Jista’ l-Ministru jesplora l-possibbiltà li fil-parti residenzjali fix-Xemxija tinstab żona bħala wesgħa ta’ rikreazzjoni għat-tgawdija tar-residenti, fejn tkun tista’ tingħata lill-pubbliku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 107, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti u kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri? Jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed mill-ġurijiet li jinsabu pendenti, id-data meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li sal-11 ta’ Mejju 2022 kien hemm 80 ġuri pendenti, li minnhom, 8 kazijiet huma appuntati biex jgħaddu ġuri u 7 oħra, li mmaturaw riċentement, qed jistennew id-data tal-appuntament. L-oħrajn, għal-diversi ragunijiet varji ma jistgħux isiru: fosthom, minħabba proċeduri Kostituzzjonali, għax qegħdin jistennew kawżi oħra jew għax għadhom fi stadju ta’ eċċezzjonijiet preliminari. In-numru ta’ persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri u d-data ta’ meta ġie ppreżentat l-att tal-akkuża jinstabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52469 għall-ammont ta’ €27,342.57 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 122.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52470 għall-ammont ta’ €9,067.83 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52471 għall-ammont ta’ €45,675.72 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52472 għall-ammont ta’ €9,197.67 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52473 għall-ammont ta’ €20,133.74 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct order lill-kumpanija
Question
B’referenza għal dak li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April 2022 b’referenza għal diversi direct orders li ħareġ il-Ministeru li jaqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu fit-8 ta’ Novembru 2021 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol relatat mad-Direct Order bin-numru tar-referenza 52474 għall-ammont ta’ €30,731.41 bit-titlu ‘Malta Metro’? Jista’ jgħid jekk kienx hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi għal din id-Direct Order?
Sta. Luċija – Kulleġġ St. Thomas More – xogħol fis-sala
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ix-xogħol fis-sala tal-Kulleġġ St Thomas More ġewwa Santa Luċija jinsab wieqaf u jinforma lill-Kamra meta huwa ppjanat li jitlesta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tender għax-xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll dawk ta’ finishes, jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni wara li t-tender ġie ppubblikat diversi drabi. B’investiment ta’ madwar €4 miljun, it-tfal li jattendu f’din l-iskola bħala parti mill-Kulleġġ St Thomas More u l-komunità ta’ Santa Luċija se jkollhom faċilitajiet moderni u mill-isbaħ biex jipprattikaw tipi varji ta’ sport jew jittellgħu attivitajiet soċjali.
MFSA — kumpaniji li ma daħħlux l-audited accounts mal-Malta Business Registry - azzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni ittieħdet mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fuq kumpaniji li ma daħħlux l-audited accounts tagħhom mal-Malta Business Registry kif inhu mitlub mil-liġi, x’kienet din l-azzjoni, jekk twaħħlu multi ta’ kemm kienu, u x’tip ta’ kumpaniji kienu (public limited company, private limited company, etc.)? Jista’ jagħti rendikont ta’ dan għas-snin 2020 u 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li ta’ min wieħed jinnota li l-MFSA u l-Malta Business Registry huma zewġ entitajiet separati li għandhom personalità legali distinta u separata minn xulxin. Għaldaqstant, azzjoni kontra kumpaniji li ma daħlux l-audited accounts tagħhom mal-Malta Business Registry tista’ tittieħed biss mill-istess Malta Business Registry.
Madanakollu, l-MFSA għandha l-poter ukoll li timponi azzjonijiet fuq kumpaniji li huma liċenzjati u/jew awtorizzati mill-MFSA u jonqsu milli jissottomettu d-dokumenti li huma obbligati jgħaddu lill-Awtorità fiż-żmien stipulat mil-liġi, regoli u/jew regolamenti applikabbli għal kull settur.
Informazzjoni rigward dawn l-azzjonijiet imponuti mill-MFSA fl-2020 u l-2021, huma disponibbli pubblikament skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-Publication policy tal-Awtorità fuq is-sit tal-MFSA.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bid-dettalji tal-ftehim il-ġdid dwar ix-xiri tal-gass mill-Enel li ġie rrapportat fid-29 ta’ April, 2022?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. membru li l-Enemalta m’għandha ebda ftehim għax-xiri tal-gass mill-Enel, imma għandha ftehim ta’ hedging mal-kumpanija Taljana Enel.
Dan il-hedging kien meħtieġ u sar fl-isfond ta’ suq volatili fil-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija.
Tista’ l-Ministru tispjega għaliex il-kumpanija Enemalta, li l-Gvern għad għandu l-maġġoranza tal-ishma tagħha, ilha ma tippubblika l-kontijiet awditjati tagħha mill-2018, u meta dawn se jkunu qed jiġu ppubblikati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li fil-fatt il-kontijiet awditjati tal-Enemalta għas-snin finanzjarji 2018,2019 u 2020 ġa ġew mgħoddija lil Malta Business Register kif titlob il-liġi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien it-telf kull xahar li qed jiġi rapportat li qed tagħmel l-Enemalta u qed ikun kumpensat mill-Gvern minn Jannar, 2022 sal-lum? Tista’ tgħid jekk il-kumpanija li d-dettaji dwara qed jingħataw separatament, li hija proprjetarji ta’ 33% tal-ishma tal-Enemalta, hijiex qed toħroġ sehem minn dan il-kumpens jew hijiex qed tagħmel profitt, u ta’ kemm hu dan is-sehem ta’ kumpens jew profitt?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern investa u qed jinvesti l-flus biex jipproteġi lill-konsumaturi miż-żieda fil-prezzijiet tas-suq internazzjonali tal-enerġija.
