Naxxar – Skola Primarja – preżenza tal-pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 24674 u 24424 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jinvestiga jekk nhar l-Erbgħa 2 ta’ Frar, 2022 u t-Tlieta 8 ta’ Frar, 2022 kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali biex jikkontrollaw it-traffiku fil-madwar tal-Iskola Primarja tan-Naxxar fil-ħinijiet tad-dħul u tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola, hekk kif informata li f’dawn id-dati ma kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Naxxar, Mellieħa, San Pawl il-Baħar – stallazzjoni ta’ bus shelters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters fil-lokalitajiet tan-Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’dawn il-lokalitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Kunsill Lokali
Tweġiba mill-Kunsill
Mellieħa
Proposti li jinvolvu toroq arterjali li saru lil Transport Malta:
1. Triq il-Marfa (Skrajda - Direzzjoni Ċirkewwa)
2. Triq il-Marfa (Qammieħ - Direzzjoni Ċirkewwa)
3. Triq il-Marfa (Qammieħ - Direzzjoni Valletta)
4. Triq il-Marfa (L-Aħrax - Direzzjoni Ċirkewwa)
5. Triq iċ-Ċirkewwa (Batterija - Direzzjoni Ċirkewwa)
Proposti li jinvolvu toroq distributorji li saru the Faces Consultants Ltd skont ftehim li sar mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali:
6. Triq il-Latnija (Paradise – Direzzjoni Valletta)
7. Triq il-Marfa (Luna – Direzzjoni Valletta)
8. Triq il-Marfa (Adenau – Direzzjoni Valletta)
9. Triq il-Biedja (Xifer – Direzzjoni Valletta)
Naxxar
Il-Kunsill m’ghandux pjanijiet li jinstalla
bus shelters
f’dan l-istadju.
San Pawl il-Baħar
Infurmat li l-Kunsill daħħal 6 DNOs fuq bus shelters.
Naxxar, Mellieħa, San Pawl il-Baħar – stallazzjoni ta’ bus shelters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters fil-lokalitajiet tan-Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar? Fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’dawn il-lokalitajiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Mellieħa – Palazz ta’ Selmun – xogħlijiet ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet biex isiru xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Palazz ta’ Selmun, Mellieħa, sabiex ma jkomplix jitfarrak u jiddeterjora?
Jista' l-Ministru jindika jekk fuq iż-żoni ta’ Selmun u l-Imġiebaħ il-Gvern hux ser jimxi fuq il-proposta tal-Oppożizzjoni li dawn isiru Park Nazzjonali bit-tliet binjiet ewlenin fl-istess żona (il-Lukanda u l-Palazz ta’ Selmun flimkien mal-Forti Campbell) jingħataw lura lill-poplu Malti fl-interess tal-ġid komuni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern hu mpenjat li jrodd lill-poplu l-akbar proġett ta’ spazji miftuħin, bħala parti mill-manifest elettorali, li għadu kemm ingħata fiduċja assoluta mill-poplu. Dwar il-proġetti speċifiċi msemmijin, nitolbu jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 109 tas-seduta tas-16 ta’ Mejju u għad-diskors tal-Prim Ministru fis-seduta tal-11 ta’ Mejju li għadda.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed jikkunsidra jdaħħal l-Aflibercept (Eylea) fil-formolarju tal-mediċini li jingħataw b’xejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-mediċina msemmijja minnha filfatt qegħda fuq l-aġenda tal-kumitat tekniku li jaġġudika liema mediċini jidħlu fuq il-formularju tal-gvern.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete f'Malta? Jista' jgħid kemm minnhom huma Type 1 u kemm huma Type 2?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li t-total ta’ persuni li għandhom il-kundizzjoni ta dijabete’ f'Malta u li għandhom ix-Schedule V huwa ta’ 36,077 li minnhom 1,776 huma tat-tip 1.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tfal taħt is-16-il sena li għandhom id-dijabete Type 1? Kemm minnhom qed jużaw il-Constant Glucose Monitors?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ tfal taħt is-16 il-sena li għandhom id-dijabete’ tat-tip 1 u li għandhom ix-schedule V huwa 148 li minnhom 143 preżentament qed jużaw il-continuous glucose monitors.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm żgħażagħ bejn is-17 u l-21 sena li għandhom id-dijabete Type 1 u li għaldaqstant huma intitolati għall-Constant Glucose Monitors?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 109 żagħżagħ bejn is-17 u l-21 sena li għandhom id-dijabete tat-tip 1 li għandhom ix-schedule V u li huma ntitolati għall-Constant Glucose Monitors.
