Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Mellieħa diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Marfa, Triq Little Armier, Triq it-Telgħa ta’ Selmun, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Mellieħa, Triq il-Mejjiesa, Triq Luis Wettinger, Triq ir-Ramla, Triq il-Palma, il-pont tal-Mistra, Triq it-Tunnara u Triq it-Torri l-Abjad. Saru wkoll xogħlijiet fi Triq l-Għar u Casa u Triq il-Barkazza biex ġie mtejjeb l-aċċess għar-residenti b’mod temporanju, sakemm is-sidien u l-iżviluppaturi rispettivi jonoraw l-obbligi legali tagħhom li jiffurmaw l-istruttura tal-istess toroq, sabiex b’hekk eventwalment ikunu jistgħu jitlestew b’wiċċ t’asfalt ġdid.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq il-Marfa (l-Għadira) u Triq it-Torri l-Aħmar, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq it-Tabib Joseph Grech Attard, Triq ir-Rattan, it-taraġ fi Triq it-Tgħam, Triq il-Pepprin, Triq l-Għaqda, Triq Għajn Tuta, Triq Wied Musa u Ta’ Qasam Barrani/il-Mofra (Għadira).
Fil-lokalità tan-Naxxar diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq ix-Xbieki, Triq John Adye, Triq San Franġisk t’Assisi, Triq San Pawl, fit-Telgha ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq il-Forġa, Triq Ħannewija, Triq Francis Attard, Triq il-Fortizza tal-Mosta, Triq il-Mazza, triq bla isem fi Vjal il-Labour, Triq Ċipru, Triq Ġibiltà, Triq il-Libja, Triq il-Marokk, Triq Korfu, Triq l-Arġentina, Triq l-Ingilterra, Triq Ċili, Triq il-Brażil, Triq il-Mitħna, Triq Spanja, Triq il-Ġermanja, Triq il-Milizzja, Triq it-Tuffieħ, Triq l-Irziezet, Triq l-Oqbra ta’ Ħawwat, Triq il-Kappella ta’ Santa Marija, Tal-Qadi, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, Triq Tal-Balal, roundabout junction ġdida fi Vjal il-Labour, kif ukoll titjib fir-roundabout junction bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq iċ-Ċirasa, Triq il-Berquq, Triq il-Ġellewz, Triq is-Sgħajtar, Triq Margaret Murray, Triq Andrea Debono u Triq Jean Houel, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq l-Emigranti u Sqaq Ħabel żwejra.
Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar diġà nbew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq il-Luzzu, Triq Għawdex, Triq it-Turisti, Triq Port Ruman, Triq l-Istamnar, Triq Nicola Ardonio, Triq ġdida fi Triq J. Quintinus, Triq l-Indipendenza, Triq Ġużeppi Despot, triq bla isem fi Triq Burmarrad, Triq il-Ħżejjen, Triq il-Wardija, Triq l-Iskuna, Triq Annetto Caruana, Triq it-Tamar u Triq Cunningham.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq il-Lampuki u Triq il-Ħamra, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq l-Imrejkba, Triq il-Bardnell, Triq Luigi Preziosi, triq bla isem fi Triq il-Pwales u Triq Wied Qannotta.