Dan ifisser li l-ebda parti minn dak li ħallas il-Gvern m'hi qed tgħaddi bħala dividends għand ix-shareholders, huma min huma. L-uniku li qed jibbenefika huwa l-konsumatur.
L-Enemalta tkun f’pożizzjoni li tippreżenta t-tagħrif dwar il-kontijiet tagħha ladarba dawn jiġu preżentanti skont l-obbligi li għandha l-kumpanija.
Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €400 – anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena li bdew jirċievu l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €400 mill-1 ta’ Jannar 2022?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Djar tal-anzjani privati – ftehim għal xiri ta’ sodod mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-djar privati tal-anzjani f’Malta u f’Għawdex li l-Gvern għandu ftehim magħhom għal xiri ta’ sodod mill-Gvern?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-djar privati tal-anzjani f’Malta li l-Gvern għandu ftehim magħhom għal xiri ta’ sodod huma Central Home, Il-Mosta; Casa Arkati, Il-Mosta; Casa San Paolo, San Pawl il-Baħar; Casa Paola, Raħal Ġdid; Casa Pinto, Ħal Qormi; Casa Serena, San Pawl il-Baħar; St.Thomas Community Living, Marsaskala; Villa Messina, Ir-Rabat; St. Elizabeth Home, Ir-Rabat; Dar Saura, Ir-Rabat; Roseville, Ħ’Attard; Golden Care, Ħal Għargħur; Casa Leone, San Ġiljan; Casa Francesco, Il-Ħamrun; Dar San Ġużepp, Il-Fgura; Ghigo Community Residence, Ħal Għaxaq; Dar l-Annunzjata, Ħal Tarxien.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika, lokalità b’lokalità mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika miġbura lokalità b’lokalità li ġew rrappurtati lill-Pulizija matul is-sena 2021 huma kif jidher fit-tabella riprodotta ma’ din it-tweġiba.
Lokalità
Rapporti
ATTARD
35
BALZAN
16
BIRGU
11
BIRKIRKARA
77
BIRŻEBBUGIA
69
BORMLA
48
DINGLI
11
FGURA
55
FLORIANA
16
GĦAJNSIELEM - GĦAWDEX
7
GĦARB - GĦAWDEX
2
GĦARGĦUR
8
GĦAXAQ
17
GUDJA
7
GŻIRA
23
ĦAMRUN
43
IKLIN
9
ISLA
20
KALKARA
9
KERĊEM - GĦAWDEX
3
KIRKOP
14
LIJA
3
LUQA
29
MARSA
37
MARSASKALA
70
MARSAXLOKK
11
MELLIEĦA
33
MĠARR
10
MOSTA
40
MQABBA
12
MSIDA
55
MTARFA
9
MUNXAR - GĦAWDEX
10
NADUR - GĦAWDEX
14
NAXXAR
39
PAOLA
32
PEMBROKE
9
PIETÀ
20
QALA - GĦAWDEX
3
QORMI
65
QRENDI
6
RABAT
25
RABAT - GĦAWDEX
12
SAFI
5
SAN ĠILJAN
23
SAN ĠWANN
36
SAN LAWRENZ - GĦAWDEX
1
SAN PAWL IL-BAĦAR
124
SANNAT - GĦAWDEX
1
SANTA LUĊIJA
9
SANTA VENERA
37
SIĠĠIEWI
37
SLIEMA
37
SWIEQI
28
TA' XBIEX
15
TARXIEN
32
VALLETTA
51
XAGĦRA - GĦAWDEX
5
XEWKIJA - GĦAWDEX
10
XGĦAJRA
7
ŻABBAR
83
ŻEBBUĠ
47
ŻEBBUĠ - GĦAWDEX
13
ŻEJTUN
54
ŻURRIEQ
42
Total
1741
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika, lokalità b’lokalità mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-30 ta’ April 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika miġbura bil-lokalità, li ġew irrappurtati lill-Pulizija bejn Jannar u l-aħħar ta’ April 2022 huwa kif jidher fit-tabella riprodotta ma’ din it-tweġiba.
Lokalità
Rapporti
ATTARD
10
BALZAN
2
BIRGU
4
BIRKIRKARA
19
BIRŻEBBUĠA
17
BORMLA
20
DINGLI
1
FGURA
17
FLORIANA
5
GĦAJNSIELEM - GĦAWDEX
2
GĦARGHUR
6
GĦAXAQ
9
GUDJA
7
GŻIRA
8
ĦAMRUN
15
IKLIN
1
ISLA
6
KALKARA
5
KIRKOP
10
LIJA
2
LUQA
12
MARSA
12
MARSASKALA
16
MELLIEĦA
11
MĠARR
8
MOSTA
17
MQABBA
1
MSIDA
3
NADUR - GĦAWDEX
1
NAXXAR
18
PAOLA
10
PEMBROKE
6
PIETÀ
5
QALA - GĦAWDEX
2
QORMI
19
QRENDI
2
RABAT
11
RABAT - GĦAWDEX
8
SAFI
2
SAN ĠILJAN
12
SAN ĠWANN
9
SAN PAWL IL-BAĦAR
29
SANNAT - GĦAWDEX
1
SANTA VENERA
12
SIĠĠIEWI
13
SLIEMA
8
SWIEQI
6
TA' XBIEX
2
TARXIEN
11
VALLETTA
16
XAGĦRA - GĦAWDEX
2
XEWKIJA - GĦAWDEX
2
XGĦAJRA
2
ŻABBAR
24
ŻEBBUG
19
ŻEBBUG - GĦAWDEX
9
ŻEJTUN
23
ŻURRIEQ
8
Grand Total
538