Persuni bid-dijabete Type 2 li huma dipendenti fuq l-insulina
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni bid-dijabete Type 2 li huma dipendenti fuq l-insulina?
Response (FEARNE, CHRIS)
: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni bid-dijabete’ tat-tip 2 li huma dipendenti fuq l-insulina u li għandhom ix-schedule V huma 4,203.
Korp tal-Pulizija – Rapporti dwar inċidenti li jinvolvu electric kick scooter – Gżira
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rapport irċieva l-Korp tal-Pulizija dwar inċidenti li jinvolvu electric kick scooter (e-kickscooter) fil-lokalità tal-Gżira? Jista' jgħid f'liema toroq fil-Gżira seħħew dawn l-inċidenti li ġew irrappurtati lill-Pulizija, jekk kienx hemm persuni li sfaw midruba, jgħid l-età tal-persuni li ġew midruba u jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti b'rabta ma' dawn il-każijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ April 2022, il-pulizija rreġistrat żewġ rapporti tat-traffiku, li jinvolvi e-kickscooters, ġewwa l-Gżira. Dawn jikkonsistu f’żewġ inċidenti fi Triq ix-Xatt, persuna ta’ 41 sena u persuna oħra ta’ 21 sena midruba. Persuna minnhom kienet imressqa l-Qorti.
Sena
Numru ta’ Inċidenti
Lokalità u Triq
Midruba
Età
2017
0
2018
0
2019
0
2020
0
2021
1
Gżira, Triq ix-Xatt
Persuna waħda
41
2021
1
Gżira, Triq ix-Xatt
Persuna waħda
21
2022
0
TOTAL
2
Infrastruttura Malta – Proġett fis-Salina – Xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li x-xogħol kollu li qed tagħmel Infrastruttura Malta fis-Salina preċiżament fil-bidu tat-triq li tagħti għat-telgħa magħrufa bħala t’Alla u Ommu sarx skont il-permessi approvati u jekk hu hekk allura meta mistenni jitlesta dan il-proġett li ilu mibdi għal madwar sena u nofs ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Il-proġett fis-Salina li qed issir referenza għalih se jibdel żona li tħalliet mitluqa minn amministrazzjonijiet preċedenti, f’parkeġġ u ġnien pubbliku bil-bandli għar-residenti tal-inħawi. Ix-xogħlijiet ta’ tħaffir u pedamenti saru taħt superviżjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minħabba s-sensittività storika ta’ din iż-żona.
F’Ġunju li ġej tkun lesta l-ewwel fażi tal-proġett, li tinkludi x-xogħlijiet kollha man-naħa li tmiss mar-residenzi u bini ieħor f’din iż-żona. Il-proġett kollu jkun lest fl-aħħar ta’ Settembru li ġej, bl-aħħar xogħlijiet ikunu t-tħawwil ta’ siġar u pjanti fil-ġnien ġdid, peress li jkun aħjar li dawn isiru wara x-xhur tas-sajf. Il-proġett huwa kopert b’żewġ permessi tal-iżvilupp.
Jekk waqt ix-xogħlijiet jinstab li jeħtieġ isiru xi tibdiliet tekniċi, jew fejn ikun hemm talbiet ġustifikati għal tibdiliet żgħar mir-residenti tal-inħawi, jintalbu l-emendi għall-istess permessi, hekk kif normalment isir skont il-proċeduri applikabbli tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Proġett tal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira — Pjanti u l-istudji kollha relatati mal-impatt ambjentali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u l-istudji kollha relatati mal-impatt ambjentali li l-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira ser ikollu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bħalissa qiegħed isir proġett pilota fuq parti mill-bajja tal-Għadira li għandu jixħet dawl fuq il-visibilità ta’ dan il-proġett. La darba dan il-proġett pilota jintemm, il-konkluzjonijiet tiegħu se jkunu qed jiġu ppubblikati.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Park tal-Familja – Manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jagħmel il-manutenzjoni xierqa fil-Park tal-Familja wara li partijiet minnu tħallew fi stat ta’ abbandun, fosthom il-fence tal-multi-purpose court, il-passaġġ magħmul mill-wooden chips u sinjali tad-direzzjonijiet li hemm fl-istess park?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li ħareġ sejħa għall-offerti sabiex apparti li ssir manutenzjoni tax-xibka madwar il-multi-purpose court, issir ukoll bażi ġdida għall-arbli li jżommu l-istess xibka, peress li meta dawn twaħħlu saret ħsara fil-membrane, li qed tikkawża dħul tal-ilma fid-dressing rooms li hemm taħt il-court.
B’rabta ma’ dan ser issir sejħa oħra sabiex tissewwa l-ħsara li saret fis-soffitt u l-ħitan tad-dressing rooms li hemm taħt il-court. Ix-xogħol jinvolvi wkoll miżuri sabiex titrażżan l-umdità fl-istess ħitan.
Riċentement saret ordni sabiex isiru tabelli ġodda li qdiemu, jew huma nieqsa fid-diversi partijiet tal-park. L-esperjenza wriet li kull darba li l-wooden chippings tferrxu fuq il-jogging track, dawn inġarru mill-ilmijiet fl-iktar partijiet baxxa tal-istess trakka.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Park tal-Familja – Green Wall
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex isir green wall fil-parti fuq ġewwa tat-trakka li tinsab fil-Park tal-Familja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-green wall li attwalment qed jiġi istallat fil-trakka tal-Park tal-Familja huwa pjuttost proġett pilota, li l-Kunsilli Lokali ġew imħeġġa li jwettqu bħalu bi skemi li ġew imnedija mill-entitajiet governattivi konċernati. Wara li ttieħdu l-pariri dwar it-tip ta’ pjanti li għandhom jiġu mkabbra permezz ta’ hydropinic system, ġiet sottomessa proposta għall-finanzjament tal-proġett permezz ta’ fondi Ewropej tramite l-Fondazzjoni Grupp Azzjoni tal-Majjistral u l-ARPA.
Il-Bord tekniku li evalwa l-proposta dehrlu li din hija vijabbli u għaldaqstant approva l-finanzjament tagħha.
San Pawl il-Baħar u Xemxija – Bini mill-ġdid ta’ toroq
Question
Jista’ l-Ministru jindika meta ser tinbena mill-ġdid it-triq ewlenija li tgħaddi miċ-ċentru ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll it-triq li tagħti mill-promenade tax-Xemxija sal-Knisja tax-Xemxija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-triq li qed issir referenza għaliha fl-ewwel parti tal-mistoqsija, Infrastructure Malta se tibniha mill-ġdid wara li entitajiet oħra jwettqu x-xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art li huma jeħtieġu jagħmlu f’din it-triq. Sabiex it-triq tkun f’kundizzjoni aħjar u jonqsu d-diffikultajiet għar-residenti u dawk li jivvjaġġaw minnha, l-aġenzija diġà wettqet xogħlijiet ta’ tiswijiet u kisi mill-ġdid b’mod temporanju ta’ parti mit-triq fl-2020, u fiż-żmien li ġej ser tagħmel xogħlijiet simili ta’ tiswijiet f’parti oħra tat-triq, quddiem il-Knisja Parrokkjali.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17216 tal-leġizlatura li għaddiet.