ewwel vaċċin? Minn dawn il-persuni li nstabu pożittivi, kemm-il persuna hemm li ħadet l-ewwel u t-tieni vaċċin? Minn dawn il-persuni li nstabu pożittivi, kemm il-persuna hemm li ħadet l-ewwel u t-tieni vaċċin kif ukoll il-booster?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta bl-informazzjoni sat-12 ta’ Mejju 2022 qